Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Forxiga
dapagliflozin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Forxiga 5 mg pilloli miksija b’rita Forxiga 10 mg pilloli miksija b’rita dapagliflozin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Forxiga u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Forxiga

  3. Kif għandek tieħu Forxiga

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Forxiga

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Forxiga u gћalxiex jintuża X’inhu Forxiga

    Forxiga fih is-sustanza attiva li tissejjaħ dapagliflozin. Tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu “inibituri tal-ko-trasportatur 2 ta’ sodium-glucose (SGLT2)”. Dawn jaħdmu billi jimblokkaw

    il-proteina SGLT2 fil-kliewi tiegħek. Billi jimblokkaw din il-proteina, iz-zokkor fid-demm (glukows), il-melħ (sodium) u l-ilma jitneħħew mill-ġisem tiegħek permezz tal-awrina.


    Għalxiex jintuża Forxiga

    Forxiga jintuża biex jikkura:


    • Dijabete tat-tip 2

      • f’adulti u tfal li għandhom 10 snin u aktar.

      • jekk id-dijabete tat-tip 2 tiegħek ma tkunx tista’ tiġi ikkontrollata bid-dieta u l-eżerċizzju.

      • Forxiga jista’ jintuża waħdu jew flimkien ma’ mediċini oħra għall-kura tad-dijabete.

      • Huwa importanti li tkompli timxi mal-parir fuq id-dieta u l-eżerċizzju li tak it-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek.


    • Insuffiċjenza tal-qalb

      • f’adulti (li għandhom 18-il sena u aktar) b’sintomi minħabba funzjoni tal-pompa tal-qalb

        dgħajfa.


    • Mard kroniku tal-kliewi

      • f’adulti b’funzjoni tal-kliewi mnaqqsa.


        X’inhi dijabete tat-tip 2 u kif jista’ jgħin Forxiga?

    • F’dijabete tat-tip 2 ġismek ma jagħmilx biżżejjed insulina jew ma jkunx kapaċi juża l-insulina li jagħmel sew. Dan iwassal għal-livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Dan jista’ jwassal għal problemi serji bħal mard tal-qalb jew tal-kliewi, għama, u ċirkolazzjoni batuta f’dirgħajk u

      f’riġlejk.

    • Forxiga jaħdem billi jneħħi z-zokkor żejjed minn ġismek. Dan jista’ jgħin ukoll biex jipprevjeni mard tal-qalb.

      X’inhi insuffiċjenza tal-qalb u kif jgħin Forxiga?

      • Din it-tip ta’ insuffiċjenza tal-qalb isseħħ meta l-qalb tkun dgħajfa u ma tkunx tista’ tippompja biżżejjed demm għall-pulmun u l-bqija tal-ġisem. Dan jista’ jwassal għal problemi mediċi serji

        u ħtieġa għal kura fi sptar.

      • L-aktar sintomi komuni ta’ insuffiċjenza tal-qalb huma tħossok bla nifs, tħossok għajjien jew għajjien ħafna l-ħin kollu, u nefħa tal-għekiesi.

      • Forxiga jgħin jipproteġi l-qalb tiegħek milli ssir aktar dgħajfa u jtejjeb is-sintomi tiegħek. Dan jista’ jbaxxi l-ħtieġa tiegħek li tidħol l-isptar u jista’ jgħin lil xi pazjenti jgħixu għal żmien itwal.


        X’inhi marda kronika tal-kliewi u kif jgħin Forxiga?

      • Meta jkollok marda kronika tal-kliewi, il-kliewi tiegħek jistgħu jitilfu l-funzjoni tagħhom bil- mod. Dan ifisser li ma jkunux jistgħu jnaddfu u jiffiltraw id-demm tiegħek kif suppost. It-telf

        tal-funzjoni tal-kliewi jista’ jwassal għal problemi mediċi serji u ħtieġa ta’ rikoveru l-isptar.

      • Forxiga jgħin biex jipproteġi lill-kliewi tiegħek milli jitilfu l-funzjoni tagħhom. Dan jista’ jgħin lil xi pazjenti jgħixu għal żmien itwal.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Forxiga Tieħux Forxiga:

    - jekk inti allerġiku għal dapagliflozin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).


    Twissijiet u prekawzjonijiet

    Agħmel kuntatt ma’ tabib jew mal-eqreb sptar minnufih:


    Ketoaċidożi dijabetika:

    • Jekk għandek id-dijabete u tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx, uġigħ fl-istonku, għatx eċċessiv, nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, ngħas mhux tas-soltu jew għejja, riħa ħelwa ta’ mnifsejk, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek, jew riħa differenti tal-awrina jew l-għaraq tiegħek jew telf fil-piż f’qasir żmien.

    • Is-sintomi ta’ hawn fuq jistgħu jkunu sinjali ta’ “ketoaċidożi dijabetika” - problema rari iżda serja, xi kultant ta’ periklu għall-ħajja li jista’ jkollok minħabba d-dijabete minħabba livelli ogħla ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek, li jirriżultaw fit-testijiet.

    • Ir-riskju ta’ żvilupp ta’ ketoaċidożi dijabetika jista’ jiżdied b’sawm fit-tul, konsum eċċessiv ta’ alkoħol, deidrazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew bżonn ikbar tal-insulina minħabba operazzjoni maġġuri jew mard serju.

    • Meta tiġi kkurat b’Forxiga, ketoaċidożi dijabetika tista’ sseħħ anki jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek ikun normali.

      Jekk tissuspetta li għandek ketoaċidożi dijabetika, agħmel kuntatt ma’ tabib jew mal-eqreb sptar

      minnufih u tiħux din il-mediċina.


      Faxxite nekrotizzanti tal-perniew:

    • Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa kombinazzjoni ta’ sintomi ta’ uġigħ, sensittività, ħmura, jew nefħa tal-ġenitali jew tal-parti bejn il-ġenitali u l-anus b’deni jew tħossok ġeneralment ma tiflaħx. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ infezzjoni rari iżda serja jew saħansitra ta’ periklu għall-ħajja, li tissejjaħ faxxite nekrotizzanti tal-perinew jew kankrena ta’ Fournier li teqred it-tessut taħt il-ġilda. Il-kankrena ta’ Fournier għandha tiġi kkurata immedjatament.


      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Forxiga:

    • jekk għandek “dijabete tat-tip 1” – it-tip li normalment tibda meta tkun żgħir, u ġismek ma jipproduċix insulina.

    • jekk għandek id-dijabete u għandek problema fil-kliewi – it-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex tieħu mediċina addizzjonali jew differenti biex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek.

    • jekk għandek problema fil-fwied – it-tabib tiegħek jista’ jibdik fuq doża aktar baxxa.

    • jekk qed tieħu mediċini li jbaxxulek il-pressjoni tad-demm (kontra l-ipertensjoni) u fil-passat kont tbati bil-pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni). Aktar tagħrif qed jingħata hawn

      taħt ’Mediċini oħra u Forxiga’.

    • jekk għandek livelli għoljin ħafna ta’ zokkor fid-demm tiegħek li jista’ jgħamlek disidratat (titlef wisq fluwidu mill-ġisem). Dan ikun jista’ jiġri b’aktar probabilità jekk qed tieħu pillola

      tal-pipi (dijuretika). Is-sinjali li jista’ jkun hemm ta’ deidratazzjoni qed jiġu elenkati f’sezzjoni 4. Għid lit-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Forxiga jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-

      sinjali.

    • jekk għandek jew tiżviluppa dardir (tħossok imqalla), rimettar jew deni jew jekk ma tistax tiekol jew tixrob. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jikkawżaw disidratazzjoni. It-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex twaqqaf Forxiga sakemm tirkupra biex tevita d-disidratazzjoni.

    • jekk ta’ spiss jaqbduk infezzjonijiet fil-passaġġ tal-awrina.


      Jekk xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq japplika għalik (jew m’intix ċert), kellem lit-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek qabel ma tieħu Forxiga.


      Id-dijabete u l-kura tas-saqajn

      Jekk għandek id-dijabete, huwa importanti li tiċċekkja saqajk regolarment u li taderixxi ma’

      kwalunkwe parir ieħor dwar il-kura tas-saqajn mogħti mill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek.


      Glukows fl-awrina

      Minħabba l-mod ta’ kif jaħdem Forxiga, l-awrina tiegħek ser tirriżulta pożittiva għaz-zokkor waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Tfal u adolexxenti

      Forxiga jista’ jintuża fi tfal li għandhom 10 snin u aktar għall-kura tad-dijabete tat-tip 2. M’hemm l-

      ebda data disponibbli fi tfal li għandhom inqas minn 10 snin.


      Forxiga mhux rakkomandat għall-użu fi tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena għall-kura ta’ insuffiċjenza tal-qalb jew għall-kura ta’ mard kroniku tal-kliewi, għaliex ma kienx studjat f’dawn il-pazjenti.


      Mediċini oħra u Forxiga

      Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek:

    • jekk qiegħed tieħu mediċina li tintuża biex tneħħi l-ilma minn ġismek (dijuretika).

    • jekk qiegħed tieħu mediċini oħra li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek bħall- insulina jew mediċina “sulphonylurea”. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid jagħtik doża aktar baxxa ta’ dawn il-mediċini biex jevita li jaqawlek il-livelli taz-zokkor aktar milli suppost (ipogliċemija).


      Tqala u, treddigħ u fertilità

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

      tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Għandek twaqqaf din il-mediċina jekk toħroġ tqila, minħabba li mhux rakkomandat waqt it-tieni u t-tielet trimestri tat-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod biex tikkontrolla z-zokkor tiegħek waqt it-tqala.


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq jew qed tredda’ qabel tieħu din il-mediċina. Tużax Forxiga jekk qed tredda.Mhux magħruf jekk din il-mediċina toħroġx mal-ħalib tal-mara.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Forxiga m’għandux jew għandu ftit li xejn effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


      Meta tieħu din il-mediċina ma’ mediċini oħrajn li jissejħu sulphonylureas jew mal-insulina jista’ jikkawża livelli taz-zokkor baxxi wisq (ipogliċemija), li jistgħu jikkawżaw sintomi bħal tregħid, għaraq u bidla fil-vista, u jistgħu jeffettwaw il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


      M’għandekx issuq jew tuża kwalunkwe għodda jew magni, jekk tħossok sturdut waqt li tkun qed tieħu Forxiga.

      Forxiga fih lactose

      Forxiga fih lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċertu tip ta’

      zokkor, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


  3. Kif gћandek tieћu Forxiga


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar, jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    • Id-doża rakkomandata hija pillola ta’ 10 mg kuljum.

    • It-tabib tiegħek jista’ jibdik fuq doża ta’ 5 mg, jekk għandek problema fil-fwied.

    • It-tabib tiegħek ser jiktiblek riċetta għall-qawwa li tgħodd għalik.


      Kif tieħu din il-mediċina

    • Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ nofs tazza ilma.

    • Tista’ tieħu l-pillola tiegħek mal-ikel jew mingħajr ikel.

    • Tista’ tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Madankollu, ipprova ħudha fl-istess ħin tal- ġurnata. Dan jgħinek biex tiftakar tieħodha.


      It-tabib tiegħek jista’ jiktiblek riċetta għal Forxiga flimkien ma’ mediċina/mediċini oħra. Ftakar biex tieħu din/dawn il-mediċina/mediċini l-oħra kif qallek it-tabib tiegħek. Dan jgħinek tikseb l-aqwa riżultati għal saħħtek.


      Id-dieta u l-eżerċizzju jistgħu jgħinu lil ġismek biex juża z-zokkor fid-demm aħjar. Jekk għandek id- dijabete, huwa importanti li tibqa’ fuq kwalunkwe dieta u programm ta’ eżerċizzju rakkomandat mit- tabib tiegħek waqt li tkun qed tieħu Forxiga.


      Jekk tieħu Forxiga aktar milli suppost

      Jekk tieħu aktar pilloli Forxiga milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek jew mur fi isptar minnufih. Ħu l- pakkett tal-mediċina miegħek.


      Jekk tinsa tieħu Forxiga

      X’għandek tagħmel jekk tinsa tieħu pillola jiddependi minn kemm jonqos għad-doża li jmissek.

    • Jekk ikun fadal 12-il siegħa jew aktar għad-doża li jmissek, ħu id-doża ta’ Forxiga hekk kif tiftakar. Imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

    • Jekk ikun fadal anqas minn 12-il siegħa għad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt. Imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

    • M’għandekx tieħu doża doppja ta’ Forxiga biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Forxiga

      Tieqafx tieħu Forxiga mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek l-ewwel. Jekk għandek id-dijabete, iz-

      zokkor fid-demm tiegħek jista’ jgħola mingħajr din il-mediċina.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

    Kellem tabib jew mur sal-eqreb sptar minnufih jekk għandek xi wħud minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:


    • anġjoedema, tidher f’każijiet rari ħafna (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000).

      Dawn huma s-sinjali ta’ anġjoedema:

      • nefħa tal-wiċċ, ilsien jew griżmejn

      • diffikultajiet biex tibla’

      • ħorriqija u problemi bit-teħid tan-nifs


    • ketoaċidożi dijabetika - din hija rari f’pazjenti b’dijabete tat-tip 2 (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10) u rari f’pazjenti b’dijabete tat-tip 2 (tista’ taffetwa sa persuna 1 minn 1,000) Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi dijabetika (ara wkoll sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet):

      • livelli ogħla ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

      • tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx

      • uġigħ fl-istonku

      • għatx eċċessiv

      • nifs mgħaġġel u fil-fond

      • konfużjoni

      • ngħas mhux tas-soltu jew għejja

      • riħa ħelwa ta’ mnifsejk, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek, jew riħa differenti tal-awrina jew l-għaraq tiegħek

      • telf fil-piż f’qasir żmien

        Dan jista’ jseħħ irrispettivament mil-livell taz-zokkor fid-demm. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf il-kura tiegħek b’Forxiga b’mod temporanju jew permanenti.


    • faxxite nekrotizzanti tal-perinew jew kankrena ta’ Fournier, infezzjoni tat-tessut artab serja tal-ġenitali jew tal-parti bejn il-ġenitali u l-anus, li tidher f’każijiet rari ħafna.


      Tkomplix tieħu Forxiga u ara tabib kemm jista’ jkun malajr jekk tinnota kwalunkwe effett sekondarju serju bħal:


    • infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina, tidher b’mod komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10).

      Dawn huma s-sinjali ta’ infezzjoni severa fil-passaġġ tal-awrina:

      • deni u/jew degħxiet

      • sensazzjoni ta’ ħruq meta tgħaddi l-awrina (tagħmel pipì)

      • uġigħ f’dahrek jew f’ġenbek.

        Għalkemm mhux komuni, jekk tara d-demm fl-awrina tiegħek, għid lit-tabib tiegħek minnufih.


        Għamel kuntatt mat-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk ikollok kwalnukwe effett sekondarju minn dawn li ġejjin:


    • livelli ta’ zokkor fid-demm jitbaxxew (ipogliċemija) li jidhru b’mod komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’kull 10 persuni) f’pazjenti bid-dijabete li jkunu qed jieħdu din il- mediċina ma’ sulphonylurea jew insulina

      Dawn huma s-sinjali ta’ zokkor baxx fid-demm:

      • titriegħed, tgħereq, tħossok anzjuż ħafna, qalbek tħabbat imgħaġġel

      • tħossok bil-ġuħ, uġigħ ta’ ras, bidla fil-vista

      • bidla fil-burdata jew tħossok konfuż.

        It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif tikkura l-livelli taz-zokkor baxx fid-demm u x’għandek tagħmel jekk jaqbdek xi wieħed mis-sinjali ta’ hawn fuq.

        Effetti sekondarji oħra meta tkun qed tieħu Forxiga:

        Komuni

    • infezzjoni ġenitali (traxx) tal-pene jew tal-vaġina (sinjali jistgħu jinkludu irritazzjoni, ħakk, nixxija jew riħa mhux normali)

    • uġigħ fid-dahar

    • tagħmel aktar awrina mis-soltu jew tħoss il-bżonn li tagħmel l-awrina aktar ta’spiss

    • tibdil fl-ammont ta’ kolesterol jew xaħmijiet fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

    • żidiet fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

    • tnaqqis fit-tneħħija tal-kreatinina mill-kliewi (kif muri fit-testijiet) fil-bidu tal-kura

    • sturdament

    • raxx


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 f’kull 100 persuna)

    • titlef wisq fluwidu minn ġismek (deidratazzjoni, is-sinjali jistgħu jinkludu ħalq xott ħafna jew iwaħħal, tgħaddi ftit jew l-ebda awrina jew taħbit tal-qalb mgħaġġel)

    • għatx

    • stitikezza

    • tqum mill-irqad bil-lejl biex tagħmel l-awrina

    • ħalq xott

    • tnaqqis fil-piż

    • żidiet fil-kreatinina (murija fit-testijiet tad-demm tal-laboratorju) fil-bidu tal-kura

    • żidiet fl-urea (murija fit-testijiet tad-demm tal-laboratorju)


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Forxiga


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-folja jew kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħekdwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Forxiga

Kif jidher Forxiga u l-kontenut tal-pakkett

Forxiga 5 mg pilloli miksija b’rita huma sofor u tondi b’dijametru ta’ 0.7 cm. Għandhom “5” fuq naħa waħda u “1427” fuq in-naħa l-oħra.

Forxiga 10 mg pilloli miksijin b’rita huma sofor u b’forma ta’ djamant madwar 1.1 x 0.8 cm mid- dijagonali. Għandhom “10” fuq naħa u “1428” fuq in-naħa l-oħra.


Il-pilloli Forxiga 5 mg jiġu ġo folji tal-aluminju f’daqsijiet ta’ pakketti ta’ 14, 28 jew 98 pillola miksija b’rita ġo folji mhux imtaqqbin tal-kalendarju u 30x1 jew 90x1 pillola miksija b’rita ġo folji mtaqqbin b’doża individwali.Il-pilloli Forxiga 10 mg jiġu ġo folji tal-aluminju f’daqsijiet ta’ pakketti ta’ 14, 28 jew 98 pilloli miksijin b’rita ġo folji mhux imtaqqbin tal-kalendarju u 10x1, 30x1 jew 90x1 pilloli miksijin b’rita ġo folji imtaqqbin b’doża individwali.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu fis-suq f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje L-Isvezja


Manifattur AstraZeneca AB Gärtunavägen

SE-151 85 Södertälje L-Iżvezja


AstraZeneca UK Limited Silk Road Business Park Macclesfield

SK10 2NA

Ir-Renju Unit


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien AstraZeneca S.A./N.V. Tel: +32 2 370 48 11

Lietuva

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +370 5 2660550


България

АстраЗенека България ЕООД

Тел.: +359 (2) 44 55 000

Luxembourg/Luxemburg AstraZeneca S.A./N.V. Tél/Tel: +32 2 370 48 11


Česká republika

AstraZeneca Czech Republic s.r.o. Tel: +420 222 807 111

Magyarország AstraZeneca Kft. Tel.: +36 1 883 6500


Danmark AstraZeneca A/S Tlf: +45 43 66 64 62

Malta

Associated Drug Co. Ltd

Tel: +356 2277 8000

Deutschland AstraZeneca GmbH Tel: +49 40 809034100

Nederland

AstraZeneca BV

Tel: +31 79 363 2222


Eesti

AstraZeneca

Tel: +372 6549 600

Norge

AstraZeneca AS

Tlf: +47 21 00 64 00


Ελλάδα

AstraZeneca A.E.

Τηλ: +30 2 106871500

Österreich

AstraZeneca Österreich GmbH

Tel: +43 1 711 31 0


España

AstraZeneca Farmacéutica Spain, S.A.

Tel: +34 91 301 91 00

Polska

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 245 73 00


France

AstraZeneca

Tél: +33 1 41 29 40 00

Portugal

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 21 434 61 00


Hrvatska AstraZeneca d.o.o. Tel: +385 1 4628 000

România

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +40 21 317 60 41


Ireland

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) DAC

Tel: +353 1609 7100

Slovenija

AstraZeneca UK Limited

Tel: +386 1 51 35 600


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika AstraZeneca AB, o.z. Tel: +421 2 5737 7777


Italia

AstraZeneca S.p.A.

Tel: +39 02 00704500

Suomi/Finland

AstraZeneca Oy

Puh/Tel: +358 10 23 010


Κύπρος

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

Τηλ: +357 22490305

Sverige

AstraZeneca AB

Tel: +46 8 553 26 000


Latvija

SIA AstraZeneca Latvija

Tel: +371 67377100

United Kingdom (Northern Ireland)

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +44 1582 836 836


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’