Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Certifect
fipronil / amitraz / (S)-methoprene

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT GĦAL

(Kaxxa ta’ 3 pipetti)

CERTIFECT 67 mg/ 60.3 mg/ 80 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 2-10 kg CERTIFECT 134 mg/ 120.6 mg/ 160 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 10-20 kg CERTIFECT 268 mg/ 241.2 mg/ 320 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 20-40 kg CERTIFECT 402 mg/ 361.8 mg/ 480 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 40-60 kg

  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

    U L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI

    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ MERIAL

    29, avenue Tony Garnier

    FR-69007 Lyon

    Franza

    Manifattur responsabbli biex iħalli l-konsenja tmur fis-suq: MERIAL

    4, Chemin du Calquet

    FR 31000 Toulouse Cedex Franza

  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI U INGREDJENTI OĦRA

    Soluzzjoni għall-użu lokalizzat.

    Soluzzjoni ċara kulur l-ambra sa tagħti fl-isfar.

    Kull doża waħdanija (pipetta b’kavità doppja) tagħti:

    CERTIFECT soluzzjoni għall-użu lokalizzat

    Volum ta’ doża unika (ml)

    Fipronil (mg) S-methoprene

    (mg)

    Amitraz (mg)

    klieb 2-10 kg 1.07 67.0 60.3 80.0

    klieb 10-20 kg 2.14 134.0 120.6 160.0

    klieb 20-40 kg 4.28 268.0 241.2 320.0

    klieb 40-60 kg 6.42 402.0 361.8 480.0

    image

    Sustanzi mhux attivi essenzjali għall-għoti kif suppost: butylhydroxyanisole (0.02 %) u butylhydroxytoluene (0.01 %).

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  4. INDIKAZZJONI(JIET)

    Kura u prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet fil-klieb b’qurdien (Ixodes ricinus, Dermacentor reticulatus, Rhipicephalus sanguineus, Ixodes scapularis, Dermacentor variabilis, Haemaphysalis elliptica, Haemaphysalis longicornis, Amblyomma americanum u Amblyomma maculatum) u briegħed (Ctenocephalides felis u Ctenocephalides canis).

    Kura ta’ infestazzjonijiet b’qamel li jgerrem (Trichodectes canis).

    Prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni ambjentali bil-briegħed bl-inibizzjoni tal-iżvilupp tal-fażijiet immaturi kollha tal-briegħed. Il-prodott jista’ jintuża bħala parti minn strateġija ta’ kura għall-kontroll ta’ Dermatite ta’ Allerġija għall-Briegħed (FAD - Flea Allergy Dermatitis).

    L-eliminazzjoni ta’ briegħed u qurdien fi żmien 24 siegħa. Kura waħda timpedixxi aktar infestazzjonijiet għal 5 ġimgħat bil-qurdien u sa 5 ġimgħat bil-briegħed.

    Il-kura tnaqqas indirettament ir-riskju ta’ trasmissjoni ta’ mard li jinġarr mill-qurdien (canine babesiosis, monocytic ehrlichiosis, granulocytic anaplasmosis u borreliosis) minn qurdien infettat għal 4 ġimgħat.

  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET

    Tużax fuq klieb morda (eż. mard sistemiku, dijabete, deni) jew fuq annimali konvalexxenti. Tużax fil-fniek u qtates.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA

    Reazzjonijiet temporanji tal-ġilda fis-sit tal-applikazzjoni (telf tal-kulur tal-ġilda, telf lokali tas-suf, ħakk, ħmura) u ħakk ġenerali jew telf ta’ xagħar jistgħu jseħħu f’okkażjonijiet rari. Jistgħu jiġu osservati letarġija, ataksja, dardir, anoreksja, dijarea, salivazzjoni eċċessiva, , ipergliċemija, sensittività miżjuda għal stimulazzjoni, bradikardija jew bradipneja. Is-sinjali huma temporanji u ġeneralment jgħibu mingħajr kura fi żmien 24 siegħa.

    F’każijiet rari ħafna, ċerti klieb sensittivi jistgħu jiżviluppaw irritazzjoni tal-ġilda fis-sit

    tal-applikazzjoni. Jista’ jkun hemm forom oħra ta’ dermatite li jinkludu kundizzjonijiet bħal pemphigus f’każijiet iżjed rari. Jekk dan jiġri, ikkuntattja il-veterinarju tiegħek minnufih għal parir dwar il-kura u waqqaf l-użu tal-prodott.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).

      Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.

  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

    Klieb

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI

    Dożaġġ:

    Id-doża minima rrakkomandata hija 6.7 mg/kg ta’ piż tal-ġisem (b.w.) għal fipronil, 6 mg/kg għal (S)-methoprene u 8 mg/kg għal amitraz.

    Għall-użu lokalizzat.

    Skeda tal-kura:

    Intervalli ta’ xahar matul l-istaġuni tal-qurdien u/jew tal-briegħed, fuq il-bażi ta’ sitwazzjonijiet

    epidemjoloġiċi lokali.

  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

  1. Issepara strixxa waħda mill-oħrajn billi ċċarrat tul il-perforazzjoni.

  2. Uża mqass biex taqta’ l-istrixxa tul il-linja bit-tikek (jew itwi fuq r-rokna kif muri, u iġbed il-fojl lura).

  3. Neħħi l-pipetta u żommha wieqfa. Aqta’ t-tarf tal-pipetta b’imqass.

  4. Ifred il-pil sakemm tkun tidher il-ġilda. Poġġi l-ponta tal-pipetta fuq il-ġilda. Agħfas il-pipetta, applika madwar nofs il-kontenut nofs triq ’l isfel tal-għonq bejn il-qiegħ tal-qorriegħa u

    l-għadam tal-ispallejn. Irrepeti l-applikazzjoni fil-parti t’isfel tal-għonq quddiem l-għadam

    tal-ispallejn biex tbattal il-pipetta.

  5. Applika fuq il-ġilda xotta fejn l-annimal ma jkunx jista’ jilagħaqha u aċċerta ruħek li l-annimali ma jilagħqux lil xulxin wara l-kura.

Il-kura b’CERTIFECT tikkawża t-tneħħija ta’ qurdien meta jiġi applikat fuq kelb b’infezzjoni eżistenti minn qabel, ifixkel it-twaħħil u joqtol malajr lil qurdien fi żmien 24 siegħa, b’hekk jinibixxi milli jieklu minn fuq id-demm u r-riskju fl-istess ħin ta’ trasmissjoni ta’ patoġeni li jinġarru mill-qurdien.

Ir-riskju ta’ żvilupp ta' canine babesiosis, monocytic ehrlichiosis, granulocytic anaplasmosis u borreliosis għal 4 ġimgħat huwa għaldaqstant imnaqqas b’mod indirett.

Jibqa’ effikaċi wara l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx jew jekk l-annimal jixxarrab wara x-xita, ħasil, jew wara li jidħol fl-ilma. Madankollu, ħasil bix-xampu jew it-tgħaddis tal-annimal fl-ilma direttament wara l-kura jew ħasil frekwenti bix-xampu jista’ jnaqqas it-tul tal-attività. Annimali

kkurati m’għandhomx jinħaslu sa 48 siegħa wara l-kura. Jekk il-kelb ikun jeħtieġ ħasil bix-xampu, dan ikun l-aħjar li jsir wara li jiġi applikat il-prodott mediċinali veterinarju.

Il-fażijiet kollha ta’ briegħed jistgħu jinfestaw il-baskett, friex u postijiet ta’ serħan regolari tal-kelb bħal twapet u oġġetti rotob oħra. Fil-każ ta’ infestazzjoni massiva bil-briegħed u fil-bidu tal-miżuri ta’ kontroll, dawn iż-żoni għandhom jiġu ttrattati bi prodott ambjentali xieraq u mbagħad għandhom jiġu vvakumjati regolarment.

Normalment, wara kura b’CERTIFECT, il-qurdien jinqatel u jaqa’ minn fuq il-kelb fi żmien 24 siegħa wara infestazzjoni mingħajr ma jkun xorob id-demm. Madankollu, it-twaħħil ta’ qurdien singolu wara l-kura ma jistax jiġi eskluż. Għal din ir-raġuni, it-trasmissjoni ta’ mard infettiv ma tistax tiġi eskluża għal kollox jekk il-kundizzjonijiet ma jkunux favorevoli.

  1. PERJODU TA' TIŻMIM

    Mhux applikabbli

  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Aħżen fil-pakkett oriġinali.

    Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq il-pakkett ta’ barra wara JIS.

  3. TWISSIJIET SPEĊJALI

    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Evita kuntatt mal-għajnejn tal-kelb.

    Għal applikazzjoni għall-użu lokalizzat biss. Tagħtix oralment jew permezz ta’ xi rotta oħra. Il-parti kkurata tista’ tidher niedja jew żejtnija wara l-kura.

    Fin-nuqqas ta’ studji tas-sigurtà addizzjonali, tirrepetix il-kura f’intervalli ta’ inqas minn ġimagħtejn, tikkurax il-ġriewi li għandhom inqas minn 8 ġimgħat, u klieb li għandhom piż tal-ġisem inqas minn

    2 kg.

    Il-klieb m’għandhomx jitħallew ikollhom aċċess għal nixxiegħat jew xmajjar għal 48 siegħa wara l-kura.

    Effetti sekondarji magħrufin ta’ amitraz u l-metaboliti tiegħu huma dovuti għal effetti ta’

    alpha-2-adreno-receptor agonist. Jistgħu jikkonsistu minn salivazzjoni eċċessiva, rimettar, letarġija, ipergliċemija, bradikardija jew bradipneja. Is-sinjali huma temporanji u ġeneralment jgħibu mingħajr

    kura fi żmien 24 siegħa.

    Jekk is-sintomi jkunu severi jew jippersistu, uża antidotu (atipamezole hydrochloride).

    Ir-riskju li jista’ jkun hemm reazzjonijiet avversi jista’ jiżdied b’doża eċċessiva, għalhekk l-annimali għandhom dejjem jiġu kkurati bid-daqs xieraq tal-pipetta addattat għall-piż tal-ġisem.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih amitraz, li huwa monoamine oxidase inhibitor (MAOI) għaldaqstant, fin-nuqqas tas-studju dwaru, dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jintuża fil- klieb ikkurati bil-MAOI.

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda, reazzjonijiet allerġiċi u irritazzjoni ħafifa fl-għajnejn fil-bnedmin. Annimali jew nies li huma sensittivi għas-sustanzi attivi jew għas-sustanzi mhux attivi għandhom jevitaw li jmissu ml-prodott mediċinali veterinarju, li

    f’okkażjonijiet rari ħafna, jista’ jikkawża irritazzjoni respiratorja u reazzjonijiet tal-ġilda f’ċerti individwi. L-użu ta’ ingwanti ta’ protezzjoni huwa rakkomandat.

    Evita kuntatt dirett mas-sit tal-applikazzjoni. It-tfal m’għandhomx jitħallew jilagħbu ma’ klieb ikkurati sakemm jinxef is-sit tal-applikazzjoni. Għaldaqstant, huwa irrakkomandat li l-klieb ma jiġux ikkurati

    matul il-ġurnata, iżda kmieni filgħaxija, u li annimali li jkunu ġew ikkurati riċentament ma jitħallewx jorqdu mas-sidien, speċjalment tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih amitraz, li jista’ jwassal għal effetti sekondarji newroloġiċi

    fin-nies.

    Amitraz huwa monoamine oxidase inhibitor (MAOI); għaldaqstant, nies li jieħdu medikazzjoni li fiha MAOI għandhom joqogħdu attenti ħafna u jevitaw kuntatt dirett mal-prodott.

    Biex timminimizza l-potenzjal ta’ teħid man-nifs, applikah fil-miftuħ jew f’żona vventilata sewwa.

    Tpejjipx, tixrobx u tikolx meta timmaniġġja l-prodott. Aħsel idejk sewwa wara l-użu.

    Pipetti użati għandhom jintremew minnufih. Pipetti maħżunin għandhom jinżammu fil-pakkett tal-folj

    intatt.

    Fil-każ ta’ ċarċir aċċidentali fuq il-ġilda, aħsel minnufih bis-sapun u bl-ilma. Jekk il-prodott jidħol aċċidentalment fl-għajnejn, dawn għandhom jitlaħalħu sewwa bl-ilma.

    F'każ ta’ użu skorrett, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta' tagħrif jew it-tikketta .Jekk jiġu nnutati effetti sekondarji, fittex parir mediku minnufih u uri l-fuljett ta’ tagħrif fil-pakkett jew it-

    tikketta lit-tabib.

    Tqala u treddigħ:

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u treddigħ.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Doża eċċessiva:

    Is-sigurtà ntweriet f’annimali tat-tnissil, annimali tqal u annimali li jkunu qegħdin ireddgħu kkurati f’intervalli ta’ 28 jum b’dożi konsekuttivi multipli ta’ sa 3 darbiet id-doża massima rakkomandata.

    Is-sigurtà ntweriet ukoll b’sa 5 darbiet id-doża rakkomandata fi klieb adulti b’saħħithom ikkurati sa

    6 darbiet f’intervalli ta’ kull ġimagħtejn) u fi ġriewi (ta’ 8 ġimgħat ikkurati darba).

  4. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

    Il-mediċini m’ għandhomx jintremew mal-ilma maħmuġ jew domestiku.

    Kwalunkwe prodott mediċinali mhux użat jew materjali ta’ skart minnu għandhom jintremew skont

    ir-rekwiżiti lokali u ma għandhomx jitħallew imorru man-nixxiegħat tal-ilma minħabba li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħut jew ħlejjaq oħra akwatiċi.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  5. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL-PAKKETT

    /.

  6. TAGĦRIF IEĦOR

Kull qawwa tal-prodott mediċinali veterinarju tiġi f’kards b’pipetta waħda u f’kaxxi tal-kartun ta’ 3 pipetti.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq. Għal kura tal-annimali biss.

Għandu jingħata biss bi preskrizzjoni veterinarja.

m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT GĦAL

(Kard ta’ 1 pipetta)

image

CERTIFECT 67 mg/ 60.3 mg/ 80 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 2-10 kg CERTIFECT 134 mg/ 120.6 mg/ 160 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 10-20 kg CERTIFECT 268 mg/ 241.2 mg/ 320 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 20-40 kg CERTIFECT 402 mg/ 361.8 mg/ 480 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 40-60 kg

  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

    U L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI

    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ MERIAL

    29, avenue Tony Garnier

    FR-69007 Lyon

    Franza.

    Manifattur responsabbli biex iħalli l-konsenja tmur fis-suq: MERIAL

    4, Chemin du Calquet

    FR 31000 Toulouse Cedex Franza

  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

    li

    image

    Prodott mediċinali

    CERTIFECT 67 mg/ 60.3 mg/ 80 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 2-10 kg CERTIFECT 134 mg/ 120.6 mg/ 160 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 10-20 kg CERTIFECT 268 mg/ 241.2 mg/ 320 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 20-40 kg CERTIFECT 402 mg/ 361.8 mg/ 480 mg soluzzjoni għall-użu lokalizzat għal klieb 40-60 kg

  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI U INGREDJENTI OĦRA

    Soluzzjoni għall-użu lokalizzat għall-klieb. Soluzzjoni ċara kulur l-ambra sa tagħti fl-isfar.

    Kull doża waħdanija (pipetta b’kavità doppja) tagħti:

    CERTIFECT soluzzjoni għall-użu lokalizzat

    Volum ta’ doża unika (ml)

    Fipronil (mg)

    S-methoprene (mg)

    Amitraz (mg)

    klieb 2-10 kg 1.07 67.0 60.3 80.0

    klieb 10-20 kg 2.14 134.0 120.6 160.0

    klieb 20-40 kg 4.28 268.0 241.2 320.0

    klieb 40-60 kg 6.42 402.0 361.8 480.0

    image

    Sustanzi mhux attivi essenzjali għall-għoti kif suppost: butylhydroxyanisole (0.02 %) u butylhydroxytoluene (0.01 %).

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  4. INDIKAZZJONI(JIET)

    Kura u prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet fil-klieb b’qurdien (Ixodes ricinus, Dermacentor reticulatus, Rhipicephalus sanguineus, Ixodes scapularis, Dermacentor variabilis, Haemaphysalis elliptica, Haemaphysalis longicornis, Amblyomma americanum u Amblyomma maculatum) u briegħed (Ctenocephalides felis u Ctenocephalides canis).

    Kura ta’ infestazzjonijiet b’qamel li jgerrem (Trichodectes canis).

    Prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni ambjentali bil-briegħed bl-inibizzjoni tal-iżvilupp tal-fażijiet immaturi kollha tal-briegħed.

    Il-prodott jista’ jintuża bħala parti minn strateġija ta’ kura għall-kontroll ta’ Dermatite ta’ Allerġija għall-Briegħed (FAD - Flea Allergy Dermatitis).

    L-eliminazzjoni tal-briegħed u l-qurdien fi żmien 24 siegħa. Kura waħda timpedixxi aktar infestazzjonijiet għal 5 ġimgħat bil-qurdien u sa 5 ġimgħat bil-briegħed.

    Il-kura tnaqqas indirettament ir-riskju ta’ trasmissjoni ta’ mard li jinġarr mill-qurdien (canine babesiosis, monocytic ehrlichiosis, granulocytic anaplasmosis u borreliosis) minn qurdien infettat għal 4 ġimgħat.

  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET

    Tużax fuq klieb morda (eż. mard sistemiku, dijabete, deni) jew fuq annimali konvalexxenti. Tużax fil-fniek u qtates.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA

    Reazzjonijiet temporanji tal-ġilda fis-sit tal-applikazzjoni (telf tal-kulur tal-ġilda, telf lokali

    tax-xagħar, ħakk, ħmura) u ħakk ġenerali jew telf ta’ xagħar jistgħu jseħħu f’okkażjonijiet rari. Jistgħu jiġu osservati letarġija, ataksja, dardir, anoreksja, dijarea, salivazzjoni eċċessiva, , ipergliċemija,

    sensittività miżjuda għal stimulazzjoni, bradikardija jew bradipneja. Is-sinjali huma temporanji u ġeneralment jgħibu mingħajr kura fi żmien 24 siegħa.

    F’każijiet rari ħafna, ċerti klieb sensittivi jistgħu jiżviluppaw irritazzjoni tal-ġilda fis-sit

    tal-applikazzjoni. Jista’ jkun hemm forom oħra ta’ dermatite li jinkludu kundizzjonijiet bħal

    pemphigus f’każijiet iżjed rari. Jekk dan jiġri, ikkuntattja il-veterinarju tiegħek minnufih għal parir dwar il-kura u waqqaf l-użu tal-prodott.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).

    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.

  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

    Klieb

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI

    Dożaġġ:

    Id-doża minima rrakkomandata hija 6.7 mg/kg ta’ piż tal-ġisem (b.w.) għal fipronil, 6 mg/kg għal

    (S)-methoprene u 8 mg/kg għal amitraz. Għall-użu lokalizzat.

    Skeda tal-kura:

    Intervalli ta’ xahar matul l-istaġuni tal-qurdien u/jew tal-briegħed, fuq il-bażi ta’ sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi lokali.

  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

  1. Uża mqass biex taqta’ l-istrixxa tul il-linja bit-tikek (jew itwi fuq ir-rokna kif muri, u iġbed il-fojl lura).

  2. Neħħi l-pipetta u żommha wieqfa. Aqta’ t-tarf tal-pipetta b’imqass.

  3. Ifred il-pil sakemm tkun tidher il-ġilda. Poġġi l-ponta tal-pipetta fuq il-ġilda. Agħfas il-pipetta, applika madwar nofs il-kontenut nofs triq ’l isfel tal-għonq bejn il-qiegħ tal-qorriegħa u

    l-għadam tal-ispallejn. Irrepeti l-applikazzjoni fil-parti t’isfel tal-għonq quddiem l-għadam

    tal-ispallejn biex tbattal il-pipetta.

  4. Applika fuq il-ġilda xotta fejn l-annimal ma jkunx jista’ jilagħaqha u aċċerta ruħek li l-annimali ma jilagħqux lil xulxin wara l-kura.

Il-kura b’CERTIFECT tikkawża t-tneħħija ta’ qurdien meta jiġi applikat fuq kelb b’infezzjoni eżistenti minn qabel, ifixkel it-twaħħil u joqtol malajr lil qurdien fi żmien 24 siegħa, b’hekk jinibixxi milli jieklu minn fuq id-demm u r-riskju fl-istess ħin ta’ trasmissjoni ta’ patoġeni li jinġarru mill-qurdien.

Ir-riskju ta’ żvilupp ta' canine babesiosis, monocytic ehrlichiosis, granulocytic anaplasmosis u borreliosis għal 4 ġimgħat huwa għaldaqstant imnaqqas b’mod indirett.

Jibqa’ effikaċi wara l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx jew jekk l-annimal jixxarrab wara x-xita, ħasil, jew wara li jidħol fl-ilma. Madankollu, ħasil bix-xampu jew it-tgħaddis tal-annimal fl-ilma direttament wara l-kura jew ħasil frekwenti bix-xampu jista’ jnaqqas it-tul tal-attività. Annimali

kkurati m’għandhomx jinħaslu sa 48 siegħa wara l-kura. Jekk il-kelb ikun jeħtieġ ħasil bix-xampu, dan ikun l-aħjar li jsir wara li jiġi applikat il-prodott mediċinali veterinarju.

Il-fażijiet kollha ta’ briegħed jistgħu jinfestaw il-baskett, friex u postijiet ta’ serħan regolari tal-kelb bħal twapet u oġġetti rotob oħra. Fil-każ ta’ infestazzjoni massiva bi briegħed u fil-bidu tal-miżuri ta’ kontroll, dawn iż-żoni għandhom jiġu ttrattati bi prodott ambjentali xieraq u mbagħad għandhom jiġu vvakumjati regolarment.

Normalment, wara kura b’CERTIFECT, il-qurdien jinqatel u jaqa’ minn fuq il-kelb fi żmien 24 siegħa wara infestazzjoni mingħajr ma jkun xorob id-demm. Madankollu, it-twaħħil ta’ qurdien singolu wara l-kura ma jistax jiġi eskluż. Għal din ir-raġuni, it-trasmissjoni ta’ mard infettiv ma tistax tiġi eskluża għal kollox jekk il-kundizzjonijiet ma jkunux favorevoli.

  1. PERJODU TA' TIŻMIM

    Mhux applikabbli

  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Aħżen fil-pakkett oriġinali

    Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq il-pakkett ta’ barra wara JIS.

  3. TWISSIJIET SPEĊJALI

    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Evita kuntatt mal-għajnejn tal-kelb.

    Għal applikazzjoni għall-użu lokalizzat biss. Tagħtix oralment jew permezz ta’ xi rotta oħra. Applika fuq il-ġilda xotta fejn l-annimal ma jkunx jista’ jilagħaqha u aċċerta ruħek li l-annimali ma

    jilagħqux lil xulxin wara l-kura.

    Il-parti kkurata tista’ tidher niedja jew żejtnija wara l-kura.

    Fin-nuqqas ta’ studji tas-sigurtà addizzjonali, tirrepetix il-kura f’intervalli ta’ inqas minn ġimagħtejn, tikkurax il-ġriewi li huma iżgħar minn 8 ġimgħat, u klieb li għandhom piż tal-ġisem inqas minn 2 kg.

    Il-klieb m’għandhomx jitħallew ikollhom aċċess għal nixxiegħat jew xmajjar għal 48 siegħa wara l-kura.

    Effetti sekondarji magħrufin ta’ amitraz u l-metaboliti tiegħu huma dovuti għal effetti ta’

    alpha-2-adreno-receptor agonist. Jistgħu jikkonsistu minn salivazzjoni eċċessiva, rimettar, letarġija, ipergliċemija, bradikardija jew bradipneja. Is-sinjali huma temporanji u ġeneralment jgħibu mingħajr

    kura fi żmien 24 siegħa.

    Jekk is-sintomi jkunu severi jew jippersistu, uża antidotu (atipamezole hydrochloride).

    Ir-riskju li jista’ jkun hemm reazzjonijiet avversi jista’ jiżdied b’doża eċċessiva, għalhekk l-annimali għandhom dejjem jiġu kkurati bid-daqs xieraq tal-pipetta addattat għall-piż tal-ġisem.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih amitraz, li huwa monoamine oxidase inhibitor (MAOI) għaldaqstant, fin-nuqqas tas-studju dwaru, dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jintuża fil- klieb ikkurati bil-MAOI.

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda, reazzjonijiet allerġiċi u irritazzjoni ħafifa fl-għajnejn fil-bnedmin. Annimali jew nies li huma sensittivi għas-sustanzi attivi jew

    għas-sustanzi mhux attivi għandhom jevitaw li jmissu ml-prodott mediċinali veterinarju, li f’okkażjonijiet rari ħafna jista’ jikkawża irritazzjoni respiratorja u reazzjonijiet tal-ġilda f’ċerti

    individwi. L-użu ta’ ingwanti ta’ protezzjoni huwa rakkomandat. Evita kuntatt dirett mas-sit

    tal-applikazzjoni. It-tfal m’għandhomx jitħallew jilagħbu ma’ klieb ikkurati sakemm jinxef is-sit

    tal-applikazzjoni. Għaldaqstant, huwa rakkomandat li l-klieb ma jiġux ikkurati matul il-ġurnata, iżda kmieni filgħaxija, u li annimali li jkunu ġew ikkurati riċentament ma jitħallewx jorqdu mas-sidien, speċjalment tfal.

    Applika fuq il-ġilda xotta fejn l-annimal ma jkunx jista’ jilagħaqha u aċċerta ruħek li l-annimali ma jilagħqux lil xulxin wara l-kura.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih amitraz, li jista’ jwassal għal effetti sekondarji newroloġiċi fin-nies.

    Amitraz huwa monoamine oxidase inhibitor (MAOI); għaldaqstant, nies li jieħdu medikazzjoni li fiha

    MAOI għandhom joqogħdu attenti ħafna u jevitaw kuntatt dirett mal-prodott.

    Biex timminimizza l-potenzjal ta’ teħid man-nifs, applikah fil-miftuħ jew f’żona vventilata sewwa. Tpejjipx, tixrobx u tikolx meta timmaniġġja l-prodott.

    Aħsel idejk sewwa wara l-użu.

    Pipetti użati għandhom jintremew minnufih. Pipetti maħżunin għandhom jinżammu fil-pakkett tal-folj intatt.

    Fil-każ ta’ ċarċir aċċidentali fuq il-ġilda, aħsel minnufih bis-sapun u bl-ilma. Jekk il-prodott jidħol

    aċċidentalment fl-għajnejn, dawn għandhom jitlaħalħu sewwa bl-ilma.

    F'każ ta’ użu skorrett, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta' tagħrif jew it-tikketta .

    Jekk jiġu nnutati effetti sekondarji, fittex parir mediku minnufih u uri l-fuljett ta’ tagħrif fil-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Tqala u treddigħ:

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u treddigħ.

    Doża eċċessiva:

    Is-sigurtà ntweriet f’annimali li jkunu qed jgħammru, annimali tqal u annimali li jkunu qegħdin ireddgħu kkurati f’intervalli ta’ 28 jum b’dożi konsekuttivi multipli ta’ sa 3 darbiet id-doża massima rakkomandata.

    Is-sigurtà ntweriet b’sa 5 darbiet id-doża rakkomandata fi klieb adulti b’saħħithom ikkurati sa 6 darbiet f’intervalli ta’ kull ġimagħtejn) u fi ġriewi (ta’ 8 ġimgħat ikkurati darba).

  4. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

    Il-mediċini m’ għandhomx jintremew mal-ilma maħmuġ jew domestiku. Kwalunkwe prodott mediċinali mhux użat jew materjali ta’ skart minnu għandhom jintremew skont ir-rekwiżiti lokali u ma għandhomx jitħallew imorru man-nixxiegħat tal-ilma minħabba li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħut jew ħlejjaq oħra akwatiċi.Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  5. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL-PAKKETT

    /.

  6. TAGĦRIF IEĦOR

Kull qawwa tal-prodott mediċinali veterinarju tiġi f’kards b’pipetta waħda u f’kaxex tal-kartun ta’ 3 pipetti.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq. Għal kura tal-annimali biss.

Għandu jingħata biss bi preskrizzjoni veterinarja.

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

ANNESS IV

RAĠUNIJIET GĦAL TIĠDID ADDIZZJONALI WIEĦED

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Fil-laqgħa tat-18 ta’ frar 2016 il-CVMP (il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-użu veterinarju) iddeċieda li tiġdid addizzjonali wieħed ta’ ħames snin kien meħtieġ fid-dawl tal-informazzjoni pendenti dwar farmakoviġilanza li kienet taħt valutazzjoni fil-ħin tal-proċedura ta’ tiġdid u biex jiġi assigurat li s- sistema farmakoviġilanti tal-MAH hija adegwata biex tiġbor u tevalwa informazzjoni dwar effetti mhux mixtieqa f'konformità mar-rekwiżiti.