Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Defitelio
defibrotide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Defitelio 80 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

defibrotide


image

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Defitelio u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Defitelio

  3. Kif se jingħatalek Defitelio

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Defitelio

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Defitelio u għalxiex jintuża


    Defitelio huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva defibrotide.


    Jintuża biex jikkura kundizzjoni msejħa marda veno-okklussiva tal-fwied, li fiha, il-vażi tad-demm fil-

    fwied tiżviluppalhom ħsara u jiġu mblukkati b'emboli tad-demm. Dan jista' jiġi kkawżat minn mediċini li huma mogħtija qabel it-trapjant taċ-ċelluli staminali.


    Defibrotide jaħdem billi jipproteġi ċ-ċelluli tal-vażi tad-demm u jimpedixxi jew ikisser l-emboli tad- demm.


    Din il-mediċina tista' tintuża f’adulti u fl-adolexxenti, fit-tfal u fi trabi li għandhom aktar minn xahar.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Defitelio


    Tużax Defitelio

    • jekk inti allerġiku għal defibrotide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6)

    • jekk qed tuża mediċini oħrajn li jkissru l-emboli tad-demm bħal attivatur tal-plasminoġen tat- tessut.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Defitelio:

    • jekk qed tieħu mediċina li żżid ir-riskju ta’ ħruġ ta’ demm.

    • jekk għandek ħruġ ta' demm qawwi u teħtieġ trasfużjoni tad-demm.

    • jekk qed tagħmel kirurġija.

    • jekk għandek xi problema biċ-ċirkolazzjoni tad-demm minħabba li ġismek ma jistax iżomm

      pressjoni tad-demm kostanti.

      Tfal u adolexxenti

      Defitelio mhuwiex rakkomandat fi tfal li għandhom inqas minn 1 xahar.


      Mediċini oħra u Defitelio

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu mediċini sabiex jimpedixxu għaqid tad-demm bħal acetylsalicylic acid, ħeparini, warfarin, dabigatran, rivaroxaban jew apixaban jew jekk qed tieħu mediċini anti- infjammatorji (eż., ibuprofen, naproxen, diclofenac u mediċini anti-infjammatorji, mhux sterojdali oħrajn).


      Tqala u treddigħ

      Tużax Defitelio jekk inti tqila sakemm il-marda tiegħek ma tkunx teħtieġ kura b'Defitelio.


      Jekk inti sesswalment attiv/a u inti jew is-sieħba tiegħek tistgħu toħorġu tqal, intom it-tnejn għandkom tużaw kontraċezzjoni effettiva matul il-kura b'Defitelio u għal ġimgħa 1 wara li twaqqfu l-kura.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Mhuwiex mistenni li Defitelio sejjer jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


      Defitelio fih sodju

      Din il-mediċina fiha 20.4 mg sodium (il-komponent prinċipali tal-melħ tat-tisjir/li jintuża mal-ikel) f’kull kunjett. Dan huwa ekwivalenti għal 1.02 % tal-ammont massimu rakkomandat ta’ sodium li għandu jittieħed kuljum mad-dieta minn adult.


  3. Kif se jingħatalek Defitelio


    Il-kura b'Defitelio tista' tinbeda u għandha tiġi ssorveljata kontinwament biss minn tabib esperjenzat fi sptar jew f'ċentru speċjalizzat għal trapjant ta' ċelloli staminali.


    Jiġi injettat bil-mod (fuq perjodu ta' sagħtejn) f'waħda mill-vini tiegħek. Dan jissejjaħ 'infużjoni intravenuża' jew dripp.


    Inti ser tirċievi din il-kura erba' darbiet kuljum għal mill-inqas 21 jum jew sakemm is-sintomi tiegħek jgħibu.


    Id-doża rakkomandata fit-tfal ta' xahar sa 18-il sena hija l-istess bħal dik fl-adulti.


    Jekk doża ta' Defitelio tintnesa

    Minħabba li inti se tirċievi din il-mediċina minn tabib jew infermier, mhuwiex probabbli li se taqbeż

    id-doża. Madankollu, għid lit-tabib tiegħek jew lill-professjonista tal-kura tas-saħħa jekk taħseb li nqabżet doża. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill-

    ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Għal pazjenti kkurati b’Defitelio, ġew irrapportati l-effetti sekondarji li ġejjin.


    Jekk tesperjenza wieħed minn dawn l-effetti sekondarji, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek

    immedjatament.


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

    • pressjoni tad-demm baxxa

    Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10)

    • ħruġ ta' demm b'mod ġenerali

    • ħruġ ta' demm mill-imnieħer

    • ħruġ ta' demm fil-moħħ

    • ħruġ ta' demm fl-imsaren

    • rimettar ta’ demm

    • ħruġ ta' demm fil-pulmuni

    • ħruġ ta' demm mil-linja ta' infużjoni

    • demm fl-awrina

    • ħruġ ta’ demm mill-ħalq

    • ħruġ ta’ demm fil-ġilda

    • koagulopatija (disturbi fl-għaqid tad-demm)

    • dardir

    • rimettar

    • dijarrea

    • raxx

    • ħakk

    • deni


      Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)


    • ħruġ ta' demm mill-għajnejn

    • demm fl-ippurgar

    • ħruġ ta' demm fis-sit tal-injezzjoni

    • ġbir ta' demm lokalizzat barra mill-vażi (ematoma) fil-moħħ

    • ematoraċe (akkumulazzjoni ta' demm fiż-żona ta' bejn il-qalb u l-pulmun)

    • tbenġil

    • reazzjoni allerġika severa (tista' tesperjenza nefħa fl-idejn, fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien jew fil-

    gerżuma, diffikultà fit-teħid tan-nifs).


    Tfal u adolexxenti

    Effetti sekondarji fit-tfal (xahar sa 18-il sena) huma mistennija li jkunu simili fit-tip, severità u

    frekwenza u ma hemm bżonn ta' ebda prekawzjoni speċjali oħra.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Defitelio


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Tagħmlux fil-friża.


    Ladarba tiġi dilwita għall-użu, il-ħżin tal-infużjoni ma għandux jaqbeż 24 siegħa f'2°C-8°C sakemm id-dilwizzjoni ma tkunx seħħet f'kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vvalidati.

    Defitelio ma għandux jintuża jekk is-soluzzjoni tkun imċajpra jew jekk ikun fiha frak.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X'fih Defitelio


Kif jidher Defitelio u l-kontenut tal-pakkett

Defitelio huwa konċentrat ċar, b'lewn safrani ħafif għal kannella, ħieles minn materja bi frak jew

turbidità.


Kartuna waħda fiha 10 kunjetti tal-ħġieġ b'2.5 mL ta' konċentrat kull wieħed.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Gentium S.r.l

Piazza XX Settembre, 2 Villa Guardia

22079 L-Italja

P: +39 031 5373200

F: +39 031 5373784

info@gentium.it


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


AT – BE – BG – CY – CZ – DE – DK – EE –

EL – ES – FI – FR – HR – HU – IE – IS – IT –

LT – LU – LV – MT – NL – NO – PO – PT – RO – SE – SK – SL – UK


Jazz Pharmaceuticals Ireland Limited Tel: +44 8450305089

medinfo-int@jazzpharma.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’:

Din il-mediċina kienet awtorizzata taħt ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’. Dan ifisser li minħabba li l-marda hija rari u għal raġunijiet ta’ etika kien impossibbli li jsiru provi kliniċi kkontrollati bi plaċebo u li tinkiseb informazzjoni kompluta dwar din il-mediċina.


L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi kull tip ta’ informazzjoni ġdida dwar din il-mediċina

kull sena u dan il-fuljett ser jiġi aġġornat kif meħtieġ.


.

Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

<-------------------------------------------------------------------------------------------------------------->