Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Repaglinide Krka
repaglinide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Repaglinide Krka 0,5 mg pilloli Repaglinide Krka 1 mg pilloli Repaglinide Krka 2 mg pilloli repaglinide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Is-sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli wisq ta’ zokkor fid-demm jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: żieda fl-awrinazzjoni; tħossok bil-għatx; ġilda xotta u ħalq xott. Tkellem mat-tabib tiegħek. Jista’ jkun hemm bżonn li jiġi aġġustat l-ammont ta’ Repaglinide Krka, ikel jew eżerċizzju


Mediċini oħra u Repaglinide Krka


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tista’ tieħu Repaglinide Krka ma’ metformin, mediċina oħra għad-dijabete, jekk jiktiblek riċetta għaliha t-tabib.


Jekk tieħu gemfibrozil (użat biex inaqqas livelli għoljin ta’ xaħam fid-demm) m’għandekx tieħu Repaglinide Krka.


Il-mod kif il-ġisem tiegħek jirrispondi għal Repaglinide Krka jista’ jinbidel jekk tieħu mediċini oħrajn, speċejalment dawn:


Repaglinide Krka ma’ alkoħol


Repaglinide KrkaL-alkoħol jista’ jbiddel il-kapaċità ta’ Repaglinide Krka li jnaqqas iz-zoqqor fid- demm. Oqgħod attent għas-sinjali ta’ ipo.


Tqala u treddigħ


Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


M’għandekx tieħu Repaglinide Krka jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila. M’għandekx tieħu Repaglinide Krka waqt li qed tredda’.


Sewqan u tħaddim ta’ magni


Il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni jistgħu jkunu affettwati jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek ikun baxx wisq jew jogħla. Żomm f’moħħok li tista’ tipperikola lilek innifsek jew lil oħrajn. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jekk:


Repaglinide Krka fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment “ħieles mis-sodium”.

  1. Kif gћandek tieћu Repaglinide Krka nyglid


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża li tibda biha tiġi stabilità mit-tabib tiegħek.


    • Id-doża rakkomandata tal-bidu hi ta’ 0,5 mg qabel kull ikla prinċipali. Ibla’ l-pillola ma’ tazza ilma immedjatament qabel jew sa 30 minuta qabel kull ikla prinċipali.

    • It-tabib tiegħek jista’ jżid din sa 4 mg li jistgħu jittieħdu eżatt qabel jew sa 30 minuta wara kull ikla prinċipali. Id-doża massima rakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 16 mg.


      Tiħux Repaglinide Krka aktar milli rrakkomandalek it-tabib tiegħek.


      Jekk tieħu aktar Repaglinide Krka milli suppost


      Jekk inti tieħu aktar pilloli milli suppost iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitbaxxa bil-konsegwenza ta’ każ ipogliċemiku. Jekk jogħġbok irreferi għal Jekk ikollok reazzjoni ipogliċemika dwar x’inhi reazzjoni ipogliċemika u kif għandek tittrattha.


      Jekk tinsa tieħu Repaglinide Krka


      F’każ li tinsa tieħu d-doża, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. Tieħux doża doppja sabiex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Repaglinide Krka


      Kun konxju li l-effett mixtieq mhux ser jintlaħaq jekk inti tieqaf tieħu Repaglinide Krka. Id-dijabete tiegħek għandha mnejn tmur għal agħar. Jekk bidla hi meħtieġa huwa assolutament meħtieġ li tikkuntattja lit-tabib tiegħek l-ewwel.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Ipogliċemija

    L-aktar effett sekondarju frekwenti hu l-ipogliċemija li tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10 persuna (ara Jekk ikollok ipo f’sezzjoni 2). Ħafna drabi r-reazzjonijiet ipogliċemiċi huma ħfief għal moderati iżda xi kultant jistgħu jiżviluppaw f’telf mis-sensi jew koma ipogliċemika. Jekk jiġri hekk, ikun hemm bżonn ta’ għajnuna medika.


    Allerġija

    L-allerġija hija rari (tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10,000 persuna). Sintomi bħal nefħa, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħabbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok sturdut/a u għaraq jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni anafilattika. Għamel kuntatt ma’ tabib minnufih.


    Effetti sekondarji oħra

    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuna)

    • Uġigħ fl-istonku

    • Dijarea

    Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna)

    • Sindromu koronarju akut (iżda jista’ ma jkunux minħabba l-mediċina).


      Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna)

    • Rimettar

    • Stitikezza

    • Disturbi fil-vista

    • Problemi serji fil-fwied, funzjoni tal-fwied mhux normali, żieda fl-enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek


      Frekwenza mhux magħrufa

    • Sensittività eċċessiva (bħal raxx, ħakk fil-ġilda, il-ġilda tiħmar, nefħa fil-ġilda)

    • Tħossok imdardar (tqalligħ).


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen Repaglinide Krka


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja jew il-kartuna ta’ barra. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Repaglinide Krka


Kif jidher Enyglid u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ 0.5 mg huma ta’ lewn bajdani, tondi u mżaqqa fuq żewġ naħat bi truf iċċanfrati.

Il-pilloli ta’ 1 mg huma kannella-sofor, tondi, mżaqqa fuq żewġ naħat bi truf iċċanfrati u possibilment bi dbabar aktar suwed.

Il-pilloli ta’ 2 mg huma roża, mraħħma, tondi, mżaqqa fuq żewġ naħat bi truf iċċanfrati u possibilment bi dbabar aktar suwed.


Kaxxi ta’ 30, 60, 90, 120, 270 u 360 pillola fil-folji huma disponibbli.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat- Tqegħid fis-Suq

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

Il-Manufattur:

image

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

TAD Pharma GmbH, Heinz-Lohmann-Straße 5, 27472 Cuxhaven, Il-Ġermanja KRKA - FARMA d.o.o., V. Holjevca 20/E, 10450 Jastrebarsko, Il-Kroazja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

KRKA Belgium, SA.

Tél/Tel: + 32 (0) 487 50 73 62

Lietuva

UAB KRKA Lietuva Tel: + 370 5 236 27 40


България

КРКА България ЕООД Teл.: + 359 (02) 962 34 50

Luxembourg/Luxemburg

KRKA Belgium, SA.

Tél/Tel: + 32 (0) 487 50 73 62 (BE)


Česká republika

KRKA ČR, s.r.o.

Tel: + 420 (0) 221 115 150

Magyarország

KRKA Magyarország Kereskedelmi Kft. Tel.: + 36 (1) 355 8490


Danmark

KRKA Sverige AB

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)

Malta

E.J. Busuttil Ltd.

Tel: + 356 21 445 885


Deutschland

TAD Pharma GmbH

Tel: + 49 (0) 4721 606-0

Nederland

KRKA Belgium, SA.

Tel: + 32 (0) 487 50 73 62 (BE)


Eesti

KRKA, d.d., Novo mesto Eesti filiaal Tel: + 372 (0) 6 671 658

Norge

KRKA Sverige AB

Tlf: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)


Ελλάδα

KRKA ΕΛΛΑΣ ΕΠΕ Τηλ: + 30 2100101613

Österreich

KRKA PharmaGmbH, Wien Tel: + 43 (0)1 66 24 300


España

KRKA Farmacéutica, S.L. Tel: + 34 911 61 03 80

Polska

KRKA-POLSKA Sp.z o.o. Tel.: + 48 (0)22 573 7500


France

KRKA France Eurl

Tél: + 33 (0)1 57 40 82 25

Portugal

KRKA Farmacêutica, Sociedade Unipessoal Lda. Tel: + 351 (0)21 46 43 650


Hrvatska

KRKA – FARMA d.o.o.

Tel: + 385 1 6312 100

România

KRKA Romania S.R.L., Bucharest

Tel: + 4 021 310 66 05


Ireland

KRKA Pharma Dublin, Ltd. Tel: + 353 1 413 3710

Slovenija

KRKA, d.d., Novo mesto Tel: + 386 (0) 1 47 51 100

Ísland

LYFIS ehf.

Sími: + 354 534 3500

Slovenská republika KRKA Slovensko, s.r.o. Tel: + 421 (0) 2 571 04 501


Italia

KRKA Farmaceutici Milano S.r.l.

Tel: + 39 02 3300 8841

Suomi/Finland

KRKA Finland Oy

Puh/Tel: + 358 20 754 5330


Κύπρος

KI.PA. (PHARMACAL) LIMITED Τηλ: + 357 24 651 882

Sverige

KRKA Sverige AB

Tel: + 46 (0)8 643 67 66 (SE)


Latvija

KRKA Latvija SIA

Tel: + 371 6 733 86 10

United Kingdom (Northern Ireland)

Consilient Health Limited Tel: + 353 (0)1 2057760


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’