Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Vpriv
velaglucerase alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


VPRIV 400 unità trab għal soluzzjoni għal infużjoni

velaglucerase alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Kif jidher VPRIV u l-kontenut tal-pakkett

Kunjett tal-ħġieġ ta’ 20 ml li fih trab għal soluzzjoni għal infużjoni abjad jagħti fl-offwajt.


Pakketti b’1, 5 jew 25 kunjett.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch

Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 L-Irlanda

Tel: + 800 66838470

E-mail: medinfoEMEA@takeda.com

L-Manifattur

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch

Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 L-Irlanda


Shire Pharmaceuticals Ireland Limited Block 2 & 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 L-Irlanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.


------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


VPRIV huwa trab għal soluzzjoni għal infużjoni. Jeħtieġ rikostituzzjoni u dilwizzjoni u huwa maħsub għall-infużjoni ġol-vini biss. VPRIV huwa għal użu ta’ darba biss u jingħata minn filtru ta’ 0.2 jew

0.22 µm. Armi kull soluzzjoni li ma tintużax. VPRIV m’għandux jingħata f’infużjoni ma’ prodotti oħrajn minħabba li l-kompatibilità fis-soluzzjoni ma’ prodotti oħrajn ma ġietx evalwata. Il-volum

totali tal-infużjoni għandu jingħata fuq perijodu ta’ 60 minuta.


Użateknikaasettika. Ħejji VPRIV kif ġej:

  1. Iddetermina n-numru ta’ kunjetti li għandhom jiġu rikostitwiti abbażi tal-piż tal-pazjent

    individwali u d-doża preskritta.

  2. Neħħi l-kunjetti meħtieġa mill-friġġ. Irrikostitwixxi kull kunjett permezz ta’ ilma sterili għall- injezzjonijiet:

    Daqs tal-Kunjett Ilma għall-injezzjonijiet

    400 unità 4.3 ml


  3. Wara rikostituzzjoni, ħallat il-kunjetti bil-mod. Tħawwadx.

  4. Qabel id-dilwizzjoni, eżamina viżwalment is-soluzzjoni fil-kunjetti; is-soluzzjoni għandha tkun ċara għal kemmxejn opalexxenti u bla kulur; tużahiex jekk is-soluzzjoni tkun bidlet il-kulur jew jekk ikun hemm partikoli ta’ materja barranija preżenti.

  5. Iġbed il-volum ikkalkolat tal-mediċina min-numru adegwat ta’ kunjetti. Xi soluzzjoni tibqa’ fil- kunjett:

    Daqs tal-kunjett Volum li jinġibed 400 unità 4.0 ml


  6. Iddilwixxi l-volum totali meħtieġ f’100 ml ta’ soluzzjoni għal infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%). Ħallat bil-mod. Tħawwadx. Ibda l-infużjoni fi żmien 24 siegħa mill-ħin ta’ rikostituzzjoni.


Mil-lat mikrobijoloġiku, uża l-mediċina minnufih. Jekk ma tużahiex minnufih, il-ħinijiet ta’ ħżin u l- kundizzjonijiet waqt l-użu qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent. Taqbiżx l-24 siegħa f’temperatura ta’ 2 C sa 8 C.

Tarmix il-mediċina mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Armi kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Iż-żamma ta’ rekord

Sabiex tittejjeb it-traċċabilità tal-mediċini bijoloġiċi, irrekordja l-isem u n-numru tal-lott tal-mediċina amministratab’mod car.