Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Levitra
vardenafil

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Levitra 5 mg pilloli miksija b’rita

vardenafil


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Levitra.


Oqgħod attent ħafna b’Levitra


Tfal u adolexxenti

Levitra mhux indikata għall-użu fit-tfal jew fl-adoloxxenti taħt 18-il sena.


Mediċini oħra u Levitra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra. Xi mediċini jistgħu joħolqu problemi, speċjalment dawn li ġejjin:


Tqala u treddigħ

Levitra mhux għall-użu minn nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Levitra jista’ jġiegħel lil xi nies iħossuhom sturduti jew jaffettwa l-vista tagħhom. Jekk wara li tieħu Levitra tħossok sturdut jew il-vista tiegħek tiġi affetwata, m'għandekx issuq, tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni.


  1. Kif gћandek tieћu Levitra


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew

    mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża rakkomandata hija 10 mg.


    Ħu pillola Levitra madwar 25 sa 60 minuta qabel attività sesswali. Bi stimulazzjoni sesswali jista’ jkollok erezzjoni minn 25 minuta sa 4 jew 5 sigħat wara li tieħu l-pillola Levitra.

    - Ibla’ pillola waħda ma' tazza ilma.


    Tiħux Levitra pilloli miksija b’rita ma’ xi forom oħra ta’ Levitra.


    Tiħux Levitra aktar minn darba kuljum.


    Jekk tħoss li l-effett ta’ Levitra huwa qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jista’ jissuġġerilek li taqleb għall-formulazzjoni alternattiva ta’ Levitra b’doża differenti, skont kemm Levitra taħdem tajjeb fuqek.


    Jekk tieħu Levitra aktar milli suppost

    Irġiel li jieħdu aktar Levitra milli suppost jista’ jkollhom aktar effetti mhux mixtieqa jew ikollhom uġigħ qawwi fid-dahar. Jekk tieħu Levitra aktar milli suppost, għid lit-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Il-maġġoranza ta' l-effetti huma ħfief jew moderati.


    Pazjenti kellhom esperjenza ta’ telf jew tnaqqis parzjali, f’daqqa, temporanju jew permanenti tal-vista f’għajn waħda jew fiż-żewġ għajnejn. Tibqax tieħu Levitra u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

    Kien irrappurtat tnaqqis jew telf f’daqqa tas-smigħ.


    Każijiet ta’ mewt għal għarrieda, taħbit tal-qalb mgħaġġel jew mibdul, attakk ta’ qalb, uġigħ fis-sider, u problemi fiċ-ċirkolazzjoni ċerebrali (inkluż tnaqqis temporanju fil-fluss tad-demm lejn partijiet tal- moħħ u fsada fil-moħħ) ġew irrappurtati f’irġiel li kienu qed jieħdu vardenafil. Il-biċċa l-kbira tal-irġiel li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi fil-qalb qabel ma ħadu din il-mediċina.

    Mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk dawn l-avvenimenti kinux relatati direttament ma’ vardenafil.


    Il-possibbiltà li jkollok effett sekondarju hija deskritta permezz tal-kategoriji li ġejjin:


    Komuni ħafna:

    jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10 li qed jużawh

    • Uġigħ ta' ras


      Komuni:

      jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 li qed jużawh

    • Sturdament

    • Fawra

    • Imnieħer miżdud jew inixxi

    • Indiġestjoni


      Mhux komuni:

      jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 li qed jużawh

    • Nefħa fil-ġilda u fit-tessut mukuż inkluż nefħa fil-wiċċ, xufftejn jew griżmejn

    • Disturb fl-irqad

    • Tnemnim u perċezzjoni mnaqqsa tal-mess

    • Ħedla ta’ ngħas

    • Effetti fuq il-vista, ħmura fl-għajn, effetti fuq il-ħila biex tagħraf il-kuluri, uġigħ u skomdu fl-

      għajn, sensittività għad-dawl

    • Żarżir fil-widnejn, vertigo

    • Taħbit mgħaġġel tal-qalb jew tħoss qalbek ser toħroġ minn sidrek

    • Qtugħ ta’ nifs

    • Imnieħer miżdud

    • Rifluss tal-aċidu, gastrite, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, rimettar, tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), ħalq

      xott

    • Livelli miżjuda tal-enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek

    • Raxx, ħmura tal-ġilda

    • Uġigħ fid-dahar jew fil-muskoli, żjieda ta’ enzima tal-muskoli fid-demm (creatine phosphokinase), egħbusija tal-muskoli

    • Erezzjonijiet imtawwla

    • Tħossok ma tiflaħx


      Rari:

      jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000 li qed jużawh

    • Infjammazzjoni tal-għajnejn (konġuntivite)

    • Reazzjoni allerġika

    • Ansjetà

    • Ħass ħażin

    • Amnesija

    • Aċċessjoni

    • Żjieda fil-pressjoni fl-għajn (glawkoma), żjieda fid-dmugħ

    • Effetti fuq il-qalb (bħal attakk tal-qalb, taħbit tal-qalb mibdul jew anġina)

    • Pressjoni tad-demm għolja jew baxxa

    • Fsada mill-imnieħer

    • Effett fuq ir-riżultat ta’ testijiet tad-demm biex jiċċekkjaw il-funzjoni tal-fwied

    • Sensittività tal-ġilda għad-dawl tax-xemx

    • Erezzjonijiet bl-uġigħ

    • Uġigħ fis-sider

    • Tnaqqis temporanju ta’ fluss ta’ demm lejn partijiet tal-moħħ


      Rari ħafna jew mhux magħrufa:

      jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 10,000 li qed jużawh jew il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

    • Demm fl-awrina (Ematurja)

    • Ħruġ ta’ demm mill-pene (Emorraġija mill-pene)

    • Ikun hemm id-demm fis-semen (Ematospermja)

    • Mewt għal għarrieda

    • Fsada fil-moħħ


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendix V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  3. Kif taħżen Levitra


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Levitra

Qalba tal-pillola: crospovidone, magnesium stearate, microcrystalline cellulose, colloidal silica anidru.

Rita tal-pillola: macrogol 400, hypromellose, titanium dioxide (E171), ferric oxide isfar (E172), ferric oxide aħmar (E172).


Kif jidher Levitra u l-kontenut tal-pakkett

Levitra 5 mg pilloli miksija b’rita huma oranġjo immarkata b'salib tal-BAYER fuq naħa waħda u (5) fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli huma pprovduti f’pakketti b’folji li fihom 2, 4, 8, 12 jew 20 pillola. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Bayer AG

51368 Leverkusen

Il-Ġermanja


Il-Manifattur Bayer AG

Kaiser-Wilhelm-Allee

51368 Leverkusen

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Bayer SA-NV

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

България

Байер България ЕООД

Tел.: +35902-424 72 80

Česká republika

Bayer s.r.o.

Tel: +420 266 101 111

Danmark

Bayer A/S

Tlf: +45 45 23 50 00

Deutschland

Jenapharm GmbH & Co. KG

Tel: +49 (0)3641-87 97 444

Eesti

Bayer OÜ

Tel: +372 655 85 65

Ελλάδα

Bayer Ελλάς ΑΒΕΕ Τηλ: +30 210 61 87 500

España

Bayer Hispania S.L. Tel: +34-93-495 65 00

France

Bayer HealthCare

Tél (N° vert) : +33-(0)800 87 54 54

Hrvatska

Bayer d.o.o.

Tel: + 385-(0)1-6599 900

Ireland

Bayer Limited

Tel: +353 1 216 3300

Ísland

Icepharma hf.

Sími: +354-540 8000

Italia

Bayer S.p.A.

Tel: +39 02 397 81

Κύπρος

NOVAGEM Limited Τηλ: +357 22 48 38 58

Latvija

SIA Bayer

Tel: +371 67 845 563

Lietuva

UAB Bayer

Tel: +370 523 36 868

Luxembourg/Luxemburg

Bayer SA-NV

Tél/Tel: +32-(0)2-535 63 11

Magyarország Bayer Hungária KFT Tel.: +36 14 87-4100

Malta

Alfred Gera and Sons Ltd. Tel: +35 621 44 62 05

Nederland

Bayer B.V.

Tel: +31-(0)297-28 06 66

Norge

Bayer AS

Tlf: +47-23 13 05 00

Österreich

Bayer Austria Ges. m. b. H. Tel: +43-(0)1-711 46-0

Polska

Bayer Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 572 35 00

Portugal

Bayer Portugal, Lda. Tel: +351 21 416 42 00

România

SC Bayer SRL.

Tel: +40-21-529 59 00

Slovenija

Bayer d. o. o.

Tel: +386 (0)1 58 14 400

Slovenská republika

Bayer, spol. s r.o.

Tel: +421 2-59 21 31 11

Suomi/Finland

Bayer Oy

Puh/Tel: +358-20 785 21

Sverige

Bayer AB

Tel: +46 (0)8 580 223 00

United Kingdom (Northern Ireland)

Bayer AG

Tel: +44-(0)118 206 3000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.