Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Poulvac Flufend H5N3 RG
recombinant inactivated avian influenza virus

18

B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

awtorizzat

ħ

li

ċ

Prodott


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT


Poulvac FluFend H5N3 RG Emulsjoni għall-injezzjoni għat-tiġieġ u Papri


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ:


    Pfizer Limited Ramsgate Road Sandwich, Kent CT13 9NJ

    Renju Unit


    Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq:


    Pfizer Global Manufacturing Weesp CJ van Houtenlaan 36

    1381 CP Weesp L-Olanda


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Poulvac FluFend H5N3 RG

    Emulsjoni għall-injezzjoni għat-tiġieġ u Papri


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Doża waħda ta’ 0.5 ml fiha:


    Sustanza attiva:

    Virus rikombinant inattivat ta’ l-influwenza avjana

    tas-sottotip H5N3 (strejn rg-A/ck/VN/C58/04 > 1: 40 HI units


    Aġġuvanti:

    Żejt abjad

    Sorbitan sesquioleate Polysorbate 80


    Sustanzi mhux attivi:

    Thiomersal

    Phosphate Buffer Saline


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għall-immuniżżazzjoni attiva ta’ tiġieġ u papri kontra l-virus ta’ l-influwenza avjana tip A, sottotip H5


    Tiġieġ:

    Tnaqqis ta’ mortalità u eskrezzjoni tal-virus wara sfida immunoloġika bil-prodott. Bidu ta’ immunità: 3 ġimgħat wara t-tieni injezzjoni.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    It-tul ta’ l-immunità fil-flieles għada ma ġietx stabbilita.


    Papri:

    Tnaqqis ta’ sinjali kliniċi u eskrezzjoni ta’ virus wara sfida immunoloġika bil-prodott. Bidu ta’ l-immunità: 3 ġimgħat wara t-tieni injezzjoni.

    It-tul ta’ l-immunità fil-papri: 14-il ġimgħa wara t-tieni njezzjoni.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjoni lokali fis-sit ta’ l-injezzjoni (nefħa) li tgħaddi maż-żmien, tista’ kultant iseħħ kif inhu normali b’vaċċini miżjuda biż-żejt.


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Tiġieġ u papri


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Tiġieġ

    Età ta’ 3 ġimgħat jew akbar: 0.5 ml intramuskolari fil-muskolu tas-sider. Laqqam mill-ġdid wara 3

    ġimgħat.

    L-iskeda tat-tilqim għandha tkun kompluta ta’ l-anqas 4 ġimgħat qabel ma’ jibdew ibidu.


    Papri

    F’età ta’ jum wieħed: 0.2 ml taħt il-ġilda fl-għonq.

    Laqqam mill-ġdid wara 3 ġimgħat: 0.5 ml taħt il-ġilda fl-għonq.

    L-iskeda tat-tilqim għandha tkun kompluta ta’ l-anqas 4 ġimgħat qabel ma’ jibdew ibidu.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Tħallatx ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Perjodu ta’ tiżmin: Xejn ġranet


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2C – 8C). Aħżen fil-kontenitur oriġinali sabiex ikun protett mid-dawl. Tiffriżax.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Il-kontenut kollu tal-kontenitur għandu jintuża fi żmien sagħtejn wara li jittaqqab il-kontenitur.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Il-livell ta’ effikaċja miksub jista’ jvarja skond il-grad ta’ omoloġija antiġenika bejn ir-razza tal-vaċċin u razzez li qed jiċċirkulaw fl-ambjent


    Ma hemm l-ebda informazzjoni dwar l-interferenza ta’ antikorpi mnisslin mill-omm fuq il- vaċċinazzjoni, għaż-żewġ speċi li fuqhom jintuża l-prodott.


    Ma hemm l-ebda informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ dan il-vaċċin fi tjur li jkun se jbid. Għal trattament ta’ l-annimali biss.

    Evita stress fit-tjur fiż-żmien tal-vaċċinazzjoni.


    Għal min ser juża

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Injezzjoni aċċidentali jew fuqek innifsek tista’ tirriżulta f’uġigħ qawwi u nefħa, partikolarment jekk tiġi injettata f’ġog jew f’saba’. F’każijiet rari tista’ tirriżulta fit-telf tas- saba’ effettwat jekk ma tingħatax attenzjoni medika fil-pront. Jekk aċċidentalment tkun injettat b’dan il-prodott, fittex parir mediku fil-pront anke jekk l-ammont injettat ikun żgħir ħafna, u ħu l-fuljett tat- tagħrif miegħek. Jekk l-uġigħ jippersisti għal aktar minn 12-il siegħa wara l-eżami mediku, erġa’ fittex mill-ġdid parir mediku.


    Għat-tabib:

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni aċċidentali b’dan il- prodott tista’ tikkaġuna nefħa qawwija, li tista’, per eżempju, tirriżulta f’nekrożi iskemika u anke telf ta’ saba’. Attenzjoni kiruġika, esperta, u FIL-PRONT, hi meħtieġa u li tista’ tinkludi inċiżjoni u irrigazzjoni bikrija tal-parti injettata, speċjalment jekk ikun hemm involviment tal-laħam tat-tarf tas- saba’ jew l-għerq.


    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju. Id-deċiżjoni sabiex tintuża din it-tilqima qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ


    Wara l-amministrazzjoni ta’ doża doppja fit-tiġieġ u l-papri, l-ebda reazzjonijiet avversi għajr dawk deskritti f’sezzjoni 6 ma ġew osservati.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa minnek. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    /

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-vaċċin jiġi f’kaxxi ta’ flixkun wieħed jew 10 fliexken ta’ 500 ml.


L-użu ta’ dan il-prodott veterinarju mediċinali huwa permess biss taħt kundizzjonijiet partikolari stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea fuq il-kontroll ta’ l-Influwenza Avjana.


België/Belgique/Belgien Pfizer Animal Health s.a., Tél.: +32 (0)2 554 62 11

Luxembourg

Pfizer Animal Health s.a., Tél.: + 32 (0)2 554 62 11


Република България Pfizer Luxembourg SARL Tel: + 359 2 970 41 71

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel: +361 488 3695


Česká Republika Pfizer Animal Health Tel: +420 283 004 111

Malta

Agrimed Limited Tel: +356 21 465 797


Danmark

Pfizer Oy Animal Health, Tlf: +358 (0)9 4300 40

Nederland

Pfizer Animal Health B.V., Tel: +31 (0)10 4064 600


Deutschland

Pfizer GmbH

Tel: +49 30-5500 5501

Norge

Pfizer Oy Animal Health, Tlf: +358 (0)9 4300 40


Eesti

Pfizer Animal Health Tel: +370 5 269 17 96

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 52 11 57 20


Ελλάδα

Pfizer Hellas A.E.

Τηλ.: +30 210 6785800

Polska

Pfizer Trading Polska Sp. z.o.o. Tel: +48 22 335 62 00


España

Pfizer S.A.

Tel: +34 91 4909900

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 55 00


France

Pfizer

Tél: +33 (0)1 58 07 46 00

Romania

Pfizer Romania SRL Tel: + 0040 21 207 28 93


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland, Trading As: Pfizer Animal Health

Tel: +353 (0) 1 467 6500

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL Tel: +386 (0) 1 52 11 670


Ìsland

Pfizer Oy Animal Health, Tel: +358 (0)9 4300 40

Slovenská Republika

Pfizer Luxembourg SARL o.z. Tel: + 421 2 3355 5500


Italia

Pfizer Italia S.r.l.,

Tel: +39 06 3318 2933

Suomi/Finland

Pfizer Oy Animal Health, Puh/Tel: +358 (0)9 4300 40

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Kύπρος

Pfizer Hellas A.E.

Τηλ.: +30 210 6785800

Sverige

Pfizer Oy Animal Health, Tel: +358 (0)9 4300 40


Latvija

Pfizer Animal Health Tel: +370 5 269 17 96

United Kingdom

Pfizer Ltd

Tel: +44 (0) 1304 616161


Lietuva

Pfizer Animal Health Tel: +370 5 269 17 96