Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Atripla
efavirenz, emtricitabine, tenofovir disoproxil

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Atripla 600 mg/200 mg/245 mg pilloli miksija b’rita

Efavirenz/emtricitabine/tenofovir disoproxil


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Jekk tara kwalunkwe sinjal ta’ raxx sever bl-infafet jew deni, ieqaf milli tieħu Atripla u għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk kellek raxx waqt it-teħid ta’ NNRTI ieħor, tista’ tkun f’riskju akbar li jkollok raxx b’Atripla.



Problemi fl-għadam (jidhru bħala wġigħ persistenti jew li qed jiggrava fl-għadam u li xi kultant jirriżultaw fi ksur) jistgħu jseħħu wkoll minħabba ħsara liċ-ċelloli tubuli tal-kliewi (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ fl- għadam jew ksur.


Tenofovir disoproxil (komponent ta’ Atripla) jista’ jikkawża wkoll telf tal-massa tal- għadam. B’mod globali, l-effetti ta’ tenofovir disoproxil fuq is-saħħa tal-għadam fit-tul u r-riskju ta’ ksur fil-futur f’pazjenti adulti huma inċerti. Għid lit-tabib tiegħek jekk huwa magħruf li tbati minn osteoporożi. Pazjenti bl-osteoporożi għandhom riskju akbar ta’ ksur.


Tfal u adolexxenti


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

- Tagħtix Atripla lil tfal u adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena. L-użu ta’ Atripla fit-tfal u l- adoloxxenti għadu ma ġiex studjat.


Mediċini oħra u Atripla


M’għandekx tieħu Atripla ma’ ċerti mediċini. Dawn huma elenkati taħt Tiħux Atripla, fil-bidu ta’ sezzjoni 2. Dawn jinkludu xi mediċini komuni u xi preparazzjonijiet tal-ħxejjex (inkluża St. John’s wort) li tista’ tikkaġuna interazzjonijiet serji.


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


Barra minn hekk, Atripla m’għandhiex tittieħed ma’ kwalunkwe mediċini oħra li fihom efavirenz (ħlief jekk rakkomandati mit-tabib tiegħek), emtricitabine, tenofovir disoproxil, tenofovir alafenamide, lamivudine jew adefovir dipivoxil.


Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi mediċini oħra li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi tiegħek. Xi eżempji jinkludu:

posaconazole. Atripla tista’ tnaqqas l-ammont ta’ itraconazole jew posaconazole fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jagħtik antifungali differenti.

- Mediċini użati biex jittrattaw il-malarja: Atovaquone/proguanil jew artemether/lumefantrine.

Atripla tista’ tnaqqas l-ammont ta’ atovaquone/proguanil jew artemether/lumefantrine fid-demm

tiegħek.

- Bupropion, mediċina użata biex tittratta d-depressjoni jew biex tgħinek tieqaf tpejjep, għax it-

tabib tiegħek jista’ jkun jeħtieġ li jbiddillek id-doża ta’ bupropion.


Tqala u treddigħ


Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


In-nisa m’għandhomx joħorġu tqal waqt it-trattament b’Atripla u għal 12-il ġimgħa minn dakinhar ’il quddiem. It-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel test tat-tqala biex jassigura li m’intix tqila qabel tibda trattament b’Atripla.


Jekk tista’ tinqabad tqila waqt li tkun qed tirċievi Atripla, jeħtieġ li tuża forma sikura ta’ kontraċezzjoni tat-tip barriera (per eżempju, kondom) flimkien ma’ metodi oħra ta’ kontraċezzjoni li jinkludu orali (il-pillola) jew kontraċettivi ormonali oħra (per eżempju, impjanti, injezzjoni). Efavirenz, wieħed mill-komponenti attivi ta’ Atripla, jista’ jibqa’ f’demmek għal xi żmien wara li titwaqqaf it-terapija. Għaldaqstant, inti għandek tibqa’ tuża miżuri kontraċettivi, bħal ta’ hawn fuq, għal 12-il ġimgħa wara li tieqaf tieħu Atripla.


Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk inti tqila jew għandek l-intenzjoni li toħroġ tqila. Jekk inti tqila, għandek tieħu Atripla biss jekk inti u t-tabib tiegħek tiddeċiedu li hemm bżonn ċar.


Difetti serji tat-twelid dehru f’feti ta’ annimali u trabi ta’ nisa ttrattati b’efavirenz matul it-tqala. Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Jekk ħadt Atripla waqt it-tqala, it-tabib jista’ jagħmillek testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommhom ħadet NRTIs waqt

it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien ikbar mir-riskju tal-effetti sekondarji.


Treddax matul trattament b’Atripla. Kemm l-HIV kif ukoll is-sustanzi ta’ Atripla jistgħu jgħaddu minn ġol-ħalib tas-sider u jikkaġunaw ħsara serja lit-tarbija tiegħek.


Sewqan u tħaddim ta’ magni


Atripla tista’ tikkaġuna sturdament, konċentrazzjoni mxekkla u ħedla. Jekk tkun affettwat, issuqx u m’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni.


Atripla fih sodium


Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  1. Kif għandek tieħu Atripla


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija:

    Pillola meħuda kuljum mill-ħalq. Atripla għandha tittieħed fuq stonku vojt (definit komunament bħala

    siegħa qabel jew sagħtejn wara l-ikel) preferibbilment fil-ħin tal-irqad. Dan jista’ jagħmel xi effetti sekondarji (per eżempju, sturdament, ħedla) anqas ta’ inkwiet. Ibla’ Atripla sħiħa mal-ilma.


    Atripla għandha tittieħed kuljum.

    Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li jwaqqaf wieħed mill-komponenti ta’ Atripla, tista’ tingħata efavirenz, emtricitabine u/jew tenofovir disoproxil separatament jew ma’ mediċini oħra għat- trattament tal-infezzjoni tal-HIV tiegħek.


    Jekk tieħu Atripla aktar milli suppost


    Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda ta’ Atripla, tista’ tkun f’riskju miżjud li jkollok effetti sekondarji possibbli b’din il-mediċina (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew lill-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-flixkun tal-pilloli miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.


    Jekk tinsa tieħu Atripla


    Huwa importanti li ma taqbiżx doża ta’ Atripla.


    Jekk taqbeż doża ta’ Atripla fi żmien 12-il siegħa minn meta teħodha s-soltu, ħudha malli tkun tista’, imbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari tagħha.


    Jekk ikun kważi wasal il-ħin (anqas minn 12-il siegħa) għad-doża li jmissek, tiħux id-doża li tkun qbiżt. Stenna u ħu d-doża li jmiss fil-ħin regolari. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tirremetti l-pillola (inqas minn siegħa wara li tkun ħadt Atripla), għandek tieħu pillola oħra. Toqgħodx tistenna sakemm isir il-ħin għad-doża li jmiss. M’hemmx bżonn li tieħu pillola oħra jekk tirremetti iktar minn siegħa wara li tkun ħadt Atripla.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk tieqaf tieħu Atripla


    Tiqafx tieħu Atripla mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. It-twaqqif ta’ Atripla jista’ jaffettwa serjament ir-reazzjoni tiegħek għal trattament futur. Jekk titwaqqaf Atripla, kellem lit-tabib tiegħek qabel terġa’ tibda tieħu l-pilloli Atripla. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jagħtik il-komponenti ta’ Atripla separatament jekk qed ikollok problemi jew teħtieġ li d-doża tiegħek tiġi aġġustata.


    Meta l-provvista tiegħek ta’ Atripla tibda tonqos, ġib aktar mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan huwa importanti ħafna minħabba li l-ammont tal-virus jista’ jibda jiżdied jekk il-mediċina tiġi mwaqqfa anke jekk għal żmien qasir. Il-virus imbagħad jista’ jsir aktar diffiċli biex jiġi ttrattat.


    Jekk għandek infezzjoni kemm bl-HIV kif ukoll bl-epatite B, huwa speċjalment importanti li ma twaqqafx it-trattament b’Atripla mingħajr ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek. Xi pazjenti kellhom testijiet tad-demm jew sintomi li jindikaw li l-epatite tagħhom marret għall-agħar wara li waqqfu emtricitabine jew tenofovir disoproxil (tnejn mit-tliet komponenti ta’Atripla). Jekk Atripla titwaqqaf it-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda li tkompli t-trattament tal-epatite B. Jista’ jkollok bżonn testijiet tad-demm biex jiġi ċċekkjat kif qed jaħdem il-fwied tiegħek għal 4 xhur wara t-twaqqif tat-trattament. F’xi pazjenti b’mard avvanzat tal-fwied jew ċirrożi, it-twaqqif tat-trattament mhuwiex rakkomandat għax dan jista’ jwassal li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar, li jista’ jkun ta’ theddid għall-ħajja.


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih dwar sintomi ġodda jew mhux tas-soltu wara li twaqqaf it- trattament, partikolarment sintomi li tassoċja ma’ infezzjoni tal-epatite B.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il- bidliet.

    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji possibbli: għid lit-tabib tiegħek minnufih


    • Aċidożi lattika (aċidu lattiku eċċessiv fid-demm) hi effett sekondarju rari (jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 1,000 pazjent) iżda serju li jista’ jkun fatali. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jkunu sinjali ta’ aċidożi lattika:

      • nifs qawwi mgħaġġel

      • tħeddil

      • tħossok imdardar (tqalligħ), tibda tirremetti (rimettar) u uġigħ fl-istonku


        Jekk taħseb li għandek aċidożi lattika, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. Effetti sekondarji serji possibbli oħrajn

        L-effetti sekondarji li ġejjin huma mhux komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent):


        • reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet serji tal-ġilda (sindromu ta’ Stevens-Johnson, eritema multiformi, ara sezzjoni 2)

        • nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien jew gerżuma

        • imġiba rrabjata, ideat suwiċidali, ħsibijiet strambi, paranojja, ma tistax taħseb sewwa, burdata li tkun affettwata, tara jew tisma’ affarijiet li ma jkunux veru hemm (alluċinazzjonijiet), attentati ta’ suwiċidju, tibdil fil-personalità (psikożi), katatonja (kundizzjoni fejn il-pazjent ma jkunx jista’ jiċċaqlaq jew jitkellem għal perjodu ta’ żmien).

          Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        • uġigħ fl-addome (stonku), ikkaġunat minn infjammazzjoni tal-frixa

        • tinsa, konfużjoni, aċċessjonijiet, diskors li ma jiftiehemx, rogħda (tertir)

        • ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-addome (stonku) ikkaġunat minn infjammazzjoni tal-fwied

        • ħsara lit-tubuli tal-kliewi


          Effetti sekondarji psikjatriċi flimkien ma’ dawk elenkati hawn fuq jinkludu delużjonijiet (twemmin falz), newrożi. Xi pazjenti kkommettew suwiċidju. Dawn il-problemi għandhom tendenza li jseħħu aktar spiss f’dawk li għandhom storja ta’ mard mentali. Dejjem informa lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok dawn is-sintomi.


          Effetti sekondarji tal-fwied: Jekk int ukoll infettat bil-virus tal-epatite B, tista’ tħoss li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar wara t-twaqqif tat-trattament (ara sezzjoni 3).


          L-effetti sekondarji li ġejjin huma rari (dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjent):


        • insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew għal trapjant tal-fwied. Il-biċċa l- kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda kien hemm xi ftit rapporti f’pazjenti li ma kellhom l-ebda mard eżistenti tal-fwied.

        • infjammazzjoni tal-kilwa, tgħaddi ħafna awrina u tħossok bil-għatx

        • uġigħ fid-dahar ikkaġunat minn problemi tal-kliewi, inkluż insuffiċjenza tal-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jagħmel testijiet tad-demm biex jara jekk il-kliewi tiegħek humiex qed jaħdmu sewwa.

        • irtubija tal-għadam (b’uġigħ fl-għadam u li xi kultant jirriżulta fi ksur) li tista’ sseħħ minħabba ħsara liċ-ċelluli tat-tubuli tal-kliewi

        • fwied li jkun fih ix-xaħam


          Jekk taħseb li għandek kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji, kellem lit- tabib tiegħek.

          L-iktar effetti sekondarji frekwenti


          L-effetti sekondarji li ġejjin huma komuni ħafna (dawn jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 pazjenti):


        • sturdament, uġigħ ta’ ras, dijarea, dardir (nawsja), rimettar

        • raxxijiet (inklużi tikek ħomor jew dbabar xi kultant bi nfafet u nefħa tal-ġilda), li jistgħu jkunu reazzjonijiet allerġiċi

        • tħossok dgħajjef


          It-testijiet jistgħu juru wkoll:

        • tnaqqis fil-livelli tal-fosfat fid-demm

        • livelli miżjuda ta’ creatine kinase fid-demm li jistgħu jirriżultaw f’uġigħ u dgħjufija fil-muskoli


          Effetti sekondarji oħrajn possibbli


          L-effetti sekondarji li ġejjin huma komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti):


        • reazzjonijiet allerġiċi

        • disturbi tal-koordinazzjoni u tal-bilanċ

        • tħossok ansjuż jew depress

        • diffikultà fl-irqad, holm anormali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, ħedla

        • uġigħ, uġigħ fl-istonku

        • problemi bid-diġestjoni li jirriżultaw fi dwejjaq wara l-ikel, tħossok minfuħ, gass (flatulenza)

        • telf ta’ aptit

        • għeja

          Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

        • ħakk

        • tibdil fil-kulur tal-ġilda inkluż swidija tal-ġilda fi rqajja’ ta’ spiss jibdew fuq l-idejn u l-qigħan tas-saqajn


          It-testijiet jistgħu juru wkoll:

        • għadd baxx ta’ ċelloli bojod tad-demm (għadd imnaqqas ta’ ċelloli bojod tad-demm jista’ jagħmlek suxxettibbli għall-infezzjoni)

        • problemi bil-fwied u l-frixa

        • aċidi grassi (trigliċeridi), bilirubina jew livelli ta’ zokkor fid-demm miżjuda


          L-effetti sekondarji li ġejjin huma mhux komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent):


        • kollass tal-muskoli, uġigħ jew dgħjufija fil-muskoli

        • anemija (għadd taċ-ċelloli ħomor tad-demm baxx)

        • sensazzjoni ta’ tidwir jew tmejjil (vertiġni), tisfir, żanżin jew ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

        • vista mċajpra

        • tertir ta’ bard

        • tkabbir tas-sider fl-irġiel

        • tnaqqis fl-aptit sesswali

        • fwawar

        • ħalq xott

        • żieda fl-aptit


          It-testijiet jistgħu juru wkoll:

        • tnaqqis fil-potassju fid-demm

        • żidiet fil-krejatinina fid-demm

        • proteini fl-awrina

        • żieda fil-kolesterol fid-demm

          Il-kollass tal-muskoli, l-irtubija tal-għadam (b’uġigħ fl-għadam u li xi kultant jirriżulta fi ksur), uġigħ fil-muskoli, dgħjufija fil-muskoli u tnaqqis fil-potassju jew fosfat fid-demm jistgħu jseħħu minħabba ħsara liċ-ċelluli tubuli tal-kliewi.


          L-effetti sekondarji li ġejjin huma rari (dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 pazjenti):


        • raxx u ħakk fil-ġilda kkaġunat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx


        Rappurtar tal-effetti sekondarji


        Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonalimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen Atripla


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara {JIS}. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Żomm il-flixkun magħluq sewwa.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Atripla


Kif jidher Atripla u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli Atripla miksijin b’rita huma pilloli roża, f’għamla ta’ kapsula, migrufa fuq naħa waħda bin- numru “123” u sempliċi fuq in-naħa l-oħra. Atripla tiġi fi fliexken ta’ 30 pillola (b’qartas tas-silika ġel li għandu jitħalla fil-flixkun biex jipproteġi aħjar il-pilloli tiegħek). Id-dessikant silika ġel jinstab f’qartas separat u m’għandux jinbela’.


Id-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin huma disponibbli: kartun ta’ barra li fihom 1 flixkun ta’ 30 pillola miksija b’rita u kartun ta’ barra li fihom 90 (3 fliexken ta’ 30) pillola miksija b’rita. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq: Gilead Sciences Ireland UC

Carrigtohill

County Cork, T45 DP77 L-Irlanda


Il-Manifattur:

Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business & Technology Park

Carrigtohill County Cork L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Gilead Sciences Belgium SRL-BV Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Lietuva

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0) 22 262 8702


България

Gilead Sciences Ireland UC Тел.: + 353 (0) 1 686 1888

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences Belgium SRL-BV Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50


Česká republika

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Gilead Sciences s.r.o.

Tel: + 420 (0) 910 871 986

Magyarország

Gilead Sciences Ireland UC Теl.: + 353 (0) 1 686 1888


Danmark

Gilead Sciences Sweden AB Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Malta

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 1 686 1888


Deutschland

Gilead Sciences GmbH Tel: + 49 (0) 89 899890-0

Nederland

Gilead Sciences Netherlands B.V. Tel: + 31 (0) 20 718 36 98


Eesti

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0) 22 262 8702

Norge

Gilead Sciences Sweden AB

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849


Ελλάδα

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ. Τηλ: + 30 210 8930 100

Österreich

Gilead Sciences GesmbH Tel: + 43 1 260 830


España

Gilead Sciences, S.L. Tel: + 34 91 378 98 30

Polska

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o. Tel: + 48 22 262 8702


France

Gilead Sciences

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Portugal

Gilead Sciences, Lda.

Tel: + 351 21 7928790

Hrvatska

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 353 (0) 1 686 1888

România

Gilead Sciences Ireland UC Теl.: + 353 (0) 1 686 1888


Ireland

Gilead Sciences Ireland UC

Tel: + 353 (0) 214 825 999

Slovenija

Gilead Sciences Ireland UC Теl.: + 353 (0) 1 686 1888


Ísland

Gilead Sciences Sweden AB Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Slovenská republika

Gilead Sciences Slovakia s.r.o. Tel: + 421 (0) 232 121 210


Italia

Gilead Sciences S.r.l.

Tel: + 39 02 439201

Suomi/Finland

Gilead Sciences Sweden AB

Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849


Κύπρος

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ. Τηλ: + 30 210 8930 100

Sverige

Gilead Sciences Sweden AB Tel: + 46 (0) 8 5057 1849


Latvija

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0) 22 262 8702

United Kingdom (Northern Ireland)

Gilead Sciences Ireland UC Tel: + 44 (0) 8000 113 700


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

u.