Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Olanzapine Cipla (previously Olanzapine Neopharma)
olanzapine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


OLANZAPINE CIPLA 2.5 mg pilloli miksija OLANZAPINE CIPLA 5 mg pilloli miksija OLANZAPINE CIPLA 7.5 mg pilloli miksija OLANZAPINE CIPLA 10 mg pilloli miksija OLANZAPINE CIPLA 15 mg pilloli miksija olanzapine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

gewwa l-għajn).


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-Metaispiżjar tiegħek qabel tieħu OLANZAPINE CIPLA


Jekk issoffri minn xi mard elenkat hawn taħt għid lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli:



OLANZAPINE CIPLA mal-alkohol

Tixrobx alkoħol jekk qed tieħu OLANZAPINE CIPLA għax OLANZAPINE CIPLA u l-alkoħol flimkien jistgħu iħeddluk.


Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M'għandekx tingħata din il-mediċina meta tkun qed tredda’, għax ammonti żgħar ta’ OLANZAPINE CIPLA jistgħu jgħaddu fil-ħalib tas-sider.

Is-sintomi li ġejjin jistgħu jseħħu fi trabi tat-twelid, ta’ ommijiet li użaw OLANZAPINE CIPLA fl- aħħar trimestru (l-aħħar tliet xhur tat-tqala tagħhom): rogħda, għebusija u/jew dgħjufija tal-muskoli, ħedla, aġitazzjoni, problemi bit-teħid tan-nifs, u diffikultà biex jerdgħu. Jekk it-tarbija tiegħek tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi, jista’ jkollok bżonn tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


Sewqan u tħaddim ta' magni

Hemm ir-riskju li tħossok imħeddel meta tingħata OLANZAPINE CIPLA. Jekk jiġrilek hekk issuqx u

m'għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Għid lit-tabib tiegħek


OLANZAPINE CIPLA fih lactose:

Jekk it-tabib qallek li għandek xi intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.


  1. Kif għandek tieħu OLANZAPINE CIPLA


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ lmal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek għandu jgħidlek kemm tieħu pilloli ta’ OLANZAPINE CIPLA u kemm għandek iddum tieħodhom. Id-doża ta' kuljum ta’ OLANZAPINE CIPLA hija bejn 5 u 20 mg. Ikkonsulta mat- tabib tiegħek jekk jerġgħu jiġuk is-sintomi imma tieqafx tieħu OLANZAPINE CIPLA sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek.


    Għandek tieħu l-pilloli OLANZAPINE CIPLA darba kuljum wara li tingħata parir mit-tabib tiegħek. Ipprova ħu l-pilloli tiegħek kuljum fl-istess ħin. Ma jimpurtax jekk teħodhom ma' l-ikel jew fuq stonku vojt.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Il-pilloli miksija ta’ OLANZAPINE CIPLA huma għall-użu orali. Għandek tibla' l-pilloli OLANZAPINE CIPLA sħaħ bl-ilma.


    Jekk tieħu OLANZAPINE CIPLA aktar milli suppost

    Pazjenti li ħadu iżjed OLANZAPINE CIPLA milli suppost kellhom dawn is-sintomi li ġejjin: tħabbit mgħaġġel tal-qalb, aġitazzjoni/aggressività, problemi biex jitkellmu, movimenti mhux tas-soltu (speċjalment tal-ħalq u ta’ l-ilsien) u tnaqqis fil-livell ta’ koxjenza. Sintomi oħra jistgħu jkunu:

    konfużjoni akuta, aċċessjonijiet (epilessija), koma, taħlita ta’ dawn is-sintomi, deni, nifs aktar mgħaġġel, għaraq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas, tnaqqis fil-frekwenza ta’ nifsijiet, aspirazzjoni, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, ritmi mhux normali tal-qalb. Ikkuntatja lit-tabib

    tiegħek jew l-isptar mill-ewwel jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi. Uri l-pakkett tal-pilloli tiegħek lit-tabib.


    Jekk tinsa tieħu OLANZAPINE CIPLA:

    Ħu l-pilloli tiegħek eżatt kif tiftakar. Tieħux żewġ dożi f'ġurnata waħda.


    Jekk tieqaf tieħu OLANZAPINE CIPLA

    Tieqafx tieħu l-pilloli tiegħek sempliċement għaliex tħossok aħjar. Huwa importanti li tibqa' tieħu

    OLANZAPINE CIPLA sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.


    Jekk tieqaf tieħu OLANZAPINE CIPLA f'daqqa, jista' jkollok sintomi bħal tasgħriq, ma tkunx tista' torqod, rogħda, ansjetà jew tqalligħ u rimettar. It-tabib tiegħek jista' jissuġġerilek li tnaqqas id-doża bil-mod qabel ma twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek:

    • moviment mhux tas-soltu (effett sekondarju komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni) l-aktar tal-wiċċ jew ta’ l-ilsien;

    • ċapep tad-demm fil-vini (effett sekondarju mhux komuni li jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna) speċjalment tas-saqajn (is-sintomi jinkludu nefħa, uġigħ u ħmura fis-saqajn) li

      jistgħu jgħaddu fis-sistema ċirkolatorja u jmorru fil-pulmuni fejn jikkawżaw uġigħ fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk tinduna b’xi sintomi minn dawn, fittex parir mediku minnufih.

    • Taħlita kollha flimkien ta' deni, nifs mgħaġġel, tegħreq, ebusija tal-muskoli u ħedla jew ngħas (il-frekwenza ta’ dan l-effett sekondarju ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni) jnkludu: zieda fil-piż.ngħas; u żidiet idiet fil-livelli ta' prolactin fid-demm. Fl-istadji bikrija tal-kura, xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew mhux f'sikkithom (il-qalb tħabbat bil-mod), speċjalment waqt li jkunu qegħdin iqumu minn pożizzjoni mimduda jew minn bil-qiegħda. Dan normalment jgħaddi waħdu iżda jekk le għid lit-tabib tiegħek.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni) jinkludu tibdil fil-livelli ta' xi ċelluli tad-demm ta xaħmijiet fi ċ-ċirkolazzjoni u kmieni fil-kura, żidiet temporanji tal-enzimi tal- fwied; żidiet fil-livelli ta' zokkor fid-demm u fl-awrina: żidiet fil-livelli tal-aċidu uriku u tal-creatine phosphokinase fid-demm; tħossok aktar bil-ġuħ;sturdament; irrekwitezza; rogħda; movimenti mhux tas-soltu (diskajnisjas); stitikezza; ħalq xott; raxx; titlef il-forzi; għeja estrema; retenzjoni tal-ilma li twassal għal nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn; deni; uġigħ fiġ-ġogi u disfunzjonijiet sesswali bħal tnaqqis fil-libido fl-irġiel u fin-nisa jew disfunzjoni erettili fl-irġiel.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Effetti sekondarji mhux komuni ( jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna) jinkludu sensittività eċċessiva (eż. nefħa fil-ħalq u l-gerżuma, ħakk, raxx);dijabete jew dijabete li tmur għall-agħar, kultant assoċjata ma' ketoaċidożi (ketoni fid-demm u fl-awrina) jew koma; aċċessjonijiet, normalment assoċjati ma' storja ta' aċċessjonijiet (epilessija); ebusija tal-muskoli jew spażmi (inklużi movimenti fl- għajnejn); problemi fil-mod kif titkellem; i l-qalb tħabbat bil-mod; sensittività għad-dawl tax-xemx; tinfaraġ; nefħa fl-addome; telf tal-memorja jew tibda tinsa; inkontinenza urinarja; nuqqas ta’ kapaċità li tgħaddi l-urina; jaqa' x-xagħar; nuqqas ta’ jew tnaqqis fil-mestrwazzjoni u tibdil fis-sider fl-irġiel u fin-nisa bħal produzzjoni mhux normali ta’ ħalib mis-sider jew tkabbir mhux normali.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna) jinkludu titbaxxa t-temperatura normali tal-ġisem; ritmi mhux normali tal-qalb; mewt għall-għarrieda u inspjegabbli; infjammazjoni tal-frixa li tikkawża wġigħ qawwi fl-istonku, deni u taqlib; mard tal-fwied li jidher bħala sfurija tal- ġilda u tal-abjad tal-għajnejn; mard fil-muskoli li jippreżenta ruħu bħala wġigħ li m’għandux spjegazzjoni; u erezzjoni mtawla u/jew bl-uġigħ.


      Waqt li qed jieħdu l-olanzapine, il-pazjenti anzjani bid-demenzja jistgħu jsofru minn puplesija,

      il-pnewmonja, , l-inkontinenza ta’ l-awrina, waqgħat, għeja kbira, alluċinazzjonijiet viżivi, żjieda

      fit-temperatura tal-ġisem, ħmura fil-ġilda u jistgħu jkollhom problemi fil-mixi. Xi każijiet fatali kienu rapportati f’dan il-grupp partikolari ta’ pazjenti.

      F'pazjenti li għandhom il-marda ta' Parkinson, OLANZAPINE CIPLA tista' tagħmel is-sintomi agħar. Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex

      imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib tiegħek.


  3. if taħżen OLANZAPINE CIPLA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartuna Aħżen fil-pakkett oriġinali. Aħżen f’temperaturi anqas minn 30ºC.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih OLANZAPINE CIPLA

polyethylene glycol 6000, indigo carmine aluminium lake (E132), brilliant blue FCF aluminium lake (E133) u iron oxide black (E172)


Id-dehra ta’ OLANZAPINE CIPLA u l-kontenuti tal-pakkett

OLANZAPINE CIPLA 2.5 mg pilloli miksija huma bojod, tondi, bikonvessi, miksija b’rita b’’2.5’

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

imnaqqxa fuq naħa waħda u ‘OLZ’ fuq in-naħa l-oħra.


OLANZAPINE CIPLA 5 mg pilloli miksija huma bojod, tondi, bikonvessi, miksija b’rita b’’OLZ 5’ imnaqqxa fuq naħa waħda u ‘NEO’ fuq in-naħa l-oħra.


OLANZAPINE CIPLA 7.5 mg pilloli miksija huma bojod, tondi, bikonvessi, miksija b’rita b’’OLZ 7.5’ imnaqqxa fuq naħa waħda u ‘NEO’ fuq in-naħa l-oħra.


OLANZAPINE CIPLA 10 mg pilloli miksija huma bojod, tondi, bikonvessi, miksija b’rita b’’OLZ 10’ imnaqqxa fuq naħa waħda u ‘NEO’ fuq in-naħa l-oħra.


OLANZAPINE CIPLA 15 mg pilloli miksija huma blu, ellitiċi, konvessi, pilloli miksija b’’NEO’ imnaqqxa fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra.


OLANZAPINE CIPLA 2.5 mg, 5 mg, 7.5 mg u 15 mg pilloli miksija huma disponibbli fi 28 u 56 pakkett bil-folji.


OLANZAPINE CIPLA 10 mg pilloli miksija huma disponibbli f’7, 28 u 56 pakkett bil-folji. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq u l-Manifattur

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq: Cipla (EU) Limited, Hillbrow House, Hillbrow Road, Esher, Surrey, KT10 9NW, Renju Unit

Tel: +44 (0)1372 461407

Fax: +44 (0)1372 461401


Manifattur

Pharmadox Healthcare Limited, KW20A Kordin Industrial Park, Paola, PLA 3000, Malta Tel: +356 21 808662

Fax: +356 21 808663


Dan il-fuljett kien rivedut l'aħħar f'{xahar/SSSS}


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

-Mediċini : /