Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Tamiflu
oseltamivir

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Tamiflu 30 mg kapsuli ibsin

oseltamivir


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

Eżempji jinkludu: ġulepp taċ-ċikkulata jew taċ-ċirasa, u toppings għad-deżerta bħal zalza tal- karamella jew fudge. Jew tista’ tipprepara ilma biz-zokkor: ħallat kuċċarina ilma ma’ tliet kwarti (3/4) ta’ kuċċarina zokkor.


    1. wwel Pass: Iċċekkja li d-doża hija tajba


      Biex issib l-ammont korrett li għandek tuża, sib il-piż tal-pazjent fuq in-naħa tax-xellug tat- tabella.

      image

      Ħares lejn il-kolonna tal-lemin biex tiċċekkja n-numru ta’ kapsuli li se jkollok bżonn tagħti lill- pazjent għal doża waħda. L-ammont huwa l-istess kemm jekk qed tittratta kif ukoll jekk qed tipprevjeni l-influwenza.


      Doża ta’ 30 mg


      Doża ta’ 60 mg

      Għad-dożi ta’ 30 mg u 60 mg għandek tuża kapsuli ta’ 30 mg biss. Tippruvax tagħmel doża ta’ 45 mg jew ta’ 75 mg billi tuża l-kontenut tal-kapsuli ta’ 30 mg. Minflok uża l-kapsula tad-daqs xieraq.


      Piż

      Doża ta’ Tamiflu

      Numru ta’ kapsuli ta’ 30 mg

      Sa 15-il kg

      30 mg

      kapsula waħda

      Aktar minn 15-il kg

      sa 23 kg

      45 mg

      Tużax kapsuli ta’ 30 mg

      Aktar minn 23 kg sa

      40 kg

      60 mg

      żewġ kapsuli


      It-Tieni Pass: Ferra’ t-trab kollu ġo skutella


      Żomm kapsula ta’ 30 mg wieqfa fuq skutella u b’attenzjoni aqta’ t-tarf ittundjat b’imqass. Ferra’ t-trab kollu ġol-iskutella.

      Għal doża ta’ 60 mg iftaħ kapsula oħra. Ferra’ t-trab kollu ġol-iskutella. Oqgħod attent bit-trab, peress li jista’ jirrita l-ġilda u l-għajnejn.


      image

      image


      It-Tielet Pass: Żid xi ħlewwa mat-trab u agħti d-doża


      Żid ammont żgħir – mhux aktar minn kuċċarina waħda – ta’ ikel ħelu mat-trab ġol-iskutella. Dan biex jgħatti t-togħma morra tat-trab ta’ Tamiflu.

      Ħawwad it-taħlita sew.


      image

      image


      Agħti l-kontenut kollu tal-iskutella lill-pazjent minnufih.


      Jekk jifdal xi taħlita fl-iskutella, laħlaħ l-iskutella b’ammont żgħir ta’ ilma u ġiegħel lill- pazjent jixorbu kollu.


      Irrepeti din il-proċedura kull darba li jkollok bżonn tagħti l-mediċina.


      Trabi ta’ inqas minn sena


      Biex tagħmel doża iżgħar waħda, għandek bżonn:

      • Kapsula waħda ta’ Tamiflu 30 mg

      • Imqass jaqta’

      • Żewġ skutelli żgħar (uża pari separati ta’ skutelli għal kull tifel/tifla)

      • Dispenser kbir wieħed għal doża orali biex tkejjel l-ilma – dispenser ta’ 5 jew 10 ml

      • Dispenser żgħir wieħed għal doża orali li juri kejl ta’ 0.1 ml, biex tagħti d-doża

      • Kuċċarina (ta’ 5 ml)

      • Ilma

      • Ikel ħelu biex tinħeba t-togħma morra ta’ Tamiflu.

Eżempji jinkludu: ġulepp taċ-ċikkulata jew taċ-ċirasa u toppings għad-deżerta bħal zalza tal- karamella jew fudge.

Jew tista’ tipprepara ilma biz-zokkor: ħallat kuċċarina ilma ma’ tliet kwarti (3/4) ta’

kuċċarina zokkor.


L-Ewwel Pass: Ferra’ t-trab kollu ġo skutella


Żomm kapsula ta’ 30 mg wieqfa fuq waħda mill-iskutelli u b’attenzjoni aqta’ t-tarf ittundjat b’imqass. Oqgħod attent bit-trab: jista’ jirrita l-ġilda u l-għajnejn.

Ferra’ t-trab kollu ġol-iskutella, tkun xi tkun id-doża li qed tipprepara.

L-ammont huwa l-istess kemm jekk qed tittratta kif ukoll jekk qed tipprevjeni l-influwenza.


image

image


It-Tieni Pass: Żid l-ilma biex tiddilwi l-mediċina


image

Uża d-dispenser il-kbir

biex tiġbed 5 ml ilma.


Żid l-ilma mat-trab fl- iskutella.


image

Ħawwad it-taħlita bil- kuċċarina għal madwar żewġ minuti.


Tinkwetax jekk it-trab ma jinħallx kollu. It-trab mhux maħlul huwa biss sustanzi mhux attivi.


It-Tielet Pass: Agħżel l-ammont korrett għall-piż tat-tifel/tifla tiegħek


Fittex il-piż tat-tifel/tifla fuq in-naħa tax-xellug tat-tabella.

Il-kolonna fuq il-lemin tat-tabella turi kemm għandek bżonn tiġbed mit-taħlita likwida.

Trabi ta’ inqas minn sena (inkluż trabi tat-twelid li twieldu meta kien imisshom)


Piż tat-tifel/tifla

(l-eqreb)

Kemm għandek

tiġbed mit-taħlita

3 kg

1.5 ml

3.5 kg

1.8 ml

4 kg

2.0 ml

4.5 kg

2.3 ml

5 kg

2.5 ml

5.5 kg

2.8 ml

6 kg

3.0 ml

6.5 kg

3.3 ml

7 kg

3.5 ml

7.5 kg

3.8 ml

8 kg

4.0 ml

8.5 kg

4.3 ml

9 kg

4.5 ml

9.5 kg

4.8 ml

10 kg jew aktar

5.0 ml


Ir-Raba’ Pass: Iġbed it-taħlita likwida


Kun ċert li għandek dispenser ta’ daqs xieraq.

Iġbed l-ammont korrett tat-taħlita likwida mill-ewwel skutella.

Iġbidha bil-mod biex ma tinkludix bżieżaq tal-arja.

Ferra’ d-doża korretta bil-mod ġot-tieni skutella.


image

image


Il-Ħames Pass: Żid xi ħlewwa u agħtiha lit-tifel/tifla


Żid ammont żgħir – mhux aktar minn kuċċarina waħda – ta’ ikel ħelu fit-tieni skutella. Dan biex jgħatti t-togħma morra ta’ Tamiflu.

Ħawwad l-ikel ħelu u Tamiflu likwidu sew.


image

image


Agħti l-kontenut kollu tat-tieni skutella (taħlita ta’ Tamiflu likwidu ma’ ikel ħelu miżjud) lit- tifel/tifla minnufih.


Jekk jifdal xi ħaġa fit-tieni skutella, laħlaħ l-iskutella b’ammont żgħir ta’ ilma u ġiegħel lit- tifel/tifla jixorbuh kollu. Għal tfal li ma jkunux jistgħu jixorbu minn skutella, agħti bi mgħarfa jew uża flixkun biex titma’ lit-tifel/tifla l-likwidu li jkun fadal.


Agħti lit-tifel/tifla xi ħaġa x’jixorbu.

Armi kull Tamiflu likwidu mhux użat li jifdal fl-ewwel skutella.


Irrepeti din il-proċedura kull darba li jkollok bżonn tagħti l-mediċina.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


Tagħrif għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss


Pazjenti li ma jistgħux jibilgħu kapsuli:

Tamiflu għal suspensjoni orali (6 mg/ml) immanifatturat b’mod kummerċjali huwa l-prodott preferut

għall-pazjenti pedjatriċi u adulti li għandhom diffikultà biex jibilgħu l-kapsuli jew meta jkunu meħtieġa dożi aktar baxxi. F’każ li Tamiflu trab għal suspensjoni orali ma jkunx disponibbli, l-ispiżjar jista’ jipprepara suspensjoni (6 mg/ml) minn kapsuli Tamiflu. Jekk lanqas is-suspensjoni ppreparata fl- ispiżerija ma tkun disponibbli, il-pazjenti jistgħu jippreparaw is-suspensjoni minn kapsuli d-dar.


Dispenser għal doża orali (siringi orali) ta’ volum u gradazzjoni xierqa għandhom jiġu pprovduti għall-għoti tas-suspensjoni magħmula fl-ispiżerija, u għall-proċeduri involuti fil-preparazzjoni magħmula d-dar. Fiż-żewġ każijiet, il-volumi korretti preferibbilment għandhom jiġu mmarkati fuq id- dispensers. Għall-preparazzjoni li ssir id-dar, għandhom ikunu pprovduti dispensers separati għat-teħid tal-volum korrett ta’ ilma u għall-kejl tat-taħlita ta’ Tamiflu u ilma. Għall-kejl ta’ 5.0 ml ta’ ilma, għandhom jintużaw dispensers ta’ 5 ml jew 10 ml.


Id-daqsijiet xierqa tad-dispenser biex jittieħed il-volum korrett ta’ suspensjoni Tamiflu (6 mg/ml)

huma mniżżla hawn taħt.


Trabi ta’ inqas minn sena (inkluż trabi tat-twelid li twieldu meta kien imisshom):



Doża ta’ Tamiflu


Ammont ta’ suspensjoni Tamiflu

Daqs tad-dispenser li għandek tuża (gradazzjoni ta’ 0.1 ml)

9 mg

1.5 ml

2.0 ml (jew 3.0 ml)

10 mg

1.7 ml

2.0 ml (jew 3.0 ml)

11.25 mg

1.9 ml

2.0 ml (jew 3.0 ml)

12.5 mg

2.1 ml

3.0 ml

13.75 mg

2.3 ml

3.0 ml

15-il mg

2.5 ml

3.0 ml

16.25 mg

2.7 ml

3.0 ml

18-il mg

3.0 ml

3.0 ml (jew 5.0 ml)

19.5 mg

3.3 ml

5.0 ml

21 mg

3.5 ml

5.0 ml

22.5 mg

3.8 ml

5.0 ml

24 mg

4.0 ml

5.0 ml

25.5 mg

4.3 ml

5.0 ml

27 mg

4.5 ml

5.0 ml

28.5 mg

4.8 ml

5.0 ml

30 mg

5.0 ml

5.0 ml