Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Sirturo
bedaquiline

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


SIRTURO 20 mg pilloli

bedaquiline


image

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina, peress li fih informazzjoni importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu SIRTURO u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu SIRTURO

  3. Kif għandek tieħu SIRTURO

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen SIRTURO

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu SIRTURO u għalxiex jintuża


    SIRTURO fih is-sustanza attiva bedaquiline.

    SIRTURO huwa tip ta’ antibijotiku. L-antibijotiċi huma mediċini li joqtlu l-batterja li jikkaġunaw il-mard.

    SIRTURO jiġi użat biex jikkura t-tuberkolosi li jaffettwa l-pulmun meta l-marda tkun saret reżistenti għal antibijotiċi oħra. Dan jissejjaħ tuberkolosi pulmonari reżistenti għal diversi mediċini.

    SIRTURO għandu dejjem jittieħed flimkien ma’ mediċini oħra għal kura ta’ tuberkolosi. Huwa jintuża f’adulti u tfal (5 snin u aktar, li jiżnu mill-inqas 15-il kg).


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sirturo Tiħux SIRTURO

    • jekk inti allerġiku għal bedaquiline jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Tieħux SIRTURO jekk dan japplika għalik. Jekk m’intix żgur, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu SIRTURO.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu SIRTURO jekk:

    • kellek reġistrazzjoni tal-qalb (ECG) abnormali jew insuffiċjenza tal-qalb;

    • inti għandek storja personali jew familjari ta’ problemi tal-qalb li tissejjaħ “sindromu konġenitali ta’ QT twila”;

    • għandek il-funzjoni tat-tirojdi mnaqqsa. Dan jista’ joħroġ minn test tad-demm;

    • għandek mard tal-fwied jew tixrob alkoħol fuq bażi regolari;

    • għandek infezzjoni minn virus ta’ immunodefiċjenza umana (HIV).


      Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik (jew jekk m’intix żgur), kellem lit-tabib, l- ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel ma tieħu SIRTURO.


      Tfal u adolexxenti

      F’adolexxenti li jiżnu minn 30 sa 40 kg, il-livelli ta’ SIRTURO fid-demm kienu mbassra li se jkunu ogħla milli fl-adulti. Dan jista’ jkun assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ qari mhux normali fuq l- elettrokardjogramma (titwil tal-intervall QT) jew żieda fl-enżimi tal-fwied (murija fit-testijiet tad- demm). Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu SIRTURO.


      M’għandekx tagħti din il-mediċina lit-tfal b’età taħt il-5 snin jew li jiżnu anqas minn 15-il kg minħabba li ma ġiex studjat f’dawn il-pazjenti.


      Mediċini oħra u SIRTURO

      Mediċini oħra jistgħu jaffettwaw SIRTURO. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Li ġejjin huma eżempji ta’ mediċini pazjenti b’tuberkolosi reżistenti għal diversi mediċini jistgħu jieħdu li jistgħu jirreaġixxu ma’ SIRTURO.


      Medicina (isem tas- sustanza attiva)

      Skop tal-mediċina

      rifampicin, rifapentine, rifabutin

      sabiex jikkuraw xi infezzjonijiet bħal tuberkolosi (antimikobatterjali)

      ketoconazole, fluconazole

      sabiex jiġu kkurati infezzjonijiet tal-moffa (antifungali)

      efavirenz, etravirine,

      lopinavir/ritonavir

      sabiex jiġu kkurati infezzjonijiet ta’ HIV(impedituri mhux nukleosidi

      ta’ reverse transcriptase antiretrovirali, impedituri ta’ protease antiretrovirali)

      clofazimine

      sabiex jiġu trattati xi infezzjonijiet bħal ġdiem (antimikobatterjali)

      carbamazepine, phenytoin

      sabiex jiġu trattati aċċessjonijiet epilettiċi (antikonvulsanti)

      St. John’s wort (Hypericum

      perforatum)

      prodott magħmul minn ħxejjex li jtaffi l-ansjetà

      ciprofloxacin,

      erythromycin, clarithromycin

      Sabiex jiġu kkurati infezzjonijiet batteriċi (antibatteriċi)


      SIRTURO ma’ alkoħol

      M’għandekx tixrob alkoħol waqt li qed tieħu SIRTURO.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Għandu mnejn tħossok storduta wara li tieħu SIRTURO. Jekk jiġri dan, m’għandekx issuq jew tħaddem magni.


  3. Kif għandek tieħu SIRTURO


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    SIRTURO għandu dejjem jittieħed flimkien ma’ mediċini oħra għal kura ta’ tuberkolosi. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi liema mediċini għandek tieħu ma’ SIRTURO.

    Użu fit-tfal (5 snin u aktar u li jiżnu bejn 15-il kg u 20 kg)


    Kemm għandek tieħu

    Għandek tieħu SIRTURO għall-kors ta’ 24 ġimgħa.

    L-ewwel ġimagħtejn:

    • Ħu 160 mg darba kuljum. Minn ġimgħa 3 sa ġimgħa 24:

    • Ħu 80 mg darba kuljum għal 3 ijiem fil-ġimgħa biss.

    • Għandu jkun hemm tal-anqas 48 siegħa bejn kull darba li tieħu SIRTURO. Pereżempju, inti tista’ tieħu SIRTURO nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa kull ġimgħa minn ġimgħa 3 ’l quddiem.

      Użu fit-tfal (5 snin u aktar u li jiżnu bejn 20 kg u 30 kg) Kemm għandek tieħu

      Għandek tieħu SIRTURO għall-kors ta’ 24 ġimgħa.

      L-ewwel ġimagħtejn:

    • Ħu 200 mg darba kuljum. Minn ġimgħa 3 sa ġimgħa 24:

    • Ħu 100 mg darba kuljum għal 3 ijiem fil-ġimgħa biss.

    • Għandu jkun hemm tal-anqas 48 siegħa bejn kull darba li tieħu SIRTURO. Pereżempju, inti tista’ tieħu SIRTURO nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa kull ġimgħa minn ġimgħa 3 ’l quddiem.


      Għandu mnejn ikollok bżonn tieħu mediċini oħra għat-tuberkolosi għal aktar minn 6 xhur. Ivverifika mat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

      Użu fl-adulti u fit-tfal (5 snin u aktar u li jiżnu mill-anqas 30 kg) Kemm għandek tieħu

      Għandek tieħu SIRTURO għall-kors ta’ 24 ġimgħa.

      L-ewwel ġimagħtejn:

    • Ħu 400 mg darba kuljum. Minn ġimgħa 3 sa ġimgħa 24:

    • Ħu 200 mg darba kuljum għal 3 ijiem fil-ġimgħa biss.

    • Għandu jkun hemm tal-anqas 48 siegħa bejn kull darba li tieħu SIRTURO. Pereżempju, inti tista’ tieħu SIRTURO nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa kull ġimgħa minn ġimgħa 3 ’l quddiem.


      Kif għandek tieħu din il-mediċina

      • Dejjem għandek tieħu SIRTURO mal-ikel. L-ikel huwa importanti sabiex tikseb livelli tajbin ta’ mediċina fil-ġisem tiegħek.


        Jekk inti tista’ tibla’ l-pilloli

      • Ibla’ l-pilloli mal-ilma – il-pilloli jistgħu jittieħdu sħaħ jew maqsumin fi tnejn.


        Jekk inti ma tistax tibla’ l-pilloli

      • Jekk inti ma tkunx tista’ tibla’ l-pilloli SIRTURO, inti tista’:

        • Ħallathom mal-ilma: Ħallat sa 5 pilloli għal kull kuċċarina ilma sakemm jitħalltu kompletament.

          • Ibla’ t-taħlita minnufih, jew

          • Bħala għajnuna biex tieħu SIRTURO inti tista’ żżid mill-anqas kuċċarina waħda

            oħra ta’ ilma (jew xarba oħra) jew ikel artab u tħallat.

          • Inti tista’ tuża x-xarbiet li ġejjin biex tħallat magħhom: ilma, prodott tal-ħalib, pure tat-tuffieħ, meraq tal-larinġ, meraq tal-cranberry jew xarbiet bil-gass. Tista’ tuża l-

            ikel artab li ġej biex tħallat miegħu: jogurt, pure tat-tuffieħ, banana mgħaffġa jew poriġ.

          • Ibla’ t-taħlita minnufih.

          • Irrepeti b’aktar pilloli sakemm tkun ħadt id-doża kollha.

          • Ara li ma jibqa’ l-ebda biċċiet mill-pillola fil-kontenitur-, laħlaħ b’aktar mix-xarba

            jew bl-ikel artab tiegħek u ibla’ t-taħlita minnufih.

        • Farrak il-pilloli u ħallat mal-ikel artab: Inti tista’ tuża ikel artab bħal ma huwa jogurt, pure tat-tuffieħ, banana mgħaffġa u poriġ. Ibla’ t-taħlita minnufih. Ara li ma jibqa’ l-ebda biċċiet mill-pillola fil-kontenitur-, żid aktar ikel artab u ibla’ t-taħlita minnufih.

        • Tubu li minnu jingħata l-ikel: Il-pilloli SIRTURO 20 mg jistgħu jingħataw ukoll permezz ta’ ċerti tipi ta’ tubu li minnu jingħata l-ikel. Staqsi lill-persuna li tipprovdilek il- kura tas-saħħa għal istruzzjonijiet speċifiċi dwar kif suppost tieħu l-pilloli mill-pajp li minnu jingħata l-ikel.


          Jekk tieħu SIRTURO aktar milli suppost

          Jekk tieħu aktar SIRTURO milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Ħu pakkett tal-mediċina miegħek.


          Jekk tinsa tieħu SIRTURO Matul l-ewwel ġimagħtejn

      • Aqbeż id-doża li ma ħadtx u ħu d-doża li jmiss bħas-soltu

      • M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


        Mit-3 ġimgħa ’l quddiem

      • Ħu d-doża maqbuża kemm jista’ jkun malajr.

      • Erġa’ ibda bl-iskeda ta’ tliet darbiet f’ġimgħa.

      • Aċċerta ruħek li hemm mill-anqas 24 siegħa bejn meta tieħu d-doża maqbuża u d-doża skedata li jmiss.

      • Tiħux aktar mid-doża li ġiet ordnata lilek fil-ġimgħa f’perjodu ta’ 7 ijiem.


        Jekk ma ħadtx xi doża u m’intix żgur x’għandek tagħmel, kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


        Jekk tieqaf tieħu SIRTURO

        Tieqafx tieħu SIRTURO mingħajr ma tkellem l-ewwel it-tabib tiegħek.


        Jekk taqbeż xi dożi jew ma tlestix kors sħiħ ta’ terapija jista’:

      • jagħmel il-kura tiegħek ineffettiva u t-tuberkolosi tiegħek tista’ tmur għall-agħar; u;

      • iżżid iċ-ċans li l-batterja jsir reżistenti għall-mediċina. Dan ikun ifisser li l-marda tiegħek ma tkunx tista’ tiġi kkurata b’SIRTURO jew mediċini oħra fil-futur.


        Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’kull 10 persuni):

    • uġigħ ta’ ras

    • uġigħ fil-ġogi

    • tħossok stordut

    • tħossok jew tkun imdardar (tqalligħ jew rimettar)

      Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn 10):

    • dijarea

    • żieda fl-enzimi tal-fwied (murija fit-testijiet tad-demm)

    • muskoli jweġgħu jew teneri, mhux ikkawżat minn eżerċizzju

    • reġistrazzjoni abnormali tal-elettrokardjogramma li tissejjaħ ‘titwil ta’ QT”. Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk tistordi.


      Effetti sekondarji addizzjonali fit-tfal


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

    • żieda fl-enzimi tal-fwied (tintwera mit-testijiet tad-demm)


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar, jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

      sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi

      tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen SIRTURO


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew il-flixkun, wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-kontenitur oriġinali u żomm il-kontenitur magħluq sew sabiex tilqa’ mid-dawl u mill- umdità. Tneħħix id-desikkant (il-qartas li fih is-sustanza li tnixxef).


    Din il-mediċina tista’ tkun ta’ riskju għall-ambjent. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal- iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih SIRTURO


Kif jidher SIRTURO u l-kontenut tal-pakkett

Pillola mhux miksija minn bajda sa kważi bajda oblonga b’linja minn fejn tista’ tinqasam fuq iż-żewġ naħat, intaljata b’“2” u “0” fuq naħa waħda u mingħajr marki fuq in-naħa l-oħra.

Flixkun tal-plastik li fih 60 pillola.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse Il-Belġju


Manifattur

Janssen Pharmaceutica NV

Turnhoutseweg 30 B-2340 Beerse

Il-Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Janssen-Cilag NV Tel/Tél: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com

Lietuva

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Tel: +370 5 278 68 88

lt@its.jnj.com


България

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД Тел.: +359 2 489 94 00

jjsafety@its.jnj.com

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV Tél/Tel: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com


Česká republika Janssen-Cilag s.r.o. Tel: +420 227 012 227

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.: +36 1 884 2858

janssenhu@its.jnj.com


Danmark

Janssen-Cilag A/S Tlf: +45 4594 8282

jacdk@its.jnj.com

Malta

AM MANGION LTD Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955 955

jancil@its.jnj.com

Nederland

Janssen-Cilag B.V. Tel: +31 76 711 1111

janssen@jacnl.jnj.com


Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

ee@its.jnj.com

Norge

Janssen-Cilag AS Tlf: +47 24 12 65 00

jacno@its.jnj.com


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Tel: +43 1 610 300


España

Janssen-Cilag, S.A. Tel: +34 91 722 81 00

contacto@its.jnj.com

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 237 60 00


France

Janssen-Cilag

Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

medisource@its.jnj.com

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Tel: +351 214 368 600


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

jjsafety@JNJCR.JNJ.com

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800

Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 00

Janssen_safety_slo@its.jnj.com


Ísland

Janssen-Cilag AB c/o Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

janssen@vistor.is

Slovenská republika Johnson & Johnson, s.r.o. Tel: +421 232 408 400


Italia

Janssen-Cilag SpA

Tel: 800.688.777 / +39 02 2510 1

janssenita@its.jnj.com

Suomi/Finland

Janssen-Cilag Oy

Puh/Tel: +358 207 531 300

jacfi@its.jnj.com


Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ Τηλ: +357 22 207 700

Sverige

Janssen-Cilag AB Tfn: +46 8 626 50 00

jacse@its.jnj.com


Latvija

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

lv@its.jnj.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +44 1 494 567 444


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Din il-mediċina ngħatat ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar din il-mediċina.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi l-informazzjoni l-ġdida dwar din il-mediċina mill- anqas kull sena u ser taġġorna dan il-fuljett kif meħtieġ.