Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pedea
ibuprofen

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Pedea 5mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni

Ibuprofen


Aqra dan il-fuljett kollu b’attenzjoni qabel din il-mediċina tingħata lit-tarbija tiegħek.

pH), hydrochloric acid 25% (għal aġġustament tal-pH) u ilma għall-injezzjonijiet.


Id-dehra ta’ Pedea u l-kontenuti tal-pakkett

Pedea 5mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni hi soluzzjoni ċara u bla kulur jew kemm kemm safra. Pedea 5mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni hi fornuta f’kaxxi tal-kartun ta’ erba’ kunjetti ta’ 2 ml.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Recordati Rare Diseases Immeuble “Le Wilson”

70, avenue du Général de Gaulle F- 92800 Puteaux

Franza


Manifattur

Recordati Rare Diseases Immeuble “Le Wilson“

70, avenue du Général de Gaulle F-92800 Puteaux

Franza jew

Recordati Rare Diseases Eco River Parc

30, rue des Peupliers F-92000 Nanterre Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


Belgique/België/Belgien

Recordati

Tél/Tel: +32 2 46101 36

Lietuva

Recordati AB.

Tel: + 46 8 545 80 230

Švedija

България

Recordati Rare Diseases Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Франция

Luxembourg/Luxemburg

Recordati

Tél/Tel: +32 2 46101 36

Belgique/Belgien


Česká republika Recordati Rare Diseases Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Francie

Magyarország

Recordati Rare Diseases Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Franciaország


Danmark

Recordati AB.

Tlf : +46 8 545 80 230

Sverige

Malta

Recordati Rare Diseases Tel: +33 1 47 73 64 58

Franza


Deutschland

Recordati Rare Diseases Germany GmbH Tel: +49 731 140 554 0

Nederland

Recordati

Tel: +32 2 46101 36

België


Eesti

Recordati AB.

Tel: + 46 8 545 80 230

Rootsi

Norge

Recordati AB.

Tlf : +46 8 545 80 230

Sverige


Ελλάδα

Recordati Rare Diseases Tηλ: +33 (0)1 47 73 64 58

Γαλλία

Österreich

Recordati Rare Diseases Germany GmbH Tel: +49 731 140 554 0

Deutschland


España

Recordati Rare Diseases Spain S.L.U. Tel: + 34 91 659 28 90

Polska

Recordati Rare Diseases Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

Francja


France

Recordati Rare Diseases Tél: +33 (0)1 47 73 64 58

Portugal

Jaba Recordati S.A. Tel: +351 21 432 95 00


Hrvatska

Recordati Rare Diseases Tél: +33 (0)1 47 73 64 58

Francuska

România

Recordati Rare Diseases Tél: +33 (0)1 47 73 64 58

Franţa


Ireland

Recordati Rare Diseases Tel: +33 (0)1 47 73 64 58

France

Slovenija

Recordati Rare Diseases Tél: +33 (0)1 47 73 64 58

Francija


Ísland

Recordati AB. Simi:+46 8 545 80 230

Svíþjóð

Slovenská republika Recordati Rare Diseases Tél: +33 (0)1 47 73 64 58

Francúzsko

Italia

Recordati Rare Diseases Italy Srl Tel: +39 02 487 87 173

Suomi/Finland

Recordati AB.

Puh/Tel : +46 8 545 80 230

Sverige


Κύπρος

Recordati Rare Diseases Τηλ : +33 1 47 73 64 58

Γαλλία

Sverige

Recordati AB.

Tel : +46 8 545 80 230


Latvija

Recordati AB.

Tel: + 46 8 545 80 230

Zviedrija


Dan il-fuljett kien approvat f’

United Kingdom

Recordati Rare Diseases UK Ltd. Tel: +44 (0)1491 414333


website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il- Mediċini (EMEA): https://www.emea.europa.eu


image


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Bħal fil-każ ta’ kull prodott parenterali, il-kunjetti ta’ Pedea għandhom jiġu miflija għal xi frak u għall-integrità tal-kontenitur qabel ma jintużaw. Il-kunjetti huma intiżi biex jintużaw darba biss u kull fdal tal-prodott li ma jiġix użat għandu jintrema.


Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata (ara wkoll sezzjoni 3)


Użu għal ġol-vina biss. Trattament b’Pedea għandu jsir biss fit-taqsima tal-kura intensiva ta’ trabi li għadhom kif twieldu, taħt is-superviżjoni ta’ neonatoloġista b’esperjenza.

Kors ta’ terapija jfisser tliet dożi ta’ Pedea ġol-vina mogħtija f’intervalli ta’ 24 siegħa. Id-doża ta’ ibuprofen hija mibdula skont il-piż tal-ġisem kif ġej:

-l-ewwl injezzjoni: 10 mg/kg,

-it-tieni u t-tielet injezzjoni: 5 mg/kg.


Kemm-il darba d-ductus arteriosus ma jagħlaqx fi żmien 48 siegħa mill-aħħar injezzjoni jew jekk jerġa’ jinfetaħ, jista’ jingħata t-tieni kors ta’ 3 dożi kif indikat hawn fuq.

Jekk il-kondizzjoni ma tinbidilx wara t-tieni kors ta’ terapija, jista’ jkun hemm bżonn ta’ operazzjoni għal PDA.

Jekk anurija jew oligurija li tidher iseħħu wara l-ewwel jew it-tieni doża, id-doża li jmiss m’għandhiex tingħata sakemm il-kwantità tal-awrina terġa’ tiġi għal-livelli normali.


Metodu ta’ kif għandu jingħata:

Pedea għandu jingħata bħala infużjoni qasira fuq 15-il minuta, preferibbilment mhux dilwita. Sabiex jiġi faċilitat l-għoti tista’ tintuża pompa ta’ l-infużjoni.

Jekk ikun hemm bżonn, il-volum ta’ l-injezzjoni jista’ jiġi mibdul jew b’soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) ta’ sodium chloride għall-injezzjoni jew soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5%) ta’ glukożju għall-injezzjoni.

Kull fdal tal-prodott li ma jiġix użat għandu jintrema.

Għandu jitqies il-volum ta’ fluwidu kollu li jingħata kuljum fil-volum kollu ta’ soluzzjoni injettatat fi trabi mwielda qabel iż-żmien. Għandu ġeneralment jingħata volum massimu ta’ 80 ml/kg/jum fl-

ewwel jum ta’ ħajja; dan għandu jiżdied b’mod progressiv fil-ġimgħa jew ġimgħatejn ta’ wara (madwar 20 ml/kg piż ta’ twelid /jum) sa volum massimu ta’ 180 ml/kg piż ta’ twelid/jum.

Inkompatibilitajiet


Chlorhexidine m’għandux jintuża biex jiddiżinfetta l-għonq tal-kunjett billi hu mhuwiex kompatibbli mas-soluzzjoni ta’ Pedea. Għalhekk, għal asepsi tal-kunjett qabel l-użu, huwa rakkomandat l-użu ta’ ethanol 60% jew isopropyl alcohol 70%.

Meta l-għonq tal-kunjett jiġi ddiżinfettat b’antisettiku, sabiex tiġi evitata kull interazzjoni mas-

soluzzjoni ta’ Pedea, il-kunjett irid ikun nixef kompletament qabel ma jinfetaħ.


Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) ta’ sodium chloride soluzzjoni għall-injezzjoni jew 50 mg/ml (5%) soluzzjoni ta’ glukożju.


Sabiex ma jkunx hemm bidla sostanzjali fil-pH minħabba l-preżenza ta’ prodotti mediċinali aċidużi li jistgħu jibqgħu fil-pajp ta’ l-infużjoni, dan ta’ l-aħħar irid jiġi mlaħlaħ qabel u wara l-għoti ta’ Pedea b’1.5 sa 2 ml ta’ soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) ta’ sodium chloride għall-injezzjoni jew 50 mg/ml (5%) soluzzjoni ta’ glukożju.