Paġna ewlenija Paġna ewlenija

MabCampath
alemtuzumab

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


MabCampath 10 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Alemtuzumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  1. KIF TAĦŻEN MABCAMPATH


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Tużax MabCampath wara d-data ta’ skadenza (JIS) li tidher fuq il-kartuna ta' barra u t-tikketta ta' l- ampulla. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2 C-8C). Tagħmlux fil-friża.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa' mid-dawl.


    MabCampath għandu jintuża fi żmien 8 sigħat wara d-dilwizzjoni. Matul dak il-ħin, is-soluzzjoni tista’ tinħażen f’temperatura ta’ 15°C-30°C jew jitpoġġa fi friġġ.

    Tużax MabCampath jekk tinnota kwalunkwe sinjali ta’ frak jew tibdil fil-kulur qabel l-għoti. Il-mediċini m'għandhomx jintremew ma' l-ilma tad-dranaġġ jew ma' l-iskart domestiku. Il-

    professjonist fil-qasam tas-saħħa tiegħek se jarmi mediċini li m'għandekx bżonn. Dawn il-miżuri

    jgħinu għall-protezzjoni ta' l-ambjent.


  2. AKTAR TAGĦRIF X'fih MabCampath

Is-sustanza attiva hi alemtuzumab.

1ml fih 10 mg ta’ alemtuzumab. Kull ampulla fiha 30 mg ta’ alemtuzumab.


Is-sustanzi l-oħra huma disodium edetate, polysorbate 80, potassium chloride, potassium dihydrogen phosphate, sodium chloride, dibasic sodium phosphate u ilma għall-injezzjonijiet.


Id-Dehra ta' MabCampath u l-kontenuti tal-pakkett


MabCampath huwa konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni disponibbli f’ampulla tal-ħġieġ. Kull pakkett ta' MabCampath fih 3 ampulli.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


Genzyme Europe BV, Gooimeer 10, 1411 DD Naarden, l-Olanda

Il-Manifattur:


Genzyme Ltd., 37 Hollands Road, Haverhill, Suffolk CB9 8PU, Ir-Renju Unit Genzyme Ireland Ltd., IDA Industrial Park, Old Kilmeaden Road, Waterford, L-Irlanda Bayer Schering Pharma AG, Müllerstrasse 178, D-13342 Berlin, Il-Ġermanja.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien/ Luxemburg/ Luxembourg Genzyme Belgium N.V., Tél/Tel: + 32 2 714 17 11

Italia/Malta

Genzyme Srl (Italia/Italja), Tel: +39 059 349 811


България

Джензайм ЕООД Тел. +359 2 971 1001

Magyarország

Genzyme Europe B.V. Képviselet Tel: +36 1 310 7440


Česká Republika/Slovenská Republika/ Slovenija

Genzyme Czech s.r.o. Tel: +420 221 722 511

Nederland

Genzyme Europe B.V., Tel: +31 35 699 1200


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Danmark/Norge/Sverige/Suomi/Finland/ Ísland

Genzyme A/S, (Danmark/Tanska/Danmörk), Tlf/Puh./Sími: + 45 32712600

Österreich

Genzyme Austria GmbH, Tel: + 43 1 774 65 38


Deutschland Genzyme GmbH, Tel: +49 610236740

Polska/Eesti/Latvija/Lietuva Genzyme Polska Sp. z o.o. (Poola/Polija/Lenkija),

Tel: + 48 22 246 0900


Ελλάδα/Κύπρος

Genzyme Hellas Ltd. (Ελλάδα)

Τηλ: +30 210 99 49 270

Portugal

Genzyme Portugal S.A. Tel: +351 21 422 0100


España

sanofi-aventis, S.A. Tel: +34 93 485 94 00

România

Genzyme Biopharma SRL Tel: +40 212 43 42 28


France

Genzyme S.A.S,

Tél: + 33 (0) 825 825 863

United Kingdom/Ireland Genzyme Therapeutics Ltd. (United Kingdom),

Tel: +44 1865 405200


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


It-tagħrif li jmiss huwa maħsub għall-professjonisti fil-qasam mediku biss:


Skond it-tolerabiltà waqt l-ewwel ġimgħa, 3 mg ta’ MabCampath jingħata f’Ġurnata 1, wara 10 mg f’Ġurnata 2 u wara 30 mg f’Ġurnata 3. MabCampath se jingħata f’dożi ta’ 30 mg tliet darbiet fil- ġimgħa, ġurnata iva u oħra le, sa 12-il ġimgħa.


Il-kontenut tal-ampulla għandu jiġi spezzjonat għal frak żgħir u għal kull tibdil fil-kulur qabel ma jingħata. Jekk hemm xi frak jew is-soluzzjoni hija kulurita, l-ampulla m'għandiex tintuża.


MabCampath ma fihx preservattivi kontra l-mikrobi, u għalhekk huwa rrakkomandat li MabCampath jiġi ppreparat għall-infużjoni fil-vini permezz ta’ teknika asettika u li s-soluzzjoni għall-infużjoni tiġi mogħtija fi żmien 8 siegħat wara l-preparazzjoni u mħarsa mid-dawl. L-ammont meħtieġ tal-kontenut ta’ l-ampulla għandu jiġi miżjud ma’ 100 ml ta’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride

9 mg/ml (0.9%) jew ta’ glucose (5%), permezz ta’ filtru sterili ta’ 5 µm, li mhux tal-fibra u li ma tantx jorbot proteini. Il-borża għandha tiġi maqluba bil-mod ta’ taħt fuq sabiex titħallat is-soluzzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni sabiex tiġi żgurata l-isterilità tas-soluzzjoni ppreparata peress li ma fiha l- ebda preservattiv kontra l-mikrobi.


Prodotti mediċinali oħra m'għandhomx jiġu miżjuda mas-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ MabCampath u m’għandhomx jiġu infużi fl-istess waqt mill-istess pajp għal ġol-vina.


Għandu jkun hemm kawtela waqt l-immaniġġjar u l-preparazzjoni tas-soluzzjoni ta’ MabCampath. Huwa rrakkomandat l-użu ta’ ingwanti tal-latex u nuċċalijiet tas-sigurtà sabiex jiġi evitat esponiment f’każ ta’ ksur ta’ l-ampulla jew tixrid aċċidentali ieħor. Nisa li huma tqal jew li qed jippruvaw joħorġu tqal m’għandhomx jimmanniġġjaw MabCampath.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Għandhom jiġu osservati proċeduri xierqa għall-immaniġġjar u r-rimi. Kull tixrid jew materjal ta' skart għandu jintrema permezz ta' inċinerazzjoni.