Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ariclaim
duloxetine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


ARICLAIM 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin ARICLAIM 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin Duloxetine (bħala hydrochloride)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Tkellem mat-tabib tiegħek jekk tbati minn pressjoni għolja fid-demm jew minn mard tal-qalb. It-tabib se jgħidlek jekk għandekx tieħu ARICLAIM.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Li ġejjin huma raġunijiet għaliex ARICLAIM jista’ ma jkunx tajjeb għalik. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu ARICLAIM jekk:



ARICLAIM jista’ jikkawża sensazzjoni ta’ irrekwitezza jew l-inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq. Għandek tgħid lit-tabib jekk jiġrilek hekk.


Ħsibijiet ta’ suwiċidju u d-dipressjoni tmur għall-agħar jew problemi ta’ansjetà.

Għalkemm ARICLAIM mhuwiex indikat għall-kura tad-depressjoni, l-ingredjent attiv tiegħu (duloxetine) jintuża bħala mediċina antidipressiva. Jekk tbati mid-dipressjoni u/jew għandek problemi ta’ ansjetà, xi kultant jista’ jkollok xi ħsibijiet li tweġġa’ jew toqtol lilek innifsek. Dawn jistgħu jiżdiedu fil-bidu li tibda tieħu l-antidipressivi, peress li dawn il-mediċini kollha jieħdu ż-żmien biex jibdew jaħdmu, issoltu xi ġimgħatejn iżda xi kultant iżjed.

Wisq probabbli taħseb iżjed b’dan il-mod jekk:

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

L-użu ta’ iżjed minn wieħed minn dawn il-mediċini fl-istess żmien għandu jkun evitat. Ara mat-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda diġà tieħu xi medicini oħra li fihom duloxetine.

It-tabib tiegħek irid jiddeċiedi jekk għandekx tieħu ARICLAIM ma’ mediċini oħra. Tibdiex tieħu jew

twaqqaf xi mediċini, inklużi dawk mixtrija mingħajr riċetta tat-tabib u mediċini magħmula mill-ħxejjex, qabel ma taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek.


Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:


Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI): M’għandekx tieħu ARICLAIM jekk qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt dan l-aħħar (f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata) xi mediċina kontra d-dipressjoni msejħa inibitur ta’ monamine oxidase (MAOI). Eżempji ta’ MAOIs jinkludu moclobemide (antidipressiv) u linezolid (antibijotiku). It-teħid ta' xi MAOI flimkien ma' ħafna mill-mediċini mogħtija bir-riċetta, inkluż ARICLAIM, jista’ jikkawża effetti sekondarji serji jew li jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Għandek tistenna ta' l-anqas 14-il ġurnata wara li tkun waqaft tieħu xi MAOI biex tkun tista' tieħu ARICLAIM. Għandek bżonn ukoll tistenna ta' l-anqas 5 ijiem wara li tieqaf tieħu ARICLAIM biex tkun tista' tieħu xi MAOI.


Mediċini li jikkawża l-irqad: Dawn jinkludu mediċini miktuba mit-tabib tiegħek li jinkludu benzodiazepines, antidolorifiċi qawwijin, anti-psikotiċi, phenobarbital u anti-istaminiċi.


Mediċini li jżidu l-livell ta’ serotonin: Triptans, tramadol, tryptophan, SSRIs (bħal paroxetine u fluoxetine), SNRIs (bħal venlafaxine), antidipressivi triċikliċi (bħal clomipramine,amitriptyline), pethidine, St.John’s Wort u MAOIs (bħal moclobemide u linezolid). Dawn il-mediċini jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji; jekk ikollok xi sintomu li mhux mistenni meta qiegħed/qiegħda tieħu xi mediċini minn dawn flimkien ma’ ARICLAIM, għandek tmur għand it-tabib tiegħek.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Antikoagulanti orali jew sustanzi li jaħdmu kontra l-plejtlits: Mediċini li jraqqu d-demm jew li ma jħallux li d-demm jifforma f’ċapep. Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.


ARICLAIM mal-ikel, max-xorb u mal-alkoħol

ARICLAIM jista' jittieħed ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek toqgħod iżjed attent jekk tixrob l- alkoħol waqt li tkun qiegħed/qiegħda tieħu ARICLAIM.


Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ tħossok bi ngħas jew sturdut minħabba ARICLAIM. Issuqx u tagħmilx użu minn għodda jew

tħaddem magni sakemm tkun taf b’liema mod jaffettwak ARICLAIM..


ARICLAIM fih s-sucrose

ARICLAIM fih s-sucrose. Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek xi intolleranza għal xi tipi

ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.


  1. Kif għandek tieħu ARICLAIM


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    ARICLAIM għandu jittieħed mill-ħalq. Għandek tibla’ l-kapsula tiegħek sħiħa, ma' tazza ilma.


    Id-doża ta’ ARICLAIM li ssoltu tingħata hija ta’ 60 mg darba kuljum, iżda t-tabib jiktiblek ricetta skond id-doza li tgħodd għalik.


    Biex tiftakar tieħu ARICLAIM, tista’ ssibha aktar faċli li teħodha kuljum fl-istess ħinijiet.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Tkellem mat-tabib tiegħek dwar kemm trid iddum tieħu ARICLAIM.Tiqafx tieħu ARICLAIM jew tbiddel id-doża tiegħek, mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Li tikkura d-distrub li għandek b’mod korrett huwa importanti biex jgħinek tiġi għall-aħjar. Jekk mhijiex kkurata, il-kundizzjoni tiegħek tista’ ma tmurx u tista’ ssir aktar serja u diffiċli biex tikkuraha.


    Jekk tieħu ARICLAIM aktar milli suppost

    Ċempel immedjatament lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tieħu aktar ammont ta' ARICLAIM

    minn kemm ordnalek it-tabib. Sintomi ta’ doża eċċessiva jinkludu ngħas, koma, is-sindromu ta’ serotonin (reazzjoni rari li tista’ tikkawża sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni,

    irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet,

    rimettar u l-qalb tħabbat b’mod mgħaġġel.


    Jekk tinsa tieħu ARICLAIM

    Jekk tinsa tieħu doża, ħudha eżatt kif tiftakar. Madankollu, jekk sar il-ħin għad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt tieħu u ħu doża waħda biss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għad

    dożi li tkun insejt tieħu.Tieħux iżjed mill-ammont ta' ARICLAIM li ordnalek it-tabib għal ġurnata waħda.


    Jekk tieqaf tieħu ARICLAIM

    TIEQAFX tieħu l-kapsuli tiegħek mingħajr ma tieħu l-parir tat-tabib anki jekk tħossok aħjar. Jekk it-

    tabib tiegħek jaħseb li m'għadx għandek bżonn tieħu ARICLAIM hu jew hi se jgħidulek biex tnaqqas id-doża fuq perijodu ta’ għallinqas ġimgħatejn qabel ma twaqqaf għal kollox il-kura.


    Xi pazjenti li waqqfu jieħdu ARICLAIM f'daqqa wara iżjed minn ġimgħa ta’ kura kellhom sintomi bħal:

    • sturdament, sensazzjonijiet ta’ tniggiż jew sensazzjonijiet bħal meta tieħu xokk elettriku (speċjalment fir-ras), problemi ta’ irqad (ħolm stramb, ħmar il-lejl, ma tkunx tista’ torqod), għeja, tħossok li trid torqod, tħossok irrekwet u aġitat, tħossok ansjuż, tħossok ħażin (dardir) jew jagħmillek ħażin (rimettar), ċaqliq (tregħid), uġigħ ta' ras, uġigħ fil-muskoli, tħossok irritabbli, dijarea, għaraq esaġerat jew vertigo.

      Normalment dawn is-sintomi mhumiex serji u jisparixxu fi ftit ġranet, imma jekk għandek sintomi li qegħdin idejquk għandek issaqsi lit-tabib tiegħek għal parir.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Normalment dawn l-effetti huma ħfief għal moderati u ħafna drabi jisparixxu wara ftit ġimgħat.


    Efetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 minn kull 10)

    • uġigħ ta’ ras, tħossok bi ngħas

    • tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), nixfa fil-ħalq


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • imurlek l-aptit

    • problemi biex torqod, tħossok aġitat, tnaqqis fil-ħajra għas-sess, ansjetà, diffikultà jew nuqqas li tesperjenza orgażmu, ħolm mhux tas-soltu

    • sturdament, tħossok mitluq, rogħda, tirżiħ, inkluż it-tirżiħ, it-tingiż jew it-tnemnin tal-ġilda

    • vista mċajpra

    • tinnitus (is-sensazzjoni ta’ ħsejjes fil-widnejn meta m’hemm ebda ħoss madwarek)

    • tħoss il-qalb tħabbat f’sidrek

    • żieda fil-pressjoni tad-demm, ħmura fil-wiċċ

    • tittewweb iżjed mis-soltu

    • stitikezza, dijarea, uġigħ fl-istonku, tħossok ma tiflaħx (rimettar), ħruq ta’ l-istonku jew indiġestjoni, tgħaddi l-arja

    • tegħreq iżjed, raxx (bil-ħaqq)

    • uġigħ fil-muskoli, spażmu fil-muskolu

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • uġigħ meta tgħaddi l-awrina, tgħaddi l-awrina ta’ spiss

    • problemi biex ikollok erezzjoni u tibdil fl-eġakulazzjoni

    • waqgħat (l-iżjed fl-anzjani), għeja

    • tnaqqis fil-piż


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

    • infjammazzjoni tal-gerżuma li ġġagħlek tinħanaq

    • ħsibijiet ta’ suwiċidju, diffikultà biex torqod, tgħażiż tas-snien, tħossok diżorjentat, nuqqas ta’ motivazzjoni

    • kontrazzjoni jew ġbid f’daqqa involontarju tal-muskoli, sensazzjoni ta’ rrekwitezza jew l- inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq, tħossok nervuż, diffikultà biex tikkonċentra, ttiegħem l-affarijiet differenti mis-soltu, diffikultà biex tikkontrolla l-movimenti eż. nuqqas ta’ koordinazzjoni jew movimenti involontarji tal-muskoli, is-sindromu ta’ rrekwitezza fis-saqajn, kwalità hażina ta’ irqad

    • il-ħabba ta’ l-għajn tkun kbira (iċ-centru skur ta’ l-għajnejn), problemi ta’vista

    • sensazzjoni ta’ surdament jew ‘spinning’ (vertiġini), uġigħ fil-widnejn

    • tħabbit mgħaġġel u/jew irregolari tal-qalb

    • ħass ħażin, sturdament,tħossok se tistordi jew tistordi meta tqum bil-wieqfa, ikollok is-swaba’ ta’ idejk u ta’ saqajk kisħin

    • rassa fil-gerżuma, tinfaraġ

    • tirremetti d-demm, jew l-ippurgar (il-feċi) ikun iswed bħall-qatran, gastro-enterite, tfewwiq, diffikultà biex tibla’

    • infjammazzjoni tal-fwied li tista’ tkun il-kawża ta’ uġigħ addominali u li l-ġilda u l-abjad tal- għajnejn jisfaru

    • tegħreq matul il-lejl, urtikarja, l-għaraq ixoqq għalik, sensittività għad-dawl tax-xemx, tendenza ogħla li titbenġel

    • ġbid fil-muskoli, kontrazzjoni involontarja tal-muskoli

    • diffikultà jew inabbiltà biex tgħaddi l-awrina, diffikulta’ biex tibda tgħaddi l-awrina, jew ikun hemm tnaqqis fil-fluss ta’ l-awrina, il-bżonn li tgħaddi l-awrina matul il-lejl, il-bżonn li tgħaddi iżjed awrina mis-soltu, il-fluss tal-awrina jonqos

    • demm mhux tas-soltu mill-vaġina, pirjids mhux tas-soltu, li jinkludu pirjids b’ħafna demm, bl- uġigħ, irregolari jew li jdumu, pirjids li jinqabżu jew li jkunu aktar ħfief mis-soltu, uġigħ fit- testikoli jew fl-iskrotu

    • uġigħ fis-sider, tħossok kiesaħ, għatxan, tirtogħod, tħossok sħun, il-mixi ma jkunx normali

    • żieda fil-piż

    • Ariclaim jista’ jkollu effetti li ma tkunx taf dwarhom bħal żidiet fl-enzimi tal-fwied jew fil- livelli tal-potassju, tal-creatine phosphokinase, taz-zokkor jew tal-kolesterol fid-demm


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000)

    • reazzjoni allerġika serja li tikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs jew sturdament b’nefħa tal- ilsien u tax-xufftejn, reazzjonijiet allerġiċi

    • tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde li tista’ tikkawża għeja jew ġieda fil-piż

    • deidratazzjoni, livelli baxxi ta’ sodium fid-demm (l-iżjed f’pazjenti anzjani; is-sintomi jistgħu jinkludu li tħossok sturdut, debboli, konfuż, bi ngħas jew għajjien ħafna jew tħossok jew tkun imdardar, sintomi aktar serji huma li jkollok ħass ħażin, aċċessjonijiet jew waqgħat), is- sindromu ta’ sekrezzjoni mhux f’loka tal-ormon anti-dijuretiku (SIADH).

    • imġiba suwiċidali, manija (tkun attiv iżżejjed, ikollok ħsibijiet li jiġru bik u jonqos il-bżonn ta’ l-irqad), alluċinazzjonijiet, tħossok aggressiv u rrabjat

    • “Is-Sindromu ta’ Serotonin” (reazzjoni rari li tista’ tikkawza sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet

    • żieda tal-pressjoni fl-għajnejn (glawkoma)

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • infjammazzjoni fil-ħalq, tgħaddi demm ta’ kulur aħmar qawwi mal-ippurgar, riħa ħażina fil- ħalq, infjammazzjoni tal-musrana l-kbira (li twassal għad-dijarea).

    • insuffiċjenza epatika, il-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra)

    • is-sindromu ta’ Stevens-Johnson (marda serja fejn ikollok ħafna nfafet fuq il-ġilda, fil-ħalq, fl- għajnejn u fuq il-ġenitali), reazzjoni allerġika serja li tista’ tikkawża nefħa tal-wiċċ jew tal- gerżuma (anġjoedima)

    • kontrazzjoni tal-muskolu tax-xedaq

    • l-awrina jkollha riħa mhux tas-soltu

    • sintomi tal-menopawża, produzzjoni li mhijiex normali ta’ ħalib mis-sider fl-irġiel u fin-nisa


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

    • Infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini fil-ġilda (vaskulite kutanea)


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen ARICLAIM


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna.


    Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih ARICLAIM:

Is-sustanza attiva hi duloxetine.

Kull kapsula fiha 30 jew 60 mg ta’ duloxetine (bħala hydrochloride).


Is-sustanzi l-oħra huma :

Kontenut tal-kapsula: hypromellose, hypromellose acetate succinate, sucrose, sferi taz-zokkor, talkum,titanium dioxide (E171), triethyl citrate. (Ara fl-aħħar ta’ sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni

dwar sucrose).

Il-Qoxra tal-kapsula: ġelatina, sodium lauryl sulphate, titanium dioxide (E171), indigo carmine (E132), iron oxide isfar (E172) (għas-60 mg biss) u inkjostru aħdar li jittiekel (30 mg) jew inkjostru abjad li jittiekel (60 mg).

Inkjostru aħdar li jittiekel: iron oxide iswed sintetiku (E172), iron oxide isfar sintetiku (E172), propylene glycol, shellac.

Inkjostru abjad li jittiekel: titanium dioxide (E171), propylene glycol, shellac, povidone.


Id-dehra ta’ARICLAIM u l-kontenuti tal-pakkett:


ARICLAIM issibu bħala kapsula gastro-reżistenti, iebsa. Kull kapsula ta’ ARICLAIM fiha pritkuni ta’ duloxetine hydrochloride b’kisja sabiex tipproteġihom mill-aċtu ta’ l-istonku.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

ARICLAIM issibu f’2 dożi: 30 mg u 60 mg

Il-kapsuli ta’ 30 mg huma blu u bojod u huma stampati b’’30 mg’ u l-kodiċi ‘9543’. Il-kapsuli ta’ 60 mg huma blu u bojod u huma stampati b’’60 mg’ u l-kodiċi ‘9542’.


ARICLAIM 30 mg issibu f’pakketti ta’ 7, 28 u 98 kapsula ARICLAIM 60 mg issibu f’pakketti ta’ 28 u 98 kapsula.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. De la Industria, 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Lietuva

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

image

Tel. +370 (5) 2649600


image

Luxembourg/Luxemburg

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

България

Magyarország

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 36 1 328 5100

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България тел. + 359 2 491 41 40


Česká republika

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Tel: + 420 234 664 111

Danmark

Eli Lilly Danmark A/S

Tlf: +45 45 26 60 00

Malta

Charles de Giorgio Ltd.

Tel: + 356 25600 500


image

Deutschland

Lilly Deutschland GmbH Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

image

Nederland

Eli Lilly Nederland B.V. Tel: + 31-(0) 30 60 25 800


image

image

Norge

Eli Lilly Norge A.S.

Tlf: + 47 22 88 18 00

Eesti

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Tel: +372 6 817 280


image

Ελλάδα

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε. Τηλ: +30 210 629 4600

Österreich

Eli Lilly Ges.m.b.H. Tel: + 43-(0) 1 711 780


image

España

Dista S.A..

Tel: + 34 91 623 17 32

image

Polska

Eli Lilly Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 440 33 00


image

France

Lilly France SAS

image

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

image

Portugal

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

image

Tel: + 351-21-4126600


image

Hrvatska

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Eli Lilly Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 2350 999

image

România

Eli Lilly România S.R.L. Tel: + 40 21 4023000


Ireland

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Slovenija

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: +386 (0)1 580 00 10


image

image

Ísland

Icepharma hf.

Sími + 354 540 8000

Slovenská republika Eli Lilly Slovakia, s.r.o. Tel: + 421 220 663 111


image

Italia

Eli Lilly Italia S.p.A.

Tel: + 39- 055 42571

image

Suomi/Finland

Oy Eli Lilly Finland Ab

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250


image

Κύπρος

Phadisco Ltd

Τηλ: +357 22 715000

image

Sverige

Eli Lilly Sweden AB

image

Tel: + 46-(0) 8 7378800


image

Latvija

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā Tel: +371 67364000

image

image

United Kingdom

Eli Lilly and Company Limited Tel: + 44-(0) 1256 315000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.