Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Zoledronic acid Teva
zoledronic acid

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Zoledronic acid Teva 4 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

zoledronic acid


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Mediċini oħra li wkoll fihom zoledronic acid u li jintużaw biex jikkuraw l-osteoporożi u mard ieħor tal-għadam li mhux kanċer, jew kwalunkwe bisfosfonat ieħor, minħabba li l-effetti kkombinati ta’ dawn il-mediċini meħuda flimkien ma’ Zoledronic Acid Teva mhumiex magħrufa.

– Mediċini għal kontra t-tkattir mill-ġdid tal-provvista ta’ demm(użati biex jittrattaw il-kanċer), minħabba li l-użu tagħhom flimkien ma’ zoledronic acid kien assoċjat ma’ riskju ogħla ta’

osteonekrożi tax-xedaq (ONJ).


Tqala u treddigħ

M’għandekx tingħata Zoledronic acid Teva jekk ħriġt tqila. Avża lit-tabib tiegħek jekk ħriġt tqila, jew

taħseb li tista’ tkun ħriġt tqila.


M’għandekx tingħata Zoledronic acid Teva jekk qed tredda’.


Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew meta tkun qed tredda’.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kien hemm każijiet rari ħafna ta’ ħedla u ngħas bl-użu ta’ zoledronic acid. Għalhekk għandek toqgħod

attent meta tkun qed issuq, tħaddem magni jew tagħmel xi attivitajiet oħra li jeħtieġu attenzjoni sħiħa.

Zoledronic acid Teva fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kunjett, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  1. Kif għandu jingħata Zoledronic acid Teva


    • Zoledronic acid għandu jingħata biss minn professjonisti fil-kura tas-saħħa mħarrġa fl-għoti ta’ bisfosfonati ġol-vini, jiġifieri minn vina.

    • It-tabib tiegħek se jirrakkomandalek biex qabel kull darba li tingħata l-kura inti tixrob biżżejjed ilma sabiex tilqa’ kontra d-deidratazzjoni.

    • Segwi sew l-istruzzjonijiet l-oħra kollha li jingħatawlek mit-tabib, mill-ispiżjar jew.mill- infermier tiegħek


    Kemm jingħata Zoledronic acid Teva

    • Id-doża waħda tas-soltu mogħtija hija ta’ 4 mg.

    • Jekk għandek problema tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jagħtik doża aktar baxxa skont il-gravità tal-problema fil-kliewi.


      Kemm spiss jingħata Zoledronic acid Teva

    • Jekk qed tiġi kkurat għall-prevenzjoni ta’ kumplikatazzjonijiet fl-għadam minħabba l-metastasi

      fl-għadam, inti tingħata infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Teva kull tlieta sa erba’ ġimgħat.

    • Jekk qed tiġi kkurat sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ kalċju fid-demm tiegħek, normalment tingħata biss infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Teva.


      Kif jingħata Zoledronic acid Teva

    • Zoledronic acid Teva jingħata bħala dripp (infużjoni) ġo vina li mill-anqas għandu jdum 15-

    il minuta u għandu jingħata bħala soluzzjoni waħda minn ġol-vina f’linja ta’ infużjoni separata.


    Dawk il-pazjenti li l-livelli ta’ calcium fid-demm għandhom mhumiex għoljin wisq għandhom jingħataw ukoll supplimenti ta’ calcium u vitamina D biex jittieħdu kuljum.


    Jekk tingħata Zoledronic acid Teva aktar milli suppost

    Jekk ingħatajt dożi aktar għoljin minn dawk rakkomandati għandek tinżamm taħt osservazzjoni b’attenzjoni mit-tabib tiegħek. Dan għaliex tista’ tiżviluppa anormalitajiet tal-elettroliti fis-serum (eż.

    livelli anormali ta’ calcium, phosphorous u magnesium) u/jew bidliet fil-funzjoni tal-kliewi, inkluża insuffiċjenza severa tal-kliewi. Jekk il-livell tal-calcium tiegħek jaqa’ baxx wisq, jista’ jkollok bżonn tingħata suppliment tal-calcium permezz ta’ infużjoni.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawk l-effetti l-aktar komuni ta’ spiss ikunu ħfief u probabli jgħebu wara żmien qasir.

    Kellem lit-tabib tiegħek minnufih rigward kwalunkwe effett sekondarju fost dawn li ġejjin: Komuni(tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10 persuni):

    Indeboliment sever tal-kliewi (li normalment jiġi stabbilit mit-tabib tiegħek permezz ta’ ċerti testijiet speċifiċi tad-demm).

    • Livell baxx ta’ kalċju fid-demm.


      Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100 persuna):

    • Uġigħ fil-ħalq, fis-snien u/jew fix-xedaq, nefħa jew selħiet li ma jfiqux fil-ħalq jew fix-xedaq, tnixxija, tnemnin jew sensazzjoni ta’ toqol fix-xedaq, jew iċ-ċaqliq ta’ xi sinna. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fix-xedaq (osteonekrożi). Kellem lit-tabib jew lid-dentist

      tiegħek minnufih jekk tħoss sintomi bħal dawn waqt li qed tiġi kkurat b’Zoledronic Acid Teva jew wara li twaqqaf il-kura.

    • Ritmu irregolari tal-qalb (fibrillazzjoni tal-atrija) deher f’pazjenti li kienu qegħdin jingħataw zoledronic acid għall-osteoporożi ta’ wara l-menopawża. Fil-preżent għadu m’huwiex magħruf jekk zoledronic acid jikkawżawx dan ir-ritmu irregolari tal-qalb iżda għandek tirrapporta lit- tabib tiegħek jekk tħoss sintomi bħal dawn wara li tkun ingħatajt zoledronic acid.

    • Reazzjonijiet avversi severi: qtugħ ta’ nifs, nefħa l-aktar fil-wiċċ u l-griżmejn.


      Rari (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000):

    • Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi tal-kalċju: taħbit irregolari tal-qalb (arritmija tal-qalb; kawża ta’ ipokalċimija).

    • Disturb fil-funzjoni tal-kliewi msejjaħ sindrome Fanconi (normalment se jkun determinat mit- tabib tiegħek permezz ta’ ċerti testijiet tal-awrina).


      Rari ħafna (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 persuni):

      • Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi tal-kalċju: aċċessjonijiet, titrix u tetanja (kawża ta’

        ipokalċimija).

      • Kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ fil-widna, tnixxija mill-widna, u/jew infezzjoni fil- widna. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fil-widna.

      • B’mod rari ħafna osteonekrożi kienet osservata li sseħħ ukoll f’għadam ieħor minbarra x-xedaq, speċjalment fil-ġenbejn jew fil-koxxa. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sintomi bħal bidu ġdid jew aggravar ta’ weġgħat, uġigħ jew ebusija waqt li tkun qed tiġi ttrattat b’Zoledronic

        Acid Teva jew wara li twaqqaf it-trattament.

        Avża lit-tabib tiegħek dwar xi waħda minn dawn l-effetti l-oħra mill-aktar fis possibli: Komuni ħafna (tista’ taffettwa iktar minn persuna waħda kull 10 persuni):

    • Livell baxx ta’ phosphate fid-demm.


    Komuni(tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10 persuni):

    Uġigħ ta’ ras u sindrome bħal tal-influwenza b’deni, għeja, debbulizza, ngħas, tkexkix ta’ bard u uġigħ

    fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli. F’ħafna każijiet ma jkunx hemm bżonn kura speċifika għal dawn is-sintomi għax jitilqu fi żmien qasir (wara ftit sigħat jew ġranet).Reazzjonijiet gastrointestinali

    bħal dardir u remettar kif ukoll nuqqas ta’ aptit.

    • Livell baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija).

    • Konġuntivitè

    • Uġigħ sever fl-għadam, ġogi u/jew fil-muskoli, minn daqqiet li jinkapaċitak


    Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100 persuna):

    • Reazzjonijiet ta’ sensittiità eċċessiva.

    • Pressjoni baxxa.

    • Uġigħ fis-sider.

    • Reazzjonijiet fil-ġilda (ħmura u nefħa) fis-sit tal-infużjoni, raxx, ħakk.

    • Pressjoni għolja, qtugħ ta’ nifs, sturdament, ansjetà, disturb fl-irqad, disturbi fit-togħma, rogħda, tingiż jew titrix fl-idejn jew fis-saqajn, dijarea, stitikezza, uġigħ addominali, ħalq xott.

    • Għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm u ta’ plejtlits tad-demm.

    • Livell baxx ta’ magnesium u potassium fid-demm. It-tabib tiegħek se jissorvelja dan u se jieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa.

    • Żieda fil-piż.

    • Żieda fil-ħruġ ta’ għaraq.

    • Ngħas.

    • Vista mċajpra, dmugħ fl-għajnejn, sensittività tal-għajnejn għad-dawl,

    • Kesħa f’daqqa li twassal għal ħass ħażin, timxi mzappap jew kollass.

    • Diffikultà fit-teħid tan-nifs bi tħarħir jew sogħla.

    • Urtikarja.

      Rari (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000 persuna):

    • Qalb tħabbat bil-mod.

    • Konfużjoni.

    • B’mod rari jista’ jseħħ ksur mhux tas-soltu tal-għadam tal-koxxa b’mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jieħdu kura għall-osteoporożigħal tul ta’ żmien. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tħoss uġigħ, dgħufija jew skomdu fil-koxxa, fil-ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa minħabba li dan jista’ jkun sinjal bikri li jista’ jkun hemm ksur fl-għadma tal-koxxa.

    • Mard tal-pulmun interstizjali (infjammazzjoni tat-tessut madwar il-boroż tal-arja tal-pulmuni).

    • Sintomi jixbħu lill-influwenza inkluż artrite u nefħa fil-ġogi

    • Ħmura b’uġigħ u/jew nefħa fl-għajnejn


    Rari ħafna (tista' taffettwa sa persuna 1 minn 10,000 persuna):

    • Ħass ħażin minħabba pressjoni baxxa.

    • Uġigħ sever fl-għadam, ġogi u/jew fil-muskoli, minn daqqiet li jinkapaċitak


    Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

    sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Zoledronic acid Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-kunjett wara

    EXP.

    Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Din il-mediċina ma teħtieġx l-ebda kondizzjoni speċjali ta’ ħażna.

    Wara d-dilwizzjoni, huwa preferibbli li l-mediċina dilwita tintuża minnufih. Jekk is-soluzzjoni ma tintużax minnufih, iż-żminijiet ta’ ħażna u kondizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabilità tal-utent. Il-ħin totali bejn dilwazzjoni, ħażna fil-friġġ f’temperatura ta’ 2°C – 8°C u t-tmiem tal-għoti m’għandux jaqbeż 24 siegħa.

    Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi frak jew tibdil fil-kulur fis-soluzzjoni.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku.Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża.Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Zoledronic acid Teva

Għal użu ta’ darba biss. Kwalunkwe soluzzjoni li ma tintużax għandha tintrema. Soluzzjoni ċara biss mingħajr frak u tibdil fil-kulur għandha tintuża. Wieħed għandu jsegwi t-tekniki asettiċi waqt it-tħejjija tal-infużjoni.