Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Emdocam
meloxicam


FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:


Emdocam 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar, majjali u żwiemel


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq Emdoka bvba

    J. Lijsenstraat 16

    B-2321 Hoogstraten

    Il-Belġju


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Produlab Pharma bv

    NL-4941 SJ Raamsdonksveer

    Il-Pajjiżi l-Baxxi


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Emdocam 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar, majjali u żwiemel.

    meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru fih:


    Sustanza attiva:

    Meloxicam 20 mg


    Ingredjent ieħor:

    Ethanol (96%) 150 mg


    Soluzzjoni safra ċara għall-injezzjoni.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Baqar

    Għall-użu fi żmien ta’ infezzjoni akuta fis-sistema tan-nifs, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata

    biex ittaffi s-sintomi kliniċi tal-marda lill-baqar.

    Għall-użu fit-trattament ta’ dijarea flimkien ma’ terapija ta’ idratazzjoni orali mill-ġdid, biex jitnaqqsu

    s-sintomi kliniċi f’għoġġiela li għandhom aktar minn ġimgħa jew baqar ta’ età żgħira.

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ mastite akuta, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata. Għas-solliev tal-uġigħ ta' wara l-operazzjoni wara t-tneħħija tal-qrun fl-għoġġiela.


    Majjali

    Għall-użu waqt mard mhux infettiv tal-mixi biex jitnaqqsu s-sintomi ta’ meta l-annimal ikun qed izappap u dawk tal-infjammazzjoni.

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ settiċemija puwerperali u tossemija (sindrome mastite-

    metrite-agalaktja) flimkien ma’ terapija antibijotika adattata.

    Żwiemel

    Għall-użu sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u għas-solliev tal-uġigħ f’mard muskolu-skeletriku li jkun kemm akut kif ukoll kroniku.

    Għas-solliev tal-uġigħ marbut ma’ kolika ekwina.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq żwiemel li għandhom inqas minn 6 ġimgħat. Tużax fuq dwieb tqal jew li qed ireddgħu.

    Tużax f’annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ leżjonijiet gastrointestinali ulċeroġeniċi

    Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi.

    Għat-trattament tad-dijarea fil-baqar, tużax f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Kienet osservata biss nefħa ħafifa li tgħaddi malajr fis-sit tal-injezzjoni wara l-għoti taħt il-ġilda, f’inqas minn 10% tal-baqar li kienu ttrattati fi studji kliniċi.


    Fiż-żwiemel, nefħa ħafifa li tgħaddi malajr fis-sit tal-injezzjoni tista’ sseħħ, iżda tfiq mingħajr ma jkun

    hemm l-ebda intervent.


    F’każijiet rari ħafna, reazzjonijiet anafilattojdi li jistgħu jkunu serji (inklużi fatali), jistgħu jseħħu u dawn għandhom jiġu kkurati b’mod sintomatiku.


    • Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar, majjali u żwiemel


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Baqar

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda jew ġol-vina, b’doża ta’ 0.5 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e.

    2.5 ml / 100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, jew ma’ terapija orali ta’

    idratazzjoni mill-ġdid, skont kif ikun xieraq.


    Majjali

    Injezzjoni waħda fil-muskolu b’doża ta’ 0.4 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e. 2 ml/100 / kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, kif ikun xieraq. Jekk ikun meħtieġ, it-tieni doża ta’ meloxicam tista’ tingħata wara 24 siegħa.

    Żwiemel

    Injezzjoni waħda ġol-vina b’doża ta’ 0.6 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (i.e. 3 ml/ 100 kg ta’ piż tal-ġisem).

    Għall-użu sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u għas-solliev tal-uġigħ f’mard muskolu-skeletriku li jkun kemm akut kif ukoll kroniku, għat-tkomplija tat-trattament, tista’ tintuża kura orali xierqa li jkun fiha

    meloxicam, mogħtija skont ir-rakkomandazzjonijiet tat-tikketta.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.

    Ittaqqabx il-kunjett għal aktar minn 50 darba.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Baqar: laħam u ġewwieni tal-annimali: 15-il jum; ħalib: 5 ijiem

    Majjali: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem

    Żwiemel: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem

    Mhux awtorizzat għall-użu f'annimali li qed jipproduċu ħalib li qed jintuża għall-konsum tan-nies.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u t-tikketta wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 jum


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Trattament ta' għoġġiela b'Emdocam 20 minuta qabel it-tneħħija tal-qrun tnaqqas l-uġigħ ta' wara l- operazzjoni. Emdocam waħdu mhux se jipprovdi solliev adegwat tal-uġigħ waqt il-proċedura tat- tneħħija tal-qrun. Biex tikseb solliev adegwat tal-uġigħ waqt l-operazzjoni, medikazzjoni fl-istess ħin b'analġesiku adattat hi meħtieġa.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il-

    parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu f’annimali li huma deidratati, ipovolemiċi jew ipotensivi severament, li jkunu jeħtieġu

    idratazzjoni mill-ġdid permezz ta’ injezzjoni, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal- kliewi.

    F’każ ta’ solliev mhux adegwat tal-uġigħ meta użat fit-trattament ta’ kolika ekwina, għandha ssir

    evalwazzjoni mill-ġdid bl-attenzjoni tad-dijanjosi, għax din tista’ tindika l-ħtieġa ta’ intervent kirurġiku.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali tiegħek nnifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Nies li hu magħruf li għandhom sensittività eċċessiva għal Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali lilek innifsek, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta lit-tabib.

    Tqala u treddigħ

    Baqar u qżieqeż: Jista’ jintuża waqt it-tqala u t-treddigħ. Żwiemel: Tużax fi dwieb ħbiela u dwieb li qed ireddgħu


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    M’għandux jingħata flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi anti-infjammatorji oħrajn mhux sterojdiċi u jew ma’ prodotti mediċinali antikoagulanti.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti): F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Inkompatibilitajiet:

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien

    ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IR-RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqs tal-pakkett tal-kunjett tal-ħġieġ ta’ Tip I bla kulur li fih 50 ml, 100 ml jew 250 ml. Kull kunjett hu

magħluq b’tapp tal-lastku tal-bromobutyl u ssiġillat b’għatu tal-aluminju.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


België/Belgique/Belgien

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26

Lietuva

OÜ Zoovetvaru Uusaru 5

EE-Saue 76505

Tel: +372 6 709 006


Република България

БИОСФЕРА ФАРМ ЕООД

ул.Юрий Гагарин № 50 BG гр. Костинброд 2230 Teл: + 359 885917017

Luxembourg/Luxemburg

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26


Česká republika

BIOPHARM, Výzkumný ústav biofarmacie a veterinárních léčiv, a.s

Pohoří – Chotouň 90

CZ-254 49 Jílové u Prahy Tel: +420 241 950 383

Magyarország Meditrix Kft. Ady E. u. 5

HU-7020 Dunaföldvár

Tel.: +36 75 542 940


Danmark

ChemVet dk A/S

A.C. Illums Vej 6 DK-8600 Silkeborg Tlf: +45 8681 7522

Malta

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26


Deutschland

WDT eG

Siemensstr. 14

D-30827 Garbsen Tel: +49 5131 705 0

Nederland

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26


Eesti

OÜ Zoovetvaru Uusaru 5

EE-Saue 76505

Tel: +372 6 709 006

Norge

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26


Ελλάδα

FATRO-HELLAS SPLTD

2ο χιλ. ΠΑΙΑΝΙΑΣ-ΣΠΑΤΩΝ

GR-190 02 ΠΑΙΑΝΙΑ

Τηλ: + 30 210 6644331

Österreich

Richter Pharma AG

Feldgasse 19, A

A-4600 Wels

Tel: +43 7242 490 0


España

Divasa-Farmavic S.A. Ctra. Sant Hipòlit, km 71 E-08503 Gurb-Vic

Tel: +34 93 886 01 00

Polska

Fatro Polska Sp. z o.o. ul. Bolońska 1

PL-55 040 Kobierzyce

Tel.: +48 71 311 11 11


France

Axience SAS

Tour Essor - 14, rue Scandicci

F-93500 Pantin

Tél. +33 1 41 83 23 17


Hrvatska

Vet Consulting d.o.o. Matije Gupca 42

43500 Daruvar

Tel: +385 43 440 527

Portugal

Divasa Farmavic de Portugal, Produtos e Equipamentos Veterinários, Lda.

Praceta Jaime Corteção

Nº 1 – R/C Loja Esq.

2625-170 Povoa de Santa Iria Tel: +351 219 739 130

România

SC Altius SRL

Str Iancu Capitanu nr 38 Ap 1

Sector 2, Bucuresti – RO

Tel: + 40 021 310 88 80


Ireland

Duggan Veterinary Supplies Ltd.,

Holycross, Thurles,

Co Tipperary

Ireland

Tel: +353 (0) 504 43169

Slovenija

TPR d.o.o. Litostrojska cesta 44e, 1000 Ljubljana Slovenia

Tel: +386 (0)1 505 5882


Ísland Slovenská republika

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26


Italia

Azienda Terapeutica Italiana A.T.I. s.r.l. Via Emilia 285

I-40064 Ozzano dell’Emilia – Bologna

Tel: +39 051 6512711

Suomi/Finland

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel : +32 3 315 04 26


Κύπρος

Σπύρος Σταυρινίδης Κέμικαλς Λτδ Λεωφ. Στασίνου 28,

1060 Λευκωσία, Κύπρος

Τηλ: +357 22 447464

Sverige

ChemVet dk A/S

A.C. Illums Vej 6 DK-8600 Silkeborg Tel: +45 8681 7522


Latvija

OÜ Zoovetvaru Uusaru 5

EE-Saue 76505

Tel: +372 6 709 006

United Kingdom (Northern Ireland) Duggan Veterinary Supplies Ltd., Holycross,

Thurles,

Co Tipperary

Ireland

Tel: +353 (0) 504 43169

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Emdocam 15 mg/ml suspensjoni orali għaż-żwiemel


1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT:


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 B-2321 Hoogstraten Il-Belġju.


Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


Produlab Pharma bv

NL-4941 SJ Raamsdonksveer

Il-Pajjiżi l-Baxxi.


2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU:


Emdocam 15 mg/ml suspensjoni orali għaż-żwiemel

Meloxicam


  1. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA:


    Kull millilitru fih:


    Sustanza attiva:

    Meloxicam 15 mg


    Sustanzi mhux attivi: Sodium benzoate 1.5 mg


    Suspensjoni safra.


  2. INDIKAZZJONI(JIET):


Sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u għas-solliev tal-uġigħ f’mard muskolu-skeletriku li jkun kemm akut kif ukoll kroniku fiż-żwiemel.


5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET:


Tużax fuq dwieb tqal jew li qed ireddgħu.

Tużax fuq żwiemel li jbatu minn disturbi gastrointestinali bħal irritazzjoni u emorraġija, indeboliment

fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku.

Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi. Tużax fuq żwiemel li għandhom inqas minn 6 ġimgħat.

6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA:


Ġew osservati każijiet iżolati ta’ effetti mhux mixtieqa tipikament assoċjati mal-NSAIDs fil-provi kliniċi (urtikarja ħafifa, dijarea). Is-sintomi kienu riversibbli.

Ġew irrappurtati telf ta’ aptit, letarġija, uġigħ addominali u kolite f’każijiet rari ħafna.

Reazzjonijiet anafilattojdi li jistgħu jkunu serji (inklużi fatali), jistgħu jseħħu f’każijiet rari ħafna u dawn għandhom jiġu kkurati b’mod sintomatiku.


Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il- parir ta’ veterinarju.



Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  1. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb, qtates


  2. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Klieb:

    Disturbi muskolu-skeletriċi:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda b’dożaġġ ta’ 0.2 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri

    0.4 ml/10 kg ta’ piż tal-ġisem).

    Tnaqqis tal-uġigħ ta’ wara l-operazzjoni (fuq perjodu ta’ 24 siegħa):

    Injezzjoni waħda ġol-vini jew taħt il-ġilda b’dożaġġ ta’ 0.2 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri 0.4 ml/10 kg ta’ piż tal-ġisem) qabel il-kirurġija, pereżempju fil-mument tal-induzzjoni tal- anestesija.

    Qtates:

    Tnaqqis tal-uġigħ ta’ wara l-operazzjoni wara ovarjoisterektomija u kirurġija minuri tat-tessut artab:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda b’dożaġġ ta’ 0.3 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri

    0.06 ml/kg ta’ piż tal-ġisem) qabel il-kirurġija, pereżempju fil-mument tal-induzzjoni tal-anestesija.


    Peress li l-kunjett m’għandux jittaqqab aktar minn 50 darba, l-utent għandu jagħżel id-daqs tal-kunjett l-aktar xieraq skont l-ispeċi fil-mira tat-trattament.

  3. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu.


  4. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  5. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta wara JIS. Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 jum


  6. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat: Xejn.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il- parir ta’ veterinarju.

    Evita l-użu fi kwalunkwe annimali li huwa deidratat, ipovolemiku jew ipotensiv severament, li jkunu

    jeħtieġu idratazzjoni mill-ġdid permezz ta’ injezzjoni, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal-kliewi.

    Waqt l-anestesija, il-monitoraġġ u t-terapija bil-fluwidi għandhom jiġu kkunsidrati bħala prattika

    standard. Kwalunkwe terapija orali ta’ segwitu li tuża meloxicam jew NSAIDs oħra m’għandhiex tingħata fil-qtates, għax ma ġewx stabbiliti korsijiet ta’ dożaġġ xierqa għal tali trattamenti ta’ segwitu.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:

    Meloxicam jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi. Nies li hu magħruf li għandhom sensittività eċċessiva għal Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    Injezzjoni aċċidentali tiegħek nnifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali lilek innifsek, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta lit-tabib.

    Dan il-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt mal-għajnejn, laħlaħhom sew

    bl-ilma minnufih.


    Tqala u treddigħ:

    Tużax fi klieb jew qtates li qed ireddgħu


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    NSAIDs oħra, dijuretiċi, antikoagulanti, antibijotiċi tal-aminoglycoside u sustanzi bi rbit qawwi jistgħu jikkompetu għall-irbit u b’hekk iwasslu għal effetti tossiċi. Emdocam ma jistax jingħata flimkien ma’ NSAIDs oħra jew ma’ glukokortikosterojdi. L-għoti fl-istess ħin ta’ mediċini potenzjalment nefrotossiċi għandu jiġi evitat. F’annimali f’riskju anestetiku (eż. annimali kbar fl-età)

    għandha tiġi kkunsidrata terapija bil-fluwidi ġol-vini jew taħt il-ġilda waqt l-anestesija. Meta l- anestesija u l-NSAID jingħataw fl-istess ħin, ma jistax jiġi eskluż riskju għall-funzjoni tal-kliewi.

    It-trattament minn qabel b’sustanzi antiinfjammatorji jista’ jirriżulta f’effetti avversi addizzjonali jew

    miżjuda u għalhekk għandu jiġi osservat perjodu mingħajr trattament b’tali prodotti mediċinali veterinarji għal mill-inqas 24 siegħa qabel jinbeda t-trattament. Il-perjodu mingħajr trattament, madankollu, għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-propjetajiet farmakoloġiċi tal-prodotti użati qabel.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti): F’każ ta’ doża eċċessiva għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Inkompatibilitajiet:

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  7. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  8. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /.


  9. TAGĦRIF IEĦOR


Daqsijiet tal-pakkett:

Kaxxa tal-kartun li fiha kunjett wieħed ta’ 20 ml Kaxxa tal-kartun li fiha kunjett wieħed ta’ 50 ml


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


België/Belgique/Belgien

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26

Lietuva

OÜ Zoovetvaru Uusaru 5

EE-Saue 76505

Tel: +372 6 709 006


Република България

БИОСФЕРА ФАРМ ЕООД

ул.Юрий Гагарин № 50 BG гр. Костинброд 2230 Teл: + 359 885917017

Luxembourg/Luxemburg

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26


Česká republika

BIOPHARM, Výzkumný ústav biofarmacie a veterinárních léčiv, a.s

Pohoří – Chotouň 90

CZ-254 49 Jílové u Prahy Tel: +420 241 950 383

Magyarország Meditrix Kft. Ady E. u. 5

HU-7020 Dunaföldvár Tel.: +36 75 542 940

Danmark

ChemVet dk A/S

A.C. Illums Vej 6 DK-8600 Silkeborg Tlf: +45 8681 7522

Malta

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26


Deutschland

WDT eG

Siemensstr. 14

D-30827 Garbsen Tel: +49 5131 705 0

Nederland

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26


Eesti

OÜ Zoovetvaru Uusaru 5

EE-Saue 76505

Tel: +372 6 709 006

Norge

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26


Ελλάδα

FATRO-HELLAS SPLTD

2ο χιλ. ΠΑΙΑΝΙΑΣ-ΣΠΑΤΩΝ

GR-190 02 ΠΑΙΑΝΙΑ

Τηλ: + 30 210 6644331

España

Divasa-Farmavic S.A. Ctra. Sant Hipòlit, km 71 E-08503 Gurb-Vic

Tel: +34 93 886 01 00

Österreich

Richter Pharma AG

Feldgasse 19, A

A-4600 Wels

Tel: +43 7242 490 0

Polska

Fatro Polska Sp. z o.o. ul. Bolońska 1

PL-55 040 Kobierzyce

Tel.: +48 71 311 11 11


France

Axience SAS

Tour Essor - 14, rue Scandicci

F-93500 Pantin

Tél. +33 1 41 83 23 17


Hrvatska

Vet Consulting d.o.o. Matije Gupca 42

43500 Daruvar

Tel: +385 43 440 527

Portugal

Divasa Farmavic de Portugal, Produtos e Equipamentos Veterinários, Lda.

Praceta Jaime Corteção

Nº 1 – R/C Loja Esq.

2625-170 Povoa de Santa Iria Tel: +351 219 739 130

România

SC Altius SRL

Str Iancu Capitanu nr 38 Ap 1

Sector 2, Bucuresti – RO

Tel: + 40 021 310 88 80


Ireland

Duggan Veterinary Supplies Ltd.,

Holycross, Thurles,

Co Tipperary

Ireland

Tel: +353 (0) 504 43169

Slovenija

TPR d.o.o. Litostrojska cesta 44e, 1000 Ljubljana Slovenia

Tel: +386 (0)1 505 5882


Ísland

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26

Slovenská republika

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26

Italia

Azienda Terapeutica Italiana A.T.I. s.r.l. Via Emilia 285

I-40064 Ozzano dell’Emilia – Bologna

Tel: +39 051 6512711

Suomi/Finland

Emdoka bvba

John Lijsenstraat 16 BE-2321 Hoogstraten Tel: +32 3 315 04 26


Κύπρος

Σπύρος Σταυρινίδης Κέμικαλς Λτδ Λεωφ. Στασίνου 28,

1060 Λευκωσία, Κύπρος

Τηλ: +357 22 447464

Sverige

ChemVet dk A/S

A.C. Illums Vej 6 DK-8600 Silkeborg Tel: +45 8681 7522


Latvija

OÜ Zoovetvaru Uusaru 5

EE-Saue 76505

Tel: +372 6 709 006

United Kingdom (Northern Ireland) Duggan Veterinary Supplies Ltd., Holycross,

Thurles,

Co Tipperary

Ireland

Tel: +353 (0) 504 43169