Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Capecitabine Medac
capecitabine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Capecitabine medac 150 mg pilloli miksijin b’rita Capecitabine medac 500 mg pilloli miksijin b’rita capecitabine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Capecitabine medac ma’ ikel u xorb

Għandek tieħu Capecitabine medac mhux aktar tard minn 30 minuta wara l-ikel.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir

tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tieħu Capecitabine medac

jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila.

M’għandekx tredda’ jekk qed tieħdu Capecitabine medac u għal ġimagħtejn wara l-aħħar doża. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt it-trattament

b’Capecitabine medac u għal 6 xhur wara l-aħħar doża.

Jekk inti pazjent raġel u s-sieħba tiegħek tista’ toħroġ tqila, għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt

it-trattament b’Capecitabine medac u għal 3 xhur wara l-aħħar doża.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Capecitabine medac jista’ jġiegħlek tħossok sturdut, imqalla’ jew għajjien. Għalhekk huwa possibbli li

Capecitabine medac jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


Capecitabine medac fih lactose

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


Capecitabine medac fih sodium

Din il- mediċina fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola miksija b’rita, jiġifieri

essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  1. Kif għandek tieħu Capecitabine medac


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Capecitabine medac għandu jiġi preskritt biss minn tabib b’esperjenza fl-użu ta’ mediċini kontra l- kanċer.


    It-tabib tiegħek se jippreskrivilek doża u kors ta’ trattament li huwa adattat għalik. Id-doża ta’ Capecitabine medac hija bbażata fuq l-erje tas-superfiċje tal-ġisem tiegħek. Din tiġi kkalkulata mit-tul u l-piż tiegħek. Id-doża tas-soltu għall-adulti hija ta’ 1,250 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem meħuda darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija). Żewġ eżempji huma pprovuti hawnhekk: persuna li għandha piż tal-ġisem ta’ 64 kg u tul ta’ 1.64 m għandha erja tas-superfiċje tal-ġisem ta’ 1.7 m² u għandha tieħu 4 pilloli ta’ 500 mg u pillola ta’ 150 mg darbtejn kuljum. Persuna li għandha piż tal- ġisem ta’ 80 kg u tul ta’ 1.80 m għandha erja tas-superfiċje tal-ġisem ta’ 2.00 m² u għandha tieħu

    5 pilloli ta’ 500 mg darbtejn kuljum.


    It-tabib tiegħek jgħidlek x’doża għandek bżonn tieħu, meta trid teħodha u għal kemm għandek bżonn teħodha.


    It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tieħu taħlita ta’ pilloli ta’ 150 mg u ta’ 500 mg għal kull doża.

    • Ħu l-pilloli filgħodu u filgħaxija kif preskritt mit-tabib tiegħek.

    • Ħu l-pilloli fi żmien 30 minuta wara li tispiċċa l-ikel (kolazzjon u ikla ta’ filgħaxija) u iblaħhom sħaħ mal-ilma. Tfarrakx u taqsamx il-pilloli. Jekk ma tistax tibla’ l-pilloli Capecitabine medac sħaħ, għid lill-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek.

    • Huwa importanti li tieħu l-mediċina kollha tiegħek kif preskritt mit-tabib tiegħek.

    Normalment, pilloli Capecitabine medac jittieħdu għal 14-il ġurnata segwit minn perjodu ta’ waqfien ta’ sebat ijiem (fejn ma jittieħdux pilloli). Dan il-perjodu ta’ 21 ġurnata huwa ċiklu wieħed ta’ trattament.


    F’taħlita ma’ mediċini oħra id-doża tas-soltu għall-aduti tista’ tkun inqas minn 1,250 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem, u jista’ jkollok bżonn tieħu l-pilloli fuq perjodu ta’ ħin differenti (e.ż. kujum, mingħajr perjodu ta’ waqfien).


    Jekk tieħu Capecitabine medac aktar milli suppost

    Jekk tieħu aktar Capecitabine medac milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli

    qabel tieħu d-doża li jmiss.

    Jista’ jkollok l-effetti sekondarji li ġejjin jekk tieħu ħafna aktar capecitabine milli suppost, tħossok jew tkun imdardar, dijarea, infjammazzjoni jew ulċerazzjoni tal-imsaren jew tal-ħalq, uġigħ jew fsada mill-

    intestin jew mill-istonku, jew depressjoni tal-mudullun (tnaqqis f’ċerti tipi ta’ ċelloli tad-demm). Għid

    lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk tħoss xi wieħed minn dawn is-sintomi.


    Jekk tinsa tieħu Capecitabine medac

    Tiħux id-doża li nsejt tieħu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt

    tieħu. Minflok, kompli ħu d-dożi regolari tiegħek skont l-iskeda u ħu l-parir tat-tabib tiegħek.


    Jekk tieqaf tieħu Capecitabine medac

    M’hemm l-ebda effetti sekondarji kkawżati minn waqfien tat-trattament b’Capecitabine. F’każ li inti

    qed tuża antikoagulanti coumarin (li fihom pereżempju phenprocoumon), il-waqfien ta’ capecitabine jista’ jirrekjiedi li t-tabib tiegħek ibiddel id-doża tal-antikoagulanti tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    WAQQAF it-teħid ta’ Capecitabine medac minnufih u ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk iseħħ xi wieħed minn dawn is-sintomi:

    • Dijarea: jekk ikollok żieda ta’ 4 episodji jew aktar ta’ purgar meta mqabbel mal-ippurgar normali tiegħek ta’ kuljum jew kwalunkwe dijarea matul il-lejl.

    • Rimettar: jekk tirremetti aktar minn darba f’perijodu ta’ 24 siegħa.

    • Tqalligħ: jekk titlef l-aptit tiegħek, u l-ammont ta’ ikel li tiekol kuljum huwa ħafna inqas minn

      dak tas-soltu.

    • Stomatite: jekk ikollok uġigħ, ħmura, nefħa jew ulċeri f’ħalqek u/jew fi griżmejk.

    • Reazzjoni tal-ġilda tal-idejn u tas-saqajn: jekk ikollok uġigħ, nefħa, ħmura jew tingiż fl-idejn u/jew fis-saqajn.

    • Deni: jekk ikollok temperatura ta’ 38 °C jew iżjed.

    • Infezzjoni: jekk ikollok sinjali ta’ infezzjoni kkawżati minn batterja jew virus, jew organiżmi oħra.

    • Uġigħ fis-sider: jekk ikollok uġigħ lokalizzat fiċ-ċentru tas-sider, speċjalement jekk dan iseħħ

      waqt eżerċizzju.

    • Sindrome ta’ Stevens-Johnson: jekk ikollok raxx juġgħa ta’ lewn aħmar jew jagħti fil-vjola li jinfirex u nfafet u/jew leżjonijiet oħra jibdew jidhru fil-membrani mukużi (eż. ħalq u xufftejn),

      b’mod partikolari jekk qabel kellek sensittività għad-dawl, infezzjonijiet tas-sistema respiratorju

      (eż. bronkite) u/jew deni.

    • Anġjoedema: fittex attenzjoni medika minnufih jekk tinnota xi wieħed mis-sintomi li ġejjin - jista' jkollok bżonn trattament mediku urġenti: nefħa l-aktar tal-wiċċ, tax-xufftejn, tal-ilsien jew tal-gerżuma li tagħmilha diffiċli biex tibla' jew tieħu n-nifs, ħakk u raxx. Dan jista’ jkun sinjal ta’ anġjoedema.

    Jekk tilqagħlhom kmieni, dawn l-effetti sekondarji s-soltu jitjiebu fi żmien jumejn sa tlett ijiem wara t- twaqqif tat-trattament. Madankollu, jekk dawn l-effetti sekondarji jkomplu, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik struzzjonijiet biex terġa’ tibda t-trattament b’doża mnaqqsa.


    Jekk ikollok stomatite severa (feriti f’ħalqek u/jew fil-gerżuma), infjammazzjoni tal-mukuża, dijarea, newtropenija (riskju akbar ta’ infezzjonijiet), jew newrotossiċità matul l-ewwel ċiklu tat-trattament, tista’ tkun involuta defiċjenza ta’ DPD (jekk jogħġbok ara Sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet).


    Reazzjoni tal-ġilda tal-idejn u s-saqajn tista’ twassal għal telf tal-marki tas-swaba, li jista’ jkollu impatt fuq l-identifikazzjoni tiegħek permezz ta’ skan tal-marki tas-swaba.


    Minbarra ta’ fuq, meta Capecitabine medac jintuża waħdu, effetti sekondarji komuni ħafna li jistgħu

    jaffettwaw aktar minn persuna minn kull 10 huma:


    • uġigħ addominali

    • raxx, ġilda xotta jew ħakk tal-ġilda

    • għeja

    • telf tal-aptit (anoreksja)


      Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jsiru severi; għalhekk, huwa importanti li dejjem tikkuntattja lit- tabib tiegħek minnufih meta tibda tħoss xi effett sekondarju. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik istruzzjonijiet biex tnaqqas id-doża u/jew twaqqaf it-trattament b’Capecitabine medac temporanjament. Dan jgħin biex tnaqqas il-probabbilità li l-effett sekondarju jkompli jew isir sever.


      Effetti sekondarji oħra huma:


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm jew ta’ ċelluli ħomor tad-demm (muri fit-testijiet)

    • deidratazzjoni, telf tal-piż

    • nuqqas ta’ rqad (insomnja), depressjoni

    • uġigħ ta’ ras, ngħas, sturdament, sensazzjoni abnormali fil-ġilda (tirżiħ jew sensazzjoni

    ta’ tnemnim), tibdil fit-togħma

    • irritazzjoni fl-għajnejn, żieda fid-dmugħ, ħmura fl-għajnejn (konġuntivite)

    • infjammazzjoni tal-vini (tromboflebite)

    • qtugħ ta’ nifs, fsada mill-imnieħer, sogħla, mnieħer iqattar

    • ponot tal-irjiħat jew infezzjonijiet oħra tal-erpete

    • infezzjonijiet fil-pulmun jew fis-sistema tal-apparat respiratorju (eż. pulmonite jew bronkite)

    • fsada mill-imsaren, stitikezza, uġigħ fil-parti ta’ fuq tal-addome, indiġestjoni, gass żejjed, ħalq

      xott

    • raxx tal-ġilda, twaqqigħ ħafif tax-xagħar (alopeċja), ħmura fil-ġilda, ġilda xotta, ħakk (pruritus),

      telf ta’ kulur fil-ġilda, telf tal-ġilda, infjammazzjoni tal-ġilda, problema fid-dwiefer

    • sensazzjonijiet ta’ tirżiħ jew tingiż fil-ġilda

    • uġigħ fil-ġogi jew fid-dirgħajn u r-riġlejn (estremitajiet), fis-sider jew fid-dahar

    • deni, nefħa fid-dirgħajn u r-riġlejn, tħossok ma tiflaħx

    • problemi bil-funzjoni tal-fwied (murija fit-testijiet tad-demm) u żieda fil-bilirubina fid-demm

      (imneħħija mill-fwied)


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

    • infezzjoni tad-demm, infezzjoni tal-apparat urinarju, infezzjoni tal-ġilda, infezzjonijiet fl- imnieħer u l-gerżuma, infezzjonijiet fungali (inklużi dawk tal-ħalq), influwenza, gastroenterite, axxess fis-snien

    • għoqiedi taħt il-ġilda (lipoma)

    • tnaqqis fiċ-ċelloli tad-demm inklużi l-plejtlits, traqqiq tad-demm (murija fit-testijiet)

    • allerġija

    • dijabete, tnaqqis tal-potassju fid-demm, nutrizzjoni ħażina, żieda tat-trigliċeridi fid-demm

    • stat konfużjonali, attakki ta’ paniku, burdata depressa, tnaqqis fil-libido

    • diffikultà biex titkellem, indeboliment tal-memorja, telf tal-koordinazzjoni tal-moviment, disturb fil-bilanċ, ħass ħażin, ħsara fin-nervi (newropatija) u problemi bis-sensazzjoni

    • viżjoni mċajpra jew doppja

    • vertiġni, uġigħ fil-widnejn

    • taħbita tal-qalb irregolari u palpitazzjonijiet (arritmiji), uġigħ fis-sider u attakk tal-qalb (infart)

    • emboli ta’ demm fil-vini l-fondi, pressjoni tad-demm għolja jew baxxa, fwawar tal-menopawsa, dirgħajn u riġlejn kesħin (estremitajiet), tikek vjola fil-ġilda

    • emboli fil-vini fil-pulmun (emboliżmu pulmonari), kollass tal-pulmun, sogħla bid-demm, ażżma, qtugħ ta’ nifs mal-eżerċizzju

    • sadd fl-imsaren, akkumulazzjoni ta’ fluwidu fl-addome, infjammazzjoni tal-musrana ż-żgħira jew il-kbira, l-istonku jew l-esofagu, uġigħ fin-naħa ta’ isfel tal-addome, skumdità addominali, ħruq ta’ stonku (rifluss ta’ ikel mill-istonku), demm fl-ippurgar

    • suffejra (sfura fil-ġilda u fl-għajnejn)

    • ulċeri u nfafet fil-ġilda, reazzjoni tal-ġilda mad-dawl tax-xemx, ħmura fil-pali tal-idejn, nefħa jew uġigħ fil-wiċċ

    • nefħa jew ebusija fil-ġogi, uġigħ fl-għadam, dgħufija jew ebusija fil-muskoli

    • ġbir ta’ fluwidu fil-kliewi, żieda fil-frekwenza li wieħed jagħmel l-awrina billejl, inkontinenza, demm fl-awrina, żieda fil-kreatinina fid-demm (sinjal ta’ disfunzjoni tal-kliewi)

    • fsada mhux tas-soltu mill-vaġina

    • nefħa (edema), kesħa u tertir


      Xi wħud minn dawn l-effetti sekondarji huma aktar komuni meta capecitabine jintuża ma’ mediċini oħra għat-trattament tal-kanċer. Effetti sekondarji oħra li dehru f’din is-sitwazzjoni huma dawn li ġejjin:


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    • tnaqqis tas-sodju, manjeżju jew kalċju fid-demm, żieda taz-zokkor fid-demm

    • uġigħ fin-nervi

    • żarżir jew żanżin fil-widnejn (tinnitus), telf tas-smigħ

    • infjammazzjoni fil-vini

    • sulluzzu, tibdil fil-vuċi

    • uġigħ jew sensazzjoni mibdula/abnormali fil-ħalq, uġigħ fix-xedaq

    • għaraq, għaraq billejl

    • spażmu fil-muskoli

    • diffikultà biex tagħmel l-awrina, demm jew proteini fl-awrina

    • tbenġil jew reazzjoni fil-post tal-injezzjoni (ikkawżati minn mediċini mogħtija b’injezzjoni fl- istess ħin)


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

    • anġjodema (nefħa l-aktar tal-wiċċ, tax-xoffa, tal-ilsien jew tal-gerżuma, ħakk u raxx)

    • huma tidjiq jew imblokk tal-kanal tad-dmugħ (stenosi tal-kanal tad-dmugħ)

    • insuffiċjenza tal-fwied

    • infjammazzjoni li twassal għal disfunzjoni jew sadd fis-sekrezzjoni tal-bili (epatite kolestatika)

    • bidliet speċifiċi fl-elettrokardjogramma (titwil tal-QT)

    • ċerti tipi ta’ arritmiji (inklużi fibrillazzjoni ventrikulari, torsade de pointes, u bradikardija)

    • infjammazzjoni fl-għajnejn li tikkawża uġigħ fl-għajnejn u possibilment problemi fil-vista

    • infjammazzjoni tal-ġilda li tikkawża rqajja ħomor bil-qoxra kkawżata minn marda fis-sistema immuni


    Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000):

    • reazzjoni severa fil-ġilda bħal raxx fil-ġilda, ulċerazzjoni u nfafet li jistgħu jinvolvu ulċeri fil- ħalq, imnieħer, ġenitali, idejn, saqajn u għajnejn (għajnejn ħomor u minfuħin)

    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi

    image

    xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi

    tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’

    din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Capecitabine medac


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Capecitabine medac

Qalba tal-pillola: anhydrous lactose, croscarmellose sodium (E468), hypromellose (E464), microcrystalline cellulose (E460), magnesium stearate (E572) – ara sezzjoni 2 “Capecitabine

medac fih lactose”.


Kisja tal-pillola:

Capecitabine medac 150 mg pilloli miksija b’rita

Hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E172), red iron oxide (E 172), talc

Capecitabine medac 500 mg pilloli miksija b’rita

Hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E172), red iron oxide (E 172), talc


Kif jidher Capecitabine medac u l-kontenut tal-pakkett


Capecitabine medac 150 mg pilloli miksija b’rita

Pillola ta’ lewn isfar fl-aħmar ċar, ta’ forma oblunga, bikonvessi, imnaqqxa bin-numru ‘150’ fuq naħa

u lixxi fuq in-naħa l-oħra.


Capecitabine medac 500 mg pilloli miksija b’rita

Pillola ta’ lewn aħmar fl-isfar, ta’ forma oblunga, bikonvessi, imnaqqxa bin-numru ‘500’ fuq naħa u

lixxi fuq in-naħa l-oħra.


Capecitabine medac jiġi f’folji (Aluminju- Aluminju).

Kull pakkett fih 28, 30, 56, 60, 84, 112, jew 120 pillola miksija b’rita. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

medac

Gesellschaft für klinische Spezialpräparate mbH Theaterstr. 6

22880 Wedel Il-Ġermanja


Manifattur

Pharmacare Premium Limited,

HHF 003, Hal Far Industrial Estate,

Birzebbugia, BBG 3000,

Malta


LABORATORI FUNDACIÓ DAU

C/ C, 12-14 Pol. Ind. Zona Franca, Barcelona 08040 Barcelona

Spanja


image

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini .