Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Synjardy
empagliflozin, metformin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Synjardy 5 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita Synjardy 5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita Synjardy 12.5 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita Synjardy 12.5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita empagliflozin/metformin hydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Synjardy u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Synjardy

  3. Kif għandek tieħu Synjardy

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Synjardy

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Synjardy u għalxiex jintuża X’inhu Synjardy

    Synjardy fih żewġ sustanzi attivi empagliflozin u metformin. Kull waħda tagħmel parti minn grupp ta’

    mediċini msejħa “antidijabetiċi orali”. Dawn huma mediċini li jittieħdu mill-ħalq biex jittrattaw id- dijabete tat-tip 2.


    X’inhi d-dijabete tat-tip 2?

    Id-dijabete tat-tip 2 hija marda li tiġi kemm mill-ġeni tiegħek kif ukoll mill-istil ta’ ħajja tiegħek. Jekk

    ikollok id-dijabete tat-tip 2, il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek, u ġismek ma jkunx kapaċi juża l-insulina tiegħu b’mod effettiv. Dan iwassal għal livelli għolja ta’ glucose fid-demm tiegħek li jistgħu jwasslu għal problemi mediċi bħal problemi marbuta mal-qalb, mard tal-kliewi, tagħma, u ċirkolazzjoni batuta f’dirgħajk u riġlejk.


    Kif jaħdem Synjardy

    Empagliflozin jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri tal-kotrasportatur 2 tas-sodium u

    l-glucose (SGLT2 - sodium glucose co-transporter-2). Jaħdem billi jimblokka l-proteina SGLT2 fil- kliewi tiegħek. Dan jikkawża li z-zokkor fid-demm (glucose) jitneħħa fl-awrina tiegħek. Metformin jaħdem b’mod differenti biex ibaxxi l-livelli taż-zokkor fid-demm, l-aktar billi jimblokka

    l-produzzjoni tal-glucose fil-fwied.


    B’hekk Synjardy ibaxxi l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Din il-mediċina tista’ tgħin ukoll biex tipprevjeni mard tal-qalb.

    Għalxiex jintuża Synjardy

    • Synjardy jingħata flimkien mad-dieta u l-eżerċizzju biex jikkura pazjenti adulti b’dijabete ta’ tip 2 (18-il sena u aktar) li ma tistax tiġi kkontrollata biż-żieda ta' metformin waħdu jew metformin ma' mediċini oħra-- għad-dijabete.


    • Synjardy jista’ jintuża wkoll ma’ mediċini oħra għat-trattament tad-dijabete. Dawn jistgħu jkunu mediċini li jittieħdu mill-ħalq jew li jittieħdu b'injezzjoni bħall-insulina.


    • Barra minn hekk, Synjardy jista' jintuża bħala alternattiva għal empagliflozin u metformin li jittieħdu bħala pilloli individwali.-- Sabiex tevita doża eċċessiva, tibqax tieħu l-pilloli ta’ empagliflozin u metformin separatament, jekk inti qed tieħu din il-mediċina.


      Huwa importanti li tibqa' għaddej bil-pjan tad-dieta u l-eżerċizzju tiegħek kif qallek tagħmel it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Synjardy Tiħux Synjardy

    • jekk inti allerġiku għal empagliflozin, metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6);

    • jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli ħafna fid-demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’

      aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ’korpi ta’ ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika.

      Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu;

    • jekk kellek prekoma dijabetika;

    • jekk għandek problemi serji bil-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jillimita d-doża tiegħek ta’ kuljum jew jitolbok biex tieħu mediċina differenti (ara wkoll sezzjoni 3, ‘Kif għandek tieħu Synjardy’).

    • jekk għandek infezzjoni severa bħal infezzjoni li taffettwa l-pulmun jew is-sistema tal-bronki tiegħek jew il-kliewi tiegħek. Infezzjonijiet severi jistgħu jwasslu għal problemi tal-kliewi, li jistgħu jpoġġuk f’riskju ta’ aċidożi lattika (ara “Twissijiet u prekawzjonijiet”);

    • jekk tlift ħafna ilma minn ġismek (deidratazzjoni), eż. minħabba dijarea li damet għal żmien twil jew severa, jew jekk irrimettejt ħafna drabi wara xulxin. Id-deidrazzjoni tista’ twassal għal problemi tal-kliewi li jistgħu jpoġġuk f’riskju ta’ aċidożi lattika (ara “Twissijiet u prekawzjonijiet”);

    • jekk qed tingħata kura għal insuffiċjenza tal-qalb akuta jew reċentement kellek attakk tal-qalb, għandek problemi serji biċ-ċirkolazzjoni, bħal kollass jew diffikultajiet tieħu nifs. Dan jista’ jwassal għal nuqqas tal-provvista ta’ ossiġnu lit-tessuti li jista’ jpoġġik f’riskju ta’ aċidożi lattika (ara “Twissijiet u prekawzjonijiet”);

    • jekk kellem problemi bil-fwied;

    • jekk tixrob ammonti kbar ta’ alkoħol, jew kuljum jew inkella kultant (ara s-sezzjoni “Synjardy mal-alkoħol”).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Riskju ta’ aċidożi lattika

      Synjardy jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal- qalb sever u akut).


      Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

      Waqqaf it-teħid ta’ Synjardy għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.


      Waqqaf it-teħid ta’ Synjardy u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma. Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

    • rimettar

    • uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

    • bugħawwieġ fil-muskoli

    • sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

    • diffikultà biex tieħu n-nifs

    • temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa


      Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.


      Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina, u matul il-kura:

    • jekk tesperjenza telf malajr fil-piż, tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx, uġigħ fl-istonku, ikollok ħafna għatx, in-nifs ikun mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, ngħas u għeja mhux tas- soltu,in-nifs jinxtamm ħelu, togħma ħelwa jew metallika f'ħalqek jew riħa differenti tal-awrina jew l-għaraq, ikkuntattja tabib jew l-eqreb sptar minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidosi dijabetika” – problema rari iżda serja, kultant ta’ periklu għall-ħajja li tista’ tiżviluppa bid-dijabete minħabba ż-żieda fil-livelli ta’ “korpi ketoniċi” fl-awrina jew fid-demm tiegħek, li jidhru fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa ketoaċidosi dijabetika jista’ jiżdied b’sawm fit-tul, konsum eċċessiv ta’ alkoħol, deidratazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew bżonn ikbar ta’ insulina minħabba kirurġija maġġuri jew mard serju.

    • jekk għandek “dijabete tat-tip 1” – dan it-tip ġeneralment jibda meta tkun għadek żgħir/a u

      l-ġisem tiegħek ma jipproduċix insulina. Synjardy m’għandux jintuża biex jittratta pazjenti bid- dijabete tat-tip 1;

    • jista’ jkollok riskju ta’ deidratazzjoni, pereżempju:

      • jekk qed tirremetti, għandek dijarea jew deni, jew jekk ma tistax tiekol jew tixrob

      • jekk qed tieħu mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina [dijuretiċi] jew ibaxxu l-

        pressjoni tad-demm

      • jekk għandek aktar minn 75 sena

        Is-sinjali possibbli huma elenkati fis-sezzjoni 4 taħt ‘deidratazzjoni’. It-tabib tiegħek jista’

        jitolbok biex tieqaf tieħu Synjardy sakemm tirkupra biex tevita telf ta’ ħafna fluwidu mill- ġisem. Staqsi dwar modi kif tipprevjeni deidratazzjoni.

    • jekk għandek 85 sena jew aktar m’għandekx tibda tieħu Synjardy minħabba esperjenza terapewtika limitata.

    • jekk ikollox xi infezzjoni serji tal-kliewi jew tal-passaġġ urinarju bid-deni. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieqaf tieħu Synjardy sakemm tirkupra;

    • jekk għandek bżonn tagħmel eżami b’sustanzi ta’ kuntrast tal-jodinazzjoni (bħal X-ray jew skan). Aktar informazzjoni tingħata hawn taħt fis-sezzjoni “Mediċini oħra u Synjardy”.


      Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa taħlita ta’ sintomi ta’ wġigħ, sensittività, ħmura, jew nefħa tal-ġenitali jew taż-żona bejn il-ġenitali u l-anus flimkien ma’ deni jew sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ infezzjoni rari iżda serja jew saħansitra ta’ periklu għall-ħajja, msejħa faxxite nekrotika tal-perinew jew kankrena ta’ Fournier li teqred it- tessut ta’ taħt il-ġilda. Il-kankrena ta’ Fournier trid tiġi ttrattata immedjatament.


      Kirurġija

      Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Synjardy matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda it-trattament tiegħek b’Synjardy mill-ġdid.

      Funzjoni tal-kliewi

      Waqt it-trattament b’Synjardy, it-tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur

      għall-agħar.


      Kura tas-saqajn

      Bħal fil-każ tal-pazjenti dijabetiċi kollha, huwa importanti li tiċċekkja saqajk regolarment u li taderixxi ma’ kull parir ieħor dwar il-kura tas-saqajn mogħti mill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek.


      Glukosju fl-urina

      Minħabba l-mod ta' kif taħdem din il-mediċina, l-urina tiegħek ser tirriżulta pożittiva għaz-zokkor waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Tfal u adolexxenti

      Din il-mediċina mhijiex rakkomandata għall-użu fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena għax ma ġietx studjata f’dawn il-pazjenti.


      Mediċini oħra u Synjardy

      Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Synjardy qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Synjardy mill- ġdid.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Synjardy. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

    • mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi), bħal Synjardy jistgħu jżidu r-riskju li titlef wisq fluwidu. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieqaf tieħu Synjardy. Sinjali possibbli li tkun qed titlef ħafna fluwidu mill-ġisem tiegħek huma elenkati f'sezzjoni 4.

    • mediċini oħra li jnaqqsu l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek bħall-insulina jew mediċina ta’ tip “sulphonylurea”. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid inaqqas id-doża ta' dawn

      il-mediċini l-oħra, sabiex jevita li jkollok livelli ta' zokkor fid-demm baxxi wisq (ipogliċemija).

    • mediċini li jistgħu jibdlu l-ammont ta’ metformin fid-demm tiegħek, speċjalment jekk għandek funzjoni tal-kliewi mnaqqsa (bħal verapamil, rifampicin, cimetidine, dolutegravir, ranolazine, trimethoprime, vandetanib, isavuconazole, crizotinib, olaparib).

    • bronkodilaturi (agonisti ta’ beta-2) li jintużaw biex jikkuraw l-ażżma.

    • kortikosterojdi (li jittieħdu mill-ħalq, bħala injezzjoni, jew man-nifs), li jintużaw biex jikkuraw l-infjammazzjoni f’mard bħall-ażżma u l-artrite.

    • mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX-2, bħal ibuprofen u celecoxib)

    • ċerti mediċini għat-trattament ta’ pressjoni għolja (inibituri ta’ ACE u antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II)

    • mediċini li fihom l-alkoħol (ara s-sezzjoni “Synjardy mal-alkoħol”).

    • aġenti tal-kuntrast jodinati (mediċini li jintużaw matul X-ray, ara sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”.

    • jekk qed tieħu l-lithium għax Synjardy jista’ jnaqqas l-ammont ta’ lithium fid-demm tiegħek.


      Synjardy mal-alkoħol

      Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu Synjardy peress li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

      tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Tużax Synjardy jekk inti tqila. Mhux magħruf jekk din il-mediċina tikkaġunax ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx.


      Metformin jgħaddi fil-ħalib tas-sider tal-bniedem f’ammonti żgħar. Mhux magħruf jekk empagliflozin jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Tużax Synjardy jekk qed tredda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Synjardy għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


      Li tieħu Synjardy flimkien ma’ mediċini msejħa sulphonylureas jew mal-insulina jista’ jikkawża livelli ta’ zokkor fid-demm baxxi wisq (ipogliċemija), li jistgħu joħloqu sintomi bħal rogħda, għaraq u bidla fil-vista, u jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni. M’għandekx issuq jew tuża għodod jew makkinarju, jekk tħossok stordut/a waqt li qed tieħu Synjardy.


  3. Kif għandek tieħu Synjardy


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    Id-doża ta' Synjardy tvarja skont il-kundizzjoni tiegħek u d-dożi ta' mediċini għad-dijabete li qed tieħu.

    It-tabib tiegħek se jaġġusta d-doża tiegħek skont il-bżonn u jgħidlek eżattament liema doża trid tieħu tal-mediċina.


    Id-doża rrakkomandata hija pillola waħda darbtejn kuljum. It-tabib tiegħek normalment se jibda

    t-trattament b'Synjardy billi jippreskrivi d-doża tal-pillola li tagħtik l-istess doża ta'----- metformin li qed tieħu diġà (850 mg jew 1,000 mg darbtejn kuljum), u d-doża l-aktar baxxa ta' empagliflozin (5 mg

    darbtejn kuljum). Jekk inti diġà qed tieħu ż-żewġ mediċini separatament, it--tabib tiegħek se jibda

    t-trattament b'pilloli ta' Synjardy li jagħtuk l-istess ammont tat-tnejn li huma. Jekk għandek funzjoni tal-kliewi mnaqqsa, it-tabib tiegħek jista’ jippreskrivi doża aktar baxxa jew jista’ jiddeċiedi li juża

    mediċina alternattiva.


    Meta tieħu din il-mediċina

    • Ibla’ l-pillola sħiħa mal-ilma.

    • Ħu l-pilloli mal-ikel sabiex tnaqqas il-possibbiltà li tiddardar.

    • Ħu l-pillola darbtejn kuljum mill-ħalq.


      It-tabib tiegħek jista’ jagħtik riċetta għal Synjardy flimkien ma’ mediċina oħra kontra d-dijabete. Ftakar biex tieħu l-mediċini kollha kif indikat mit-tabib tiegħek biex tikseb l-aħjar riżultati għas-saħħa tiegħek. It-tabib tiegħek jista' jkollu bżonn jaġġusta d-doża sabiex jikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek.


      Dieta xierqa u eżerċizzju jgħinu lil ġisem tiegħek juża z-zokkor aħjar. Huwa importanti li tibqa’ fuq programm ta’ dieta u eżerċizzju kif rakkomandat mit-tabib tiegħek waqt li qed tieħu Synjardy.


      Jekk tieħu Synjardy aktar milli suppost

      Jekk tieħu pilloli ta’ Synjardy aktar milli suppost, jista’ jkollok aċidożi lattika. Is-sintomi ta’ aċidożi

      lattika m’ humiex speċifiċi bħal tħossok ma tiflaħx ħafna, rimettar, uġigħ fl-istonku b’bugħawwieġ, tħossok ġeneralment ħażin u għajjien ħafna, u jkollok diffikultà tieħu nifs. Sintomi oħrajn huma tnaqqis fit-temperatura tal-ġisem u fit-taħbit tal-qalb. Jekk tħossok hekk, jista’ jkollok bżonn kura l-isptar immedjata, għaliex l-aċidożi lattika tista’ twassal għal koma. Waqqaf din il-mediċina immedjatament u kkuntattja lil tabib jew l-eqreb sptar minnufih (ara sezzjoni 2). Ħu l-pakkett tal-mediċina miegħek.

      Jekk tinsa tieħu Synjardy

      Jekk taqbeż doża, ħu Synjardy hekk kif tiftakar. Jekk ma tiftakarx sad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li ma ħadtx u kompli bl-iskeda regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja ta’ din il-mediċina.


      Jekk tieqaf tieħu Synjardy

      Tiqafx tieħu Synjardy qabel ma titkellem mat-tabib tiegħek l-ewwel. Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jiżdiedu meta tieqaf tieħu Synjardy.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ikkuntattja tabib jew l-eqreb sptar minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji:


    Reazzjoni allerġika severa, osservata bi frekwenza mhux komuni (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100 persuna)

    Is-sinjali possibbli ta’ reazzjoni allerġika severa jistgħu jinkludu:

    • nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fil-ħalq, fl-ilsien, jew fil-gerżuma li tista’ twassal għal diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’)


      Aċidożi lattika, li tidher b’mod rari ħafna (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 persuna)

      Synjardy jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-

      sezzjoni 2). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Synjardy u tikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.


      Ketoaċidosi dijabetika, li tfeġġ rarament (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

      Dawn huma s-sinjali ta' ketoaċidosi dijabetika (ara sezzjoni 2):

    • żieda fil-livelli ta’ “korpi ketaċoniċi” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

    • telf malajr fil-piż

    • tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx

    • uġigħ fl-istonku

    • ikollok ħafna għatx

    • in-nifs ikun mgħaġġel u fil-fond

    • konfużjoni

    • ngħas jew għeja mhux tas-soltu

    • in-nifs jinxtamm ħelu, togħma ħelwa jew metallika f'ħalqek jew riħa differenti tal-awrina jew l- għaraq.


      Dan jista' jseħħ irrispettivament mil-livell ta' glukożju fid-demm. It-tabib tiegħek jista' jiddeċiedi li jwaqqaf temporanjament jew b'mod permanenti l-kura tiegħek b'Synjardy.

      Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tinduna l-effetti sekondarji li ġejjin:


      Livell ta’ zokkor fid-demm baxx (ipogliċemija), li ġie osservat b'mod komuni ħafna, jista’ jaffettwa iktar minn persuna 1 f'10).

      Jekk tieħu Synjardy ma’ mediċina oħra li tista’ tikkaġuna livell baxx ta’ zokkor fid-demm, bħal

      sulphonylurea jew insulina, ir-riskju li jkollok zokkor fid-demm baxx hu ogħla. Is-sinjali livell ta’ zokkor fid-demm baxx jistgħu jinkludu:

    • rogħda, għaraq, tħossok anzjuż jew konfuż, qalb tħabbat bil-qawwi.

    • ġuħ kbir, uġigħ ta' ras


      It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif għandek tittratta l-livelli ta' zokkor fid-demm baxx u x'għandek tagħmel jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali t'hawn fuq. Jekk ikollok xi sintomi ta’ livell ta’ zokkor

      fid-demm baxx, kul pilloli tal-glukosju, bukkun b'ammont għoli ta' zokkor jew ixrob xi meraq tal-frott. Kejjel iz-zokkor fid-demm jekk possibbli u strieħ.


      Infezzjoni tal-passaġġ urinarju, li ġie osservat komunement (li tista' taffettwa sa persuna 1 f'10)

      Is-sinjali ta' infezzjonijiet tal-passaġġ urinarju huma:

    • sensazzjoni ta' ħruq meta tgħaddi l-urina

    • urina li tidher mċajpra

    • uġigħ fil-pelvi, jew uġigħ f'nofs id-dahar (meta l-kliewi jkunu infettati)


      Ħtieġa urġenti biex tagħmel l-awrina jew tagħmel l-awrina b’mod aktar frekwenti jistgħu jkunu dovuti għall-mod kif Synjardy jaħdem, iżda jistgħu jkunu wkoll sintomi ta’ infezzjoni tal-passaġġ urinarju, għalhekk jekk tinduna b’żieda f’sintomi bħal dawn, għandek tikkuntattja wkoll lit-tabib tiegħek.


      Deidratazzjoni, li ġiet osservata b'mod mhux komuni (li tista' taffettwa sa persuna 1 f'100)

      Is-sinjali ta' deidratazzjoni mhumiex speċifiċi, iżda jistgħu jinkludu:

    • għatx mhux tas-soltu

    • rasek fl-arja jew stordament malli tqum bilwieqfa

    • ħass ħażin jew tintilef minn sensik


      Effetti sekondarji oħra waqt li qed tieħu Synjardy:

      Komuni ħafna

    • tħossok ma tiflaħx (nawseja), rimettar

    • dijarea jew uġigħ fl-istonku

    • nuqqas ta’ aptit


      Komuni

    • infezzjoni ġenitali kkawżata minn fungi (traxx)

    • tgħaddi aktar urina mis-soltu jew teħtieġ li tgħaddi aktar urina mis-soltu

    • ħakk

    • raxx jew ġilda ħamra - dan jista’ jkun bil-ħakk u jinkludi ħotob ibbuzzati, tnixxija ta’ fluwidu jew infafet

    • bidliet fil-mod kif ittiegħem l-affarijiet-

    • għatx

    • testijiet tad-demm jistgħu juru żieda fil-livelli ta’ xaħam fid-demm (kolesterol) fid-demm tiegħek

    • stitikezza


      Mhux komuni

    • urtikarja

    • titqanżah jew uġigħ biex tbattal il-bużżieqa tal-awrina

    • it-testijiet tad-demm jistgħu juru tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (krejatinina jew ureja)

    • testijiet tad-demm jistgħu juru żidiet fl-ammont ta’ ċelloli tad-demm ħomor fid-demm tiegħek (ematokrit)

      Rari

    • fasciitis nekrotika tal-perineum jew kankrena ta' Fournier, infezzjoni serja tat-tessut artab tal- ġenitali jew taż-żona bejn il-ġenitali u l-anus


      Rari ħafna

    • tnaqqis fil-livelli ta’ vitamina B12 fid-demm

    • anormalitajiet fit-testijiet tal-funzjoni tal-fwied, infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

    • ħmura fil-ġilda (eritema)

    • infjammazzjoni tal-kliewi (nefrite tubulointerstizjali)


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarju possibbli li mhumiex elenkat f’dan il-fuljett.Tista’ wkoll tirrapporta effetti

    sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’

    din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Synjardy


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-folja u fuq il-kaxxa tal-kartun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tużax din il-mediċina jekk il-pakkett ikun fih il-ħsara jew juri sinjali ta’ tbagħbis.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Synjardy

Is-sustanzi attivi huma empagliflozin u metformin.

Kull Synjardy 5 mg/850 mg pillola miksija b’rita fiha 5 mg empagliflozin u 850 mg metformin hydrochloride.

Kull Synjardy 5 mg/1,000 mg pillola miksija b’rita fiha 5 mg empagliflozin u 1,000 mg metformin

hydrochloride.

Kull Synjardy 12.5 mg/850 mg pillola miksija b’rita fiha 12.5 mg empagliflozin u 850 mg metformin hydrochloride.

Kull Synjardy 12.5 mg/1,000 mg pillola miksija b’rita fiha 12.5 mg empagliflozin u

1,000 mg metformin hydrochloride.


Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:

Synjardy 5 mg/850 mg u Synjardy 5 mg/1,000 mg pilloli fihom ukoll iron oxide yellow (E172). Synjardy 12.5 mg/850 mg u Synjardy 12.5 mg/1,000 mg pilloli fihom ukoll iron oxide black

(E172) u iron oxide red (E172).

Kif jidher Synjardy u l-kontenut tal-pakkett

Synjardy 5 mg/850 mg pilloli miksijin b’ritahuma ovali, ta’ lewn abjad fl-isfar, mżaqqa fuq żewġ naħat. Għandhom “S5” u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim fuq naħa waħda u “850” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola hija 19.2 mm twila u għandha wisa’ ta’ 9.4 mm.

Synjardy 5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita huma ovali, ta’ lewn isfar fil-kannella, mżaqqa fuq żewġ naħat. Għandhom “S5” u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim fuq naħa waħda u “1000” fuq in-naħa

l-oħra. Il-pillola hija 21.1 mm twila u għandha wisa’ ta’ 9.7 mm.

Synjardy 12.5 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita huma ovali, ta’ lewn abjad fir-roża, mżaqqa' fuq żewġ naħat. Għandhom “S12” u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim fuq naħa waħda u “850” fuq in-naħa

l-oħra. Il-pillola hija 19.2 mm twila u għandha wisa’ ta’ 9.4 mm.

Synjardy 12.5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita huma ovali, ta’ lewn vjola fil-kannella, mżaqqa' fuq żewġ naħat Għandhom “S12” u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim fuq naħa waħda u “1000” fuq in-naħa l-oħra. Il-pillola hija 21.1 mm twila u għandha wisa’ ta’ 9.7 mm.


Il-pilloli huma disponibbli f’folji perforati b’doża waħda tal-PVC/PVDC/aluminju. Id-daqsijiet tal-pakkett huma ta’ 10 x 1, 14 x 1, 30 x 1, 56 x 1, 60 x 1,90 x 1, u 100 x 1 pillola miksija b’rita u

pakketti multipli li fihom 120 (2 pakketti ta’ 60 x 1), 180 (2 pakketti ta’ 90 x 1) u 200 (2 pakketti ta’

100 x 1) pillola miksija b’rita.


Jista' jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Strasse 173

55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja


Manifattur

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co.KG

Binger Strasse 173

55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja


Boehringer Ingelheim Hellas Single Member S.A. 5th km Paiania – Markopoulo

Koropi Attiki, 19441 Il-Greċja


image

Patheon France

40 boulevard de Champaret Bourgoin Jallieu, 38300

image

Franza


image

Boehringer Ingelheim France 100-104 Avenue de France 75013 Paris

Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

Tél/Tel: +32 2 773 33 11

Lietuva

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Lietuvos filialas

Tel.: +370 5 2595942


България

Бьорингер Ингелхайм РЦВ ГмбХ и Ко КГ -

клон България

Тел: +359 2 958 79 98

Luxembourg/Luxemburg

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

Tél/Tel: +32 2 773 33 11


Česká republika

Boehringer Ingelheim spol. s r.o.

Tel: +420 234 655 111

Magyarország

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Magyarországi Fióktelepe Tel: +36 1 299 89 00


Danmark

Boehringer Ingelheim Danmark A/S

Tlf: +45 39 15 88 88

Malta

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.

Tel: +353 1 295 9620


Deutschland

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Tel: +49 (0) 800 77 90 900


Lilly Deutschland GmbH Tel. +49 (0) 6172 273 2222

Nederland

Boehringer Ingelheim b.v. Tel: +31 (0) 800 22 55 889


Eesti

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Eesti filiaal

Tel: +372 612 8000

Norge

Boehringer Ingelheim Norway KS Tlf: +47 66 76 13 00


Ελλάδα

Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Österreich

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Tel: +43 1 80 105-7870


España

Boehringer Ingelheim España S.A.

Tel: +34 93 404 51 00


Lilly S.A.

Tel: +34 91 663 50 00

Polska

Boehringer Ingelheim Sp. z.o.o.

Tel.: +48 22 699 0 699


France

Boehringer Ingelheim France S.A.S.

Tél: +33 3 26 50 45 33


Lilly France SAS

Tél: +33 1 55 49 34 34

Portugal

Boehringer Ingelheim Portugal, Lda.

Tel: +351 21 313 53 00


Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: +351 21 412 66 00


Hrvatska

Boehringer Ingelheim Zagreb d.o.o.

Tel: +385 1 2444 600

România

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Viena - Sucursala Bucureşti Tel: +40 21 302 28 00

Ireland

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620


Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: +353 1 661 4377

Slovenija

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Podružnica Ljubljana

Tel: +386 1 586 40 00


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG organizačná zložka

Tel: +421 2 5810 1211


Italia

Boehringer Ingelheim Italia S.p.A. Tel: +39 02 5355 1


Eli Lilly Italia S.p.A. Tel: +39 055 42571

Suomi/Finland

Boehringer Ingelheim Finland Ky Puh/Tel: +358 10 3102 800


Κύπρος

Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Sverige

Boehringer Ingelheim AB Tel: +46 8 721 21 00


Latvija

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Latvijas filiāle

Tel: +371 67 240 011

United Kingdom (Northern Ireland)

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.

Tel: +353 1 295 9620


Eli Lilly and Company (Ireland) Limited Tel: +353 1 661 4377


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.


.