Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NovoSeven
eptacog alfa (activated)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NovoSeven 1 mg (50 KUI) trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoSeven 2 mg (100 KUI) trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoSeven 5 mg (250 KUI) trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoSeven 8 mg (400 KUI) trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni


eptacog alfa (attivat)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din l-injezzjoni peress li fih informazzjoni importanti għalik.


possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu NovoSeven u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoSeven

3. Kif għandek tuża NovoSeven

  1. Effetti sekondarji possibbli

  2. Kif taħżen NovoSeven

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


Fuq in-naħa ta’ wara: Istruzzjonijiet dwar kif għandek tuża NovoSeven


  1. X’inhu NovoSeven u gћalxiex jintuża


    NovoSeven hu fattur tal-koagulazzjoni tad-demm., Din il-mediċina taħdem billi tikkawża l- koagulazzjoni tad-demm fis-sit fejn ikun ħiereġ id-demm, meta l-fatturi tal-koagulazzjoni li huma preżenti fil-ġisem ma jkunux qed jaħdmu..


    NovoSeven jintuża għall-kura ta’ episodji ta’ fsada u għal prevenzjoni ta’ fsada eċċessiva wara xi operazzjoni jew xi trattamenti importanti oħra. Kura minn kmieni b’NovoSeven tnaqqas l-ammont ta’ demm li joħroġ u għal kemm żmien. Jaħdem f’kull tip ta’ fsada, inkluż fsada fil-ġogi. Dan inqqas il- bżonn li tiddaħħal l-isptar u l-ġranet li titlef mix-xogħol u mill-iskola.

    Jintuża f’ċerti gruppi ta’ nies:

    • Jekk għandek l-emofilja mit-twelid u ma tirrispondix b’mod normali għall-kura bil-fatturi VIII jew IX

    • Jekk għandek l-emofilja akkwiżita

    • Jekk inti nieqes mill-Fattur VII

    • Jekk għandek it-trombastenja ta’ Glanzmann (disturb emorraġiku) u l-kondizzjoni tiegħek ma tistax tiġi kkurata b’mod effettiv b’trasfużjonijiet tal-plejtlets jew jekk il-plejtlits mhumiex disponibbli faċilment.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tużaNovoSeven Tużax NovoSeven...

    • Jekk inti allerġiku/a għal eptacog alfa (is-sustanza attiva ta’ NovoSeven) jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina ( elenkati fis-sezzjoni 6).

    • Jekk inti allerġiku/a għall-proteini li ġejjin mill-ġrieden, ħamsters jew baqar (bħall-ħalib tal- baqra).

      ► Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax Novoseven. Kellem lit-tabib tiegħek.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Qabel il-kura b’NovoSeven, kun ċert/a li t-tabib jaf:

    • Jekk għadu kemm kellek operazzjoni

    • Jekk dan l-aħħar kellek xi ferita kkaġunata minn tgħaffiġ

    • Jekk l-arterji tiegħek djiequ minħabba l-mard (aterosklerożi)

    • Jekk għandek riskju ogħla li jkollok koaguli fid-demm (trombożi)

    • Jekk għandek mard serju tal-fwied

    • Jekk għandek xi infezzjoni serja fid-demm

    • Jekk inti predispost/a għal koagulazzjoni intravaskulari disseminata (disseminated intravascular coagulation – DIC, kondizzjoni fejn koaguli tad-demm jiżviluppaw f’kull parti taċ-ċirkulazzjoni tad-

      demm) trid tkun mmonitorjat/a sew.


      ► Jekk xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża l-injezzjoni.


      Mediċini oħra u NovoSeven

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Tużax NovoSeven fl-istess ħin ma’ konċentrati ta' kumpless ta’ prothrombin jew rFXIII. Għandek titkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tuża NovoSeven jekk tuża wkoll prodotti ta’ Fattur VIII jew IX.


      Hija limitata l-esperjenza fl-użu fl-istess ħin ta' NovoSeven u mediċini msejħa antifibrinolitiċi (bħal aminocaproic acid jew tranexamic acid) li jintużaw ukoll biex tiġi kkontrollata l-fsada. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża NovoSeven ma’ dawn il-mediċini.


      Tqala treddigħ u fertilità

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

      tat-tabib tiegħek qabel tuża NovoSeven.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      M’hemm ebda studju dwar l-effett ta’ NovoSeven fuq il-kapaċità biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, m’hemm ebda raġuni medika għalfejn għandu jaffettwa l-kapaċità tigħek.


      NovoSeven fih sodium

      Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) għal kull injezzjoni , jiġifieri tista’ tgħid li huwa ‘mingħajr sodium’.


  3. Kif gћandek tuża NovoSeven


    It-trab ta’ NovoSeven irid jiġi rikostitwit mas-solvent tiegħu u injettat ġo vina. Ara fuq in-naħa ta’ wara għal istruzzjonijiet dettaljati.


    Meta għandek tikkura lilek innifsek


    Trid tibda tikkura fsada kmieni kemm jista’ jkun, idealment fi żmien sagħtejn.

    • F’każ ta’ fsada ħafifa jew moderata, għandek tikkura lilek innifsek kmieni kemm jista’ jkun, idealment id-dar.

    • F’każ ta’ fsada severa għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek. Normalment fsadiet severi jiġu kkurati l-isptar u tista’ tagħti l-ewwel doża ta’ NovoSeven lilek innifsek inti u sejjer hemm.


      Tikkurax lilek innifsek għal iktar minn 24 siegħa mingħajr ma tikkonsulta lit-tabib tiegħek.

    • Kull darba li tuża NovoSeven, għid lit-tabib jew lill-isptar tiegħek mill-aktar fis possibbli.

    • Jekk il-fsada ma tkunx ikkontrollata fi żmien 24 siegħa, ikkuntattja lit-tabib minnufih. Fil-parti

      l-kbira tal-każijiet ikollok bżonn tiġi kkurat l-isptar


      Doża

      L-ewwel doża għandha tingħata kmieni kemm jista’ jkun wara li tkun bdiet il-fsada. Kellem lit-tabib tiegħek dwar meta għandek tuża l-injezzjonijiet u għal kemm tibqa’ tużahom.

      Id-doża ser tinħadem mit-tabib tiegħek u tkun ibbażata fuq il-piż tal-ġisem tiegħek, kondizzjoni u tip

      ta’ fsada. Biex ikollok l-aħjar riżultati, segwi sew id-doża li jkun tak it-tabib. It-tabib tiegħek jista’ jbiddel id-doża.


      Jekk għandek l-emofilja:

      Normalment id-doża hi ta’ 90 mikrogramma għal kull kilogramm li tiżen; tista’ tirrepeti l-injezzjoni

      kull 2-3 sigħat sakemm il-fsada tiġi kkontrollata. It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomandalek doża waħda

      ta’ 270 mikrogrammi għal kull kilogramm li tiżen. M’hemm ebda esperjenza klinika fl-użu ta’ din id- doża waħda, f’persuni ’l fuq minn 65 sena,


      Jekk inti nieqes mill-Fattur VII:

      Normalment id-doża hi bejn 15 sa 30 mikrogramma għal kull kilogramm li tiżen, għal kull injezzjoni.


      Jekk għandek it-trombastenja ta’ Glanzmann:

      Normalment id-doża hi ta’ 90 mikrogramma (il-limiti tad-doża huma bejn 80 sa 120 mikrogramma) għal kull kilogramm li tiżen, għal kull injezzjoni.


      Jekk tieħu NovoSeven aktar milli suppost

      Jekk tinjetta NovoSeven aktar milli suppost, itlob parir mediku immedjatament.


      Jekk tinsa tieħu injezzjoni ta’ NovoSeven

      Jekk tinsa injezzjoni, jew jekk trid twaqqaf il-kura, ħu parir minn għand it-tabib tieghek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji

    Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 episodju ta’ trattament)


    • Reazzjonijiet allerġiċi, ta’ sensittività eċċessiva jew anafilattiċi. Is-sinjali jistgħu jinkludu raxx fil-ġilda, ħakk, ħmura u urtikarja; tħarħir jew diffikultà biex tieħu n-nifs; tħossok se tintilef minn sensik jew tistordi; u nefħa severa tax-xufftejn jew tal-gerżuma jew fis-sit tal-injezzjoni.

    • Koaguli tad-demm fl-arterji tal-qalb (li jistgħu jwasslu għall-attakk tal-qalb jew anġina), fil- moħħ (li jistgħu jwasslu għall-attakk ta’ puplesija) jew fl-intestin u fil-kiewi. Is-sinjali jistgħu

      jinkludu uġigħ qawwi fis-sider, qtugħ ta’ nifs, konfużjoni, diffikultà biex titkellem jew biex

      timxi (paraliżi) jew uġigħ addominali.


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 episodju ta’ trattament)

    • Koaguli tad-demm fil-vini fil-pulmun, saqajn, fwied,kliewi jew fis-sit tal-injezzjoni. Is-sinjali jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs, ħmura u nefħa bl-uġigħ fis-saqajn u uġigħ addominali.

    • Il-kura ma jkollha ebda effett jew ikun hemm tnaqqis fir-rispoms għall-kura.


      ► Jekk tinduna b’xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji, fittex għajnuna medika minnufih.

      Għidilhom li kont qed/a tuża NovoSeven.

      Fakkar lit-tabib tiegħek jekk għandek passat mediku ta’ reazzjonijiet allerġiċi, għax jista’ jkollok bżonn tiġi segwit/a aktar mill-viċin. Fil-parti l-kbira ta’ każijiet ta’ koaguli tad-demm, il-pazjenti kienu predisposti għal disturbi ta’ koagulazzjoni tad-demm.


      Effetti sekondarji rari oħra

      (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 episodju ta’ trattament)

    • Dardir (tħossok ma tiflaħx)

    • Uġigħ ta’ ras

    • Tibdil f’xi testijiet tal-fwied u tad-demm.


      Effetti sekondarji oħra mhux komuni

      (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 episodju ta’ trattament)

    • Reazzjonijiet allerġiċi fil-ġilda li jinkludu raxx, ħakk u urtikarja

    • Deni.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen NovoSeven


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar..

    • Aħżen it-trab u s-solvent taħt 25ºC.

    • Aħżen it-trab u s-solvent milqugħ mid-dawl.

    • Tagħmlux fil-friża.

    • Sabiex tevita infezzjoni, uża NovoSeven mill-ewwel wara li tħallat it-trab mas-solvent. Jekk ma tistax tużah immedjatament, wara li jkun ġie mħallat, għandek taħżnu fil-kunjett, bl-adapter tal- kunjett u s-siringa mwaħħlin fi friġġ f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C għal mhux iżjed minn

      24 siegħa.Tiffriżax is-soluzzjoni mħallta ta’ NovoSeven u żommha ’il bogħod mid- dawl.Taħżinx is-soluzzjoni mingħajr il-parir tat-tabib jew tal-infermier tiegħek.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni

      tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih NovoSeven


Daqsijiet tal-pakketti: 1 mg (50 KUI), 2 mg (100 KUI), 5 mg (250 KUI) jew 8 mg (400 KUI).). Jekk jogħġbok irreferi għall-pakkett ta’ barra għall-informazzjoni dwar il-kontenut tal-pakkett li qed jintuża.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


Novo Nordisk A/S Novo Allé

DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

/.


Istruzzjonijiet dwar kif tuża NovoSeven


AQRA DAWN L-ISTRUZZJONIJIET TAJJEB QABEL TUŻA NOVOSEVEN


NovoSeven huwa ppreżentat bħala trab. Qabel ma jiġi injettat (l-amministrazzjoni), irid jiġi rikostitwit mas- solvent li hemm fis-siringa. Is-solvent huwa soluzzjoni tal-histidine. In-NovoSeven rikostitwit irid jiġi injettat fil-vina tiegħek (injezzjoni minn ġol-vini). L-apparat f’dan il-pakkett huwa intenzjonat biex NovoSeven jiġi rikostitwit u injettat..


Ikollok bżonn ukoll set t’amministrazzjoni (tubi u butterfly needle, biċċiet tat-tajjar bl-alcoħol sterile, garzi u stikek). Dawn l-oġġetti mhumiex inklużi fil-pakkett ta’ NovoSeven.


Tużax l-apparat mingħajr ma tkun tħarriġt tajjeb mit-tabib jew ners tiegħek. Għandek dejjem taħsel idejk u tassigura li madwarek huwa nadif.

Meta tipprepara u tinjetta medikazzjoni direttament ġo vina, huwa importanti li tuża teknika nadifa u mingħajr mikrobi (asettika). Teknika ħażina tista’ twassal li d-demm tiegħek jiġi infettat bil- mikrobi.


Tiftaħx l-apparat qabel ma tkun lest biex tużah.


Tużax l-apparat jekk ikun imwaqqa’, jew jekk ikollu xi ħsara. Uża pakkett ġdid minflok.


Tużax l-apparat jekk ikun skada. Uża pakkett ġdid minflok. Id-data tal-iskadenza hija miktuba wara ‘JIS’ fuq il-kartuna ta’ barra, fuq il-kunjett, fuq l-adapter tal-kunjett u fuq is-siringa mimlija lesta.


Tużax l-apparat jekk taħseb li jkun ġie kkontaminat. Uża pakkett ġdid minflok. Tarmi l-ebda oġġett mill-pakkett sakemm tkun injettajt is-soluzzjoni rikostitwita. L-apparat jista’ jintuża darba biss.

Kontenut


Il-pakkett fih:


  • Kunjett 1 bi trab NovoSeven

  • Adapter 1 tal-kunjett

  • Siringa 1 mimlija għal-lest bis-solvent

  • Lasta tal-planġer 1 (jinsab taħt is-siringa)

image

image

image


Deskrizzjoni Ġenerali Kunjett bi trab NovoSeven

Għatu tal-plastik


Tapp tal-gomma (taħt l-għatu tal- plastik)


Adapter tal-kunjett


Għatu protettiv


Żennuna tal-ħadid Karta (taħt karta protettiva) protettiva


Siringa mimlija għal-lest bis-solvent


Tarf tas- Planġer

siringa

(taħt l-għatu Skala

tas-siringa)


L-għatu tas- siringa


Lasta tal- planġer

Tarf b’kamin

It-tarf il- wiesa’

1. Ipprepara l-kunjett u s-siringa

image

image

image


  • Oħroġ in-numru ta’ pakketti ta’ Novoseven li għandek bżonn.

  • Iċċekkja d-data tal-iskadenza.

  • Iċċekkja l-isem, il-qawwa u l-kulur tal- pakkett, biex tkun ċert li hemm il-prodott it-tajjeb.

  • Aħsel idejk u nixxifhom tajjeb billi tuża xugaman nadif jew nixxef bl-arja.

  • Oħroġ il-kunjett, l-adapter tal-kunjett u s- siringa mimlija għal-lest mill-kartuna.

  • Ħalli l-kunjett u s-siringa mimlija lesta jilħqu t-temperatura tal-kamra (mhux ogħla minn 37°C). Dan tista’ tagħmlu billi żżommhom f’idejk sakemm tħosshom sħan daqs idejk.





Ħalli l-lasta tal-planġer fejn qiegħda

fil-kartuna



  • Tużax mod ieħor biex issaħħan il- kunjett u s-siringa mimlija għal-lest.

A

  • Neħħi t-tapp tal-plastik mill-kunjett.

  • Imsaħ it-tapp tal-gomma tal-kunjett b’biċċa sterili mxarrba fl-alkoħol u ħallih jinxef bl-arja għal ftit sekondi qabel tużah biex kemm jista’ jkun tassigura li ma jkollux mikrobi.

Jekk it-tapp tal-plastik mhuwiex issikkat jew nieqes, tużax il-kunjett.



  • Tmissx t-tapp tal-gomma b’subgħajk għax tista’ tgħaddi xi mikrobi.


B

2. Waħħal l-adapter tal-kunjett


  • Neħħi l-karta protettiva mill-adapter

tal-kunjett.


Jekk il-karta protettiva mhix issiġillata kompletament jew hija mqattgħa, tużax l-adapter tal-kunjett.


Tneħħix l-adapter tal-kunjett mit-tapp protettiv b’subgħajk. Jekk tmiss iż- żennuna tal-ħadid fl-adapter tal-kunjett tista’ tgħaddi l-mikrobi minn fuq subgħajk.


C

image

image

image

image

image


  • Poġġi l-kunjett fuq wiċċ ċatt u sod.


  • Aqleb l-għatu protettiv u waħħal l- adapter tal-kunjett mal-kunjett billi tfaqqgħu fuq il-kunjett.


Tneħħix l-adapter tal-kunjett mill- kunjett wara li tkun waħħaltu.


D

  • Agħfas bil-mod l-għatu protettiv b’subgħajk il-kbir u l-werrej kif tara fl-istampa.

Neħħi l-għatu protettiv mill-adapter tal- kunjett.


Tneħħix l-adapter minn mal-kunjett

meta tneħħi l-għatu protettiv.


E

3. Waħħal l-lasta tal-planġer mas-siringa.


  • Aqbad sew il-lasta tal-planġer mit-tarf il- wiesa’ u oħorġu minn ġol-kartuna. Tmissx il-ġnub tal-lasta tal-planġer jew in-naħa fejn hemm il-kamin. Jekk tmiss il-ġnub jew il-kamin tista’ tgħaddi l- mikrobi minn fuq subgħajk.


Minnufih qabbad il-lasta tal-planġer mas-siringa billi b’moviment lejn il- lemin iddaħħlu fil-planġer ġos-siringa

mimlija lesta sakemm tħoss ir-reżistenza.


F

  • Neħħi l-għatu tas-siringa mis-siringa mimlija lesta billi tgħawweġ ’l isfel

sakemm tinqasam.


Tmissx it-tarf tas-siringa taħt l-għatu tas-siringa.Jekk tmiss it-tarf tas-siringa, tista’ tgħaddi l-mikrobi minn fuq subgħajk.


Jekk l-għatu tas-siringa huwa maħlul jew nieqes, tużax is-siringa mimlija bil- lest.


G

  • Invita tajjeb is-siringa mimlija lesta fuq

l-adapter tal-kunjett sakemm tħoss xi reżistenza.

H

image

image

image


4. Irrikostitwixxi t-trab mas-solvent


  • Żomm is-siringa mimlija lesta kemmxejn immejla bil-kunjett iħares ’l isfel.

  • Imbotta l-lasta tal-planġer biex tinjetta


s-solvent kollu fil-kunjett.


I

  • Żomm il-lasta tal-planġer magħfusa ’l isfel u bandal il-kunjett bil-mod sakemm it-trab kollu jinħall.

Iċċaqlaqx il-kunjett bil-herra għax dan jifforma r-ragħwa.


  • Iċċekkja s-soluzzjoni rrikostitwita. Din trid tkun bla kulur. Jekk tinnota xi frak jew xi tibdil fil-kulur, tużahiex. Minflok uża pakkett ġdid.


J

Uża n-NovoSeven irrikostitwit mill-ewwel biex tevita l-infezzjonijiet.


Jekk ma tistax tużaha mill-ewwel, ara sezzjoni 5 Kif taħżen NovoSeven fuq in-naħa l-oħra ta’ dan il- fuljett. Taħżinx is-soluzzjoni rrikostitwita mingħajr parir mit-tabib jew in-ners tiegħek.


(I)

Jekk biex tieħu d-doża tiegħek għandek bżonn aktar minn kunjett wieħed, irrepeti l-istruzzjonijiet A sa

J billi tuża kunjetti, adapters tal-kunjetti u siringi mimlija bil-lest oħra, b’kunjetti, adapters tal-kunjetti u siringi mimlija bil-lest addizzjonali sakemm tilħaq id-doża li trid tieħu.

  • Żomm il-lasta tal-planġer imbuttat ’l isfel kompletament.

  • Dawwar is-siringa bil-kunjett rasu ’l

  • Ieqaf imbotta l-planġer u ħallih jimxi lura waħdu waqt li s-soluzzjoni rrikostitwita tkun qed timla s-siringa.

  • Iġbed il-lasta tal-planġer ftit ’l isfel biex tiġbed is-soluzzjoni rrikostitwita fis- siringa.

  • Fil-każ li għandek bżonn biss parti mid- doża sħiħa, uża l-iskala fuq is-siringa biex tara kemm għandek bżonn tieħu


isfel.




mis-soluzzjoni, skont l-istruzzjonijiet tat-

tabib jew in-ners tiegħek.

K

image


  • Jekk, fi kwalunkwe parti, ikun hemm ħafna arja fis-siringa, injetta l-arja lura fil-kunjett.

  • Filwaqt li żżomm il-kunjett rasu ’l isfel, taptap is-siringa bil-mod biex tgħin lil bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ.

  • Imbotta l-lasta tal-planġer bil-mod



sakemm il-bżieżaq tal-arja kollha jitilqu.

  • Ħoll l-adapter tal-kunjett mill-kunjett.

  • Tmissx it-tarf tas-siringa. Jekk tmiss it- tarf tas-siringa, tista’ tgħaddi l-mikrobi minn fuq subgħajk.



L

L-injezzjoni ta’ NovoSeven b’siringa mimlija għal-lest permezz ta’ konnekters għall-kateters għal

ġol-vini (IV) liema konnekters huma mingħajr labar


Kawtela: Is-siringa mimlija għal-lest hija magħmula mill-ħġieġ u pproġettata li tkun kompatibbli ma’ kumnikazzjonijiet luer-lock standard. Xi konnekters ta’ mingħajr labar li jużaw żennuna tal-ħadid interna mhumiex kompatibbli mas-siringa mimlija għal-lest. Din l-inkompatibbiltà tista’ ma tħallix li tittieħed il-mediċina u/jew tirriżulta fi ħsara għall-konnekter ta’ mingħajr labra.


Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu tal-konnekter ta’ mingħajr labra. Għat-teħid permezz ta’ konnekter ta’ mingħajr labra jista’ jkun hemm il-bżonn li tiġbed il-prodott rikostitwit għal ġo siringa standard luer- lock sterili tal-plastik ta’ 10 ml. Dan għandu jsir eżatt wara pass J.

5. Injetta s-soluzzjoni rrikostitwita


NovoSeven issa huwa lest biex tkun tista’ tinjettah fil-vina tiegħek.


  • Injetta s-soluzzjoni rrikostitwita skont l-istruzzjonijiet tat-tabib jew ners tiegħek.

  • Injetta bil-mod minn 2 sa 5 minuti.



L-injezzjoni tas-soluzzjoni permezz ta’ apparat li jipprovdi aċċess għal vina maġġura (CVAD) bħal kateter għal ġo vina maġġura jew permezz ta’ aċċess minn taħt il-ġilda:

  • Uża teknika nadifa u mingħajr mikrobi (asettika). Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu kif suppost tal-

  • Meta tinjetta ġo CVAD jista’ jkun hemm il-bżonn li tuża siringa sterili tal-plastik ta’ 10 ml biex tiġbed is-soluzzjoni rrikostitwita.

  • Jekk it-tubu tas-CVAD ikollu bżonn jitlaħlaħ qabel jew wara l-injezzjoni ta’ NovoSeven, uża

konnekter u tas-CVAD bil-parir tat-tabib jew tan-ners tiegħek.

soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml.

Rimi


  • Wara l-injezzjoni, armi bil-galbu s- siringa bis-set t’amministrazzjoni, il- kunjett mal-adapter tal-kunjett, kull

image


NovoSeven mhux użat u skart ieħor kif avżat mit-tabib jew ners tiegħek.


  • M’għandekx tarmi dawn l-oġġetti mal-

iskart domestika.

M


Iżżarmax l-apparat qabel ma tarmih.


Terġax tuża l-apparat.