Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Procox
emodepside, toltrazuril


B. FULJETT TATAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Procox 0.9 mg/ml + 18 mg/ml sospensjoni orali għall-klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Vetoquinol S.A.

    Magny-Vernois

    70200 Lure Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: KVP Pharma + Veterinär Produkte GmbH Projensdorfer Str. 324

    24106 Kiel Germany


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Procox 0.9 mg/ml + 18 mg/ml sospensjoni orali għall-klieb. emodepside / toltrazuril


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZI ATTIVI U INGREDJENTI OĦRA


    1 ml fih:


    Sustanzi attivi:


    emodepside 0.9 mg

    toltrazuril 18 mg


    Sustanzi mhux attivi:


    butylhydroxytoluene (E321; bħala antiossidant) 0.9 mg sorbic acid (E200; bħala preservattiv) 0.7 mg


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Għall-klieb, meta jkunu suspettati jew murija infezzjonijiet parassitiċi mħallta kkawżati minn askaridi u koċċidja tal-ispeċi li ġejjin:


    Askaridi (Nematodes):

    • Toxocara canis (adult matur, adult immatur, L4)

    • Uncinaria stenocephala (adult matur)

    • Ancylostoma caninum (adult matur)

    • Trichuris vulpis (adult matur)


      Koċċidja:

    • Isospora ohioensis kumpless

    • Isospora canis


    Trattament inaqqas it-tixrid tal-infezzjoni, iżda dan ma jkunx effikaċi kontra s-sinjali kliniċi tal- infezzjoni f’annimali li jkunu diġà infettati.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq klieb/ġriewi li għandhom inqas minn ġimagħtejn jew li jiżnu inqas minn 0.4 kg.


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjenti attivi; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Disturbi ħfief u temporanji tas-sistema diġestiva (eż, rimettar jew ippurgar maħlul) jistgħu jseħħu f’każijiet rari ħafna.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il- perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Skeda t a’ Doża u Trattament


    Għall-użu orali fi klieb mill-età ta’ ġimagħtejn u li jiżnu tal-anqas 0.4 kg.


    Id-doża minima rakkomandata hi ta’ 0.5 ml/kg piż tal-ġisem (bw), ekwivalenti għal 0.45 mg emodepside / kg bw u 9 mg toltrazuril / kg bw.


    Il-volumi tad-doża rakkomandata huma mogħtija fit-tabella hawn taħt:


    Piż [kg]

    Doża [ml]

    0.4

    0.2

    > 0.4 – 0.6*

    0.3

    > 0.6 – 0.8

    0.4

    > 0.8 – 1

    0.5

    > 1.0 – 1.2

    0.6

    > 1.2 – 1.4

    0.7

    > 1.4 – 1.6

    0.8

    > 1.6 – 1.8

    0.9

    > 1.8 – 2

    1.0

    > 2.0 – 2.2

    1.1

    > 2.2 – 2.4

    1.2

    > 2.4 – 2.6

    1.3

    > 2.6 – 2.8

    1.4

    > 2.8 – 3

    1.5

    > 3.0 – 3.2

    1.6

    > 3.2 – 3.4

    1.7

    > 3.4 – 3.6

    1.8

    > 3.6 – 3.8

    1.9

    > 3.8 – 4

    2.0

    > 4 – 5

    2.5

    > 5 – 6

    3.0

    > 6 – 7

    3.5

    > 7 – 8

    4.0

    > 8 – 9

    4.5

    > 9 – 10

    5.0

    > 10 kg:

    Kompli bid-doża ta’ 0.5 ml

    / kg bw


    * = aktar minn 0.4 u sa 0.6 kg


    Ġeneralment, trattament wieħed ikun suffiċjenti biex inaqqas it-tixrid ta’ infezzjoni ta’ Isosproa. Trattament ripetut huwa indikat biss jekk ikunu għadhom suspettati jew jintwerew infezzjonijiet imħallta b’koċċidja u nematodi (mill-veterinarju).


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


  1. Ħawwad sew qabel tuża.

  2. Neħħi t-tapp tal-kamin. Uża siringa standard li tintrema b’żennuna Luer għal kull trattament. Biex jiġi żgurat id-dożaġġ eżatt fi trattament ta’ klieb sa 4 kg, uża siringa bi gradwazzjonijiet ta’ 0.1 ml. Għal klieb li jiżnu aktar minn 4 kg, tista’ tintuża siringa bi gradwazzjonijiet ta’ 0.5 ml. Poġġi ż- żennuna tas-siringa soda fuq il-fetħa tal-flixkun.

  3. Imbagħad aqleb il-flixkun rasu l-isfel, u iġbed il-volum meħtieġ. Erġa’ dawwar il-flixkun għal pożizzjoni wieqfa qabel tneħħi s-siringa. Erġa’ poġġi t-tapp tal-kamin wara l-użu.

  4. Agħti Procox f’ħalq il-kelb. Wara t-trattament armi s-siringa (minħabba li mhuwiex possibbli li tnaddafha).

    image


    1. Ħawwad sew qabel tuża.


    2. Poġġi ż-żennuna tas- siringa soda fuq il- fetħa tal-flixkun.


    3. Aqleb il-flixkun rasu l-isfel, u iġbed il- volum meħtieġ.


    4. Agħti Procox f’ħalq il-kelb.


  1. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta´skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara l-EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 10 ġimgħat.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ ebda kundizzjoni speċjali sabiex jinħażen.


  3. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat:


    It-trattament jimpedixxi t-tixrid tal-infezzjoni tal-Isospora iżda ma jkunx effikaċi kontra s-sintomi (eż. dijarrea) f’annimali diġà infettati. F’annimali b’dijarrea, jista’ jkun hemm bżonn ta’ trattament addizzjonali (minn tabib veterinarju) .


    Huwa importanti li jittieħdu miżuri iġjeniċi biex ikun żgurat li l-ambjent ikun xott u nadif kemm jista’ jkun, sabiex tkun impeduta infezzjoni mill-ġdid mill-ambjent.


    Oocysts tal-Isospora huma reżistenti għal ħafna disinfettanti u jistgħu jissopravvivu fl-ambjent għal żmien twil. Tneħħija minnufih tal-ippurgar (fi żmien 12-il siegħa) tnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal- infezzjoni. Il-klieb kollha f’riskju ta’ infezzjoni fi ħdan il-grupp għandhom jiġu kkurati fl-istess ħin.


    Bħal b’kull prodott antiparastiku ieħor, l-użu fit-tul u frekwenti ta’ antelmintiċi jew antiprotozoals jista’ jwassal għall-iżvilupp ta’ reżistenza. Programm xieraq ta’ trattament stabbilit minn veterinarju jiżgura l-kontroll adegwat tal-parassita u jnaqqas il-probabbiltà li tiġi żviluppata reżistenza.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:


    Procox mhuwiex rakkomandat sabiex jintuża fuq klieb tar-razza Collie jew fuq klieb ta' razez relatati li jġorru jew li hemm is-suspett li jġorru l-mutazzjoni mdr1 -/-, minħabba li t-tolleranza tal-prodott fi ġriewi mutanti b'mdr1 -/- intweriet li kienet inqas minn dik fi ġriewi oħrajn.


    Hemm esperjenza limitata bi klieb debilitati b’mod sever jew klieb b’funzjoni tal-kliewi u l-fwied li tkun kompromessa b’mod serju. Jekk jogħġbok għid lill-kirurgu veterinarju jekk il-kelb tiegħek ikollu xi waħda minn dawn.

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:


    Tikolx, tixrobx jew tpejjipx waqt li timmaniġġja l-prodott mediċinali veterinarju. Aħsel idejk wara l-użu.

    F’każ li twaqqgħu fuq il-ġilda b’mod aċċidentali, aħsel immedjatament bis-sapun u bl-ilma.

    Jekk il-prodott mediċinali veterinarju jidħol f’għajnejk b’mod aċċidentali, baħbaħhom b’ħafna ilma. F’każ li tibilgħu b’mod aċċidentali, b’mod speċjali fil-każ ta’ tfal, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta' tagħrif jew it-tikketta lit-tabib .


    Tqala u treddigħ:


    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju għadha ma ġietx mistħarrġa fuq klieb tqal jew li qegħdin ireddgħu. Għaldaqstant, l-użu fi klieb tqal u li jkunu qegħdin ireddgħu matul l-ewwel ġimagħtejn tat- treddigħ tagħhom mhuwiex rakkomandat.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:


    Emodepside jista’ jinteraġġixxi ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħrajn li jużaw l-istess sistema ta’ trasport tal-mediċina (eż. lattoni makroċikliċi). Il-konsegwenzi kliniċi potenzjali ta’ effetti bħal dawn għadhom ma ġewx mistħarrġa.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):


    Okkażjonalment seħħew disturbi ħfief u temporanji fil-passaġġ diġestiv meta l-prodott mediċinali veterinarju ġie amministrat f’dożi ripetuti sa ħames darbiet id-doża rakkomandata.


    Inkompatibilitajiet:


    Tħalltux ma’ prodott mediċinali veterinarju ieħor.


  4. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent. Procox ma għandu qatt jitħalla jmur man-nixxigħat tal- ilma minħabba li jista’ jkun ta' periklu għall-ħut jew ħlejqiet oħra akwatici.


  5. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  6. TAGĦRIF IEĦOR


Procox sospensjoni orali jiġi f’żewġ daqsijiet differenti ta’ pakketti li fihom 7.5 jew 20 ml. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.