Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Valtropin
somatropin

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Valtropin 5 mg/1.5 ml trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Somatropin


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


Id-Detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-Manifattur


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

BioPartners GmbH Kaiserpassage 11

D-72764 Reutlingen Il-Ġermanja

Tel: + 49 (0) 7121 948 7756

Fax: +49 (0) 6142 7121 346 255


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’{XX/SSSS}.



-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


INFORMAZZJONI DWAR KIF TINJETTA LILEK INNFISEK B’Valtropin

Jekk jogħġbok aqra sewwa l-istruzzjonijiet li ġejjin qabel tuża Valtropin. Introduzzjoni

  1. istruzzjonijiet li ġejjin jispjegaw kif tinjetta Valtropin inti nnifsek. Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet sewwa u segwihom pass pass. It-tabib tiegħek jew l-assistant/a tiegħu ser jgħallmuk kif tinjetta lilek innifsek b’Valtropin.. Tippruvax tinjetta lilek innifsek jekk m’intix żgur li tifhem il-proċedura u l-ħtiġijiet biex tinjetta lilek innifsek.

    Noti ġenerali

    Għal pazjenti b’allerġija magħrufa għall-metacresol, Valtropin m’għandux jiġi rikostitwit

    bis-solvent ipprovdut (ara sezzjoni 2, ‘Tużax Valtropin’). Jekk ikun hemm allerġija għas-solvent li jakkumpanjah, il-kunjetti għandhom jiġu rikostitwiti b’ilma għall-injezzjonijiet: jekk jogħġbok imla siringa b’1.5 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet u segwi l-istess istruzzjonijiet bħal dawk għas-siringa mimlija għal-lest (ara sezzjoni 5 ‘Kif taħżen Valtropin’). Tużax ilma tal-vit.


    Iġbor l-affarijiet li għandek bżonn qabel tibda. Dawn huma:

    Ipprovduti fil-pakkett

    • il-kunjett ta’ Valtropin bit-trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni

    • is-siringa mimlija għal-lest b’1.5 ml solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

      MHUX ipprovduti fil-pakkett

    • siringa għall-injezzjoni u labar sterilizzati

    • biċċiet tat-tajjar imxarrbin bl-alkolħol

    • garża xotta jew biċċa tajjar

    • stikk

    • kaxxa għar-rimi ta’ siringi u labar użati.


Preparazzjoni tas-soluzzjoni


  1. Aħsel idejk sewwa bis-sapun u l-ilma qabel tipprepara l-mediċina.

  2. Oħroġ il-kaxxa ta’ Valtropin mill-friġġ u oħroġ il-kunjett tat-trab u s-siringa mimlija għal-lest

    bis-solvent minn ġol-kaxxa. Iċċekkja li l-mediċina ma skadietx.

  3. Neħħi l-għatu protettiv tal-plastik mill-kunjett tat-trab.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    image


  4. Naddaf it-tapp tal-gomma fil-parti ta’ fuq tal-kunjett tat-trab b’biċċa tajjara mxarrba bl-alkoħol. Wara t-tindif tmissx il-parti ta’ fuq tal-kunjett.


    image

    Kunjett li fih it-trab tal-mediċina tiegħek


  5. Ħu s-siringa mimlija għal-lest bis-solvent ipprovdut fil-pakkett biex tipprepara l-mediċina. Neħħi l-għatu tal-gomma li jipproteġi l-ponta u mas-siringa waħħal sewwa labra. It-tabib tiegħek jew

    l-assistent/a tiegħu/tagħha jgħidulek liema qies ta’ labra għandek tuża.


    image

  6. Neħħi t-tapp ta’ protezzjoni tal-labra mingħajr ma tmiss il-labra.


    image


  7. Bil-mod il-mod daħħal il-labra dritt fiċ-ċentru tal-għatu tal-gomma tal-kunjett.


    image


  8. Bil-mod il-mod injetta s-solvent kollu (1.5 ml) fil-kunjett tat-trab billi timmira l-fluss tal-likwidu fuq il-ġenb tal-kunjett. TIMMIRAHX lejn it-trab abjad fil-qiegħ tal-kunjett.


    image


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Qabel toħroġ is-siringa mill-kunjett, daħħal l-istess ammont ta’ arja (1.5 ml) daqs is-solvent li injettajt biex tnaqqas il-pressjoni fil-kunjett. Oħroġ is-siringa u poġġi t-tapp ta’ protezzjoni tal-labra.


  9. Dawwar il-kunjett BIL-MOD biex iddewweb il-kontenut għal kollox. TĦAWWADX.


    image

    Kif iddewweb il-mediċina tiegħek


  10. Is-soluzzjoni li tirriżulta għandha tkun ċara, mingħajr frak.


  11. Immarka l-kunjett b’tikketta bid-data li fiha inti ppreparajt is-soluzzjoni.


    Preparzzjoni ta’ l-injezzjoni


  12. Naddaf mill-ġdid it-tapp tal-gomma fil-parti ta’ fuq tal-kunjett b’biċċa tajjara mxarrba bl-alkolħol.

    Wara t-tindif tmissx il-parti ta’ fuq tal-kunjett.


    image

    Kunjett li fih is-soluzzjoni bil-mediċina tiegħek


  13. Aqbad is-siringa ta’ l-injezzjoni u l-labra pprovduti mill-ispiżerija jew l-isptar tiegħek, biex tiġbed is-soluzzjoni tal-mediċina. Neħħi s-siringa ta’ l-injezzjoni mill-ippakkjar sterili tagħha u waħħal

    il-labra mas-siringa.


    image


  14. Imla s-siringa bl-arja billi tiġbed tarf is-siringa fejn mhemmx il-labra sal-livell li jirrappreżenta d-doża tiegħek kif preskritta mit-tabib tiegħek.


    image


  15. Neħħi t-tapp ta’ protezzjoni tal-labra mingħajr ma tmiss il-labra.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    image


  16. Bil-mod, il-mod daħħal il-labra dritt fiċ-ċentru tat-tapp tal-gomma tal-kunjett.


    image


  17. Bil-mod iġbed it-tarf tas-siringa fejn m’hemmx il-labra biex iddaħħal l-arja fis-siringa għal ġewwa l-kunjett.

  18. Dawwar il-kunjett rasu l-isfel bil-labra tkun għadha fih u żomm il-kunjett b’id waħda. Żomm

    is-siringa bil-labra fil-kunjett tipponta ‘l fuq. Kun żgur li t-tarf tal-labra jkun fis-soluzzjoni. Bl-użu ta’ l-id l-oħra bil-mod, il-mod iġbed il-planġer b’ġibda waħda kontinwa biex tiġbed id-doża korretta fis-siringa filwaqt li tiżgura li tarf il-labra jibqa’ fis-soluzzjoni.


    image

    Tiġbed il-volum korrett tal-mediċina tiegħek bl-għajnuna tal-marki fuq is-siringa


  19. Neħħi s-siringa mil-labra billi tħalli l-labra fil-kunjett mingħajr ma tmiss it-tarf tas-siringa. Neħħi l-labra, poġġi t-tapp protettiv tal-labra f’postu u armiha f’kontenitur magħluq. Biex tieħu ħsieb

    il-kunjett ara ‘Injezzjoni tas-soluzzjoni’, numru 32.


    image


  20. Ħu labra ġdida (waħda li hija adattata għal injezzjoni taħt il-ġilda) u waħħalha sewwa fin-naħa ta’ fuq tas-siringa.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    image

    Siringa li fiha l-mediċina tiegħek li qegħda titwaħħlilha labra ġdida


  21. Neħħi t-tapp ta’ protezzjoni mil-labra tas-siringa u ara li fis-siringa m’hemmx bżieżaq ta’ l-arja.


    image


  22. Jekk tara xi bżieżaq, iġbed tarf is-siringa fejn m’hemmx il-labra ftit lura; agħti daqqa ħafifa b’subgħajk il-werrej lis-siringa, bil-labra tipponta ‘l fuq, sakemm il-bżieżaq jitilqu. Iġbed tarf is-siringa fejn m’hemmx il-labra bil-mod lura biex tikkoreġi d-doża.


    image


  23. Erġa’ poġġi t-tapp ta’ protezzjoni tal-labra u poġġi s-siringa bil-labra fuq wiċċ ċatt.

    Injezzjoni tas-soluzzjoni


  24. Kun żgur li s-soluzzjoni hija f’temperatura tal-kamra. Jekk is-soluzzjoni hija kiesħa, saħħan is-siringa bejn l-uċuh ta’ idejk.

  25. Spezzjona s-soluzzjoni qabel ma tagħtiha: jekk is-soluzzjoni tilfet lewnha jew tista’ tara xi frak solidu fil-likwidu, is-soluzzjoni M’GĦANDHIEX tiġi injettata.

  26. Agħżel is-sit għall-injezzjoni skond ir-rakkomandazzjoni tat-tabib tiegħek. Huwa importanti ħafna li

    tvarja s-sit ta’ l-injezzjoni kull darba li tagħti l-mediċina.

  27. Naddaf is-sit ta’ l-injezzjoni b’biċċa tajjara mxarrba bl-alkoħol u stennih jinxef.

  28. Iċċekkja li fis-siringa hemm id-doża korretta ta’ Valtropin. Żomm is-siringa f’idek bħalma żżomm lapes.

  29. Agħfas biċċa ġilda kbira bejn subgħajk il-kbir u subgħajk il-werrej. Daħħal il-labra fil-ġilda maqrusa f’angolu ta’ 45° sa 90° b’moviment veloċi u sod. Hekk tħoss inqas uġigħ milli kieku ddaħħal il-labra bil-mod.

  30. Bil-mod (fi ftit sekondi) injetta s-soluzzjoni billi bil-mod timbotta l-planġer sakemm is-siringa tkun vojta.

  31. Iġbed il-labra malajr u agħfas fuq is-sit ta’ l-injezzjoni b’garża xotta jew b’biċċa tajjar għal ftit sekondi. Jekk joħroġ id-demm, għatti s-sit ta’ l-injezzjoni bi stikka.

  32. Armi s-siringa wżata f’kontenitur magħluq. Kun żgur li tpoġġi lura l-kunjett fil-friġġ. Meta

jitbattal, armi wkoll il-kunjett. Biex tara kemm idum tajjeb il-prodott wara r-rikostituzzjoni ara sezzjoni 5 ‘Kif taħżen Valtropin’.

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Jekk it-trab jiġi rikostitwit bl-ilma għall-injezzjonijiet, allura l-kunjett jista’ jintuża darba biss. Kwalunkwe soluzzjoni mhux użata għandha tintrema.