Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Naxcel
ceftiofur


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Naxcel 100 mg/ml suspensjoni għall-injezzjoni għal majjali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve

    IL-BELĠJU


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Naxcel 100 mg/ml suspensjoni għall-injezzjoni għal majjali

    ceftiofur


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru wieħed fih:


    Sustanza Attiva:

    Ceftiofur (bħala aċidu ħieles mill-kristalli) 100 mg.


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Trattament ta’ mard respiratorju minn batterji assoċjati ma’ Actinobacillus pleuropneumoniae, Pasteurella multocida, Haemophilus parasuis u Streptococcus suis.

    Trattament ta’ septisimja, poliartrite u poliserusite assoċjati ma’ infezzjoni b’ Streptococcus suis.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f'każijiet ta' ipersensittività għal Ceftiofur jew antibiotiċi oħra tat-tip beta-lactam jew għal ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Wara injezzjoni fil-muskolu, kultant jista’ jkun hemm nefħa lokaliżżata li tgħaddi.


    Wieħed jista’ jara xi reazzjonijiet ħfief tat-tessut fl-inħawi ta’ l-injezzjoni, bħal irqajja’ żgħar (anqas minn 6 cm2) li jitilfu il-kulur u ċesti żgħar li jibqgħu sa 42 jum wara l-injezzjoni. Kollox jerġa’ jiġi għan-normal sa 56 jum wara l-injezzjoni.

    F’każijiet rari ħafna jista’ jkun hemm reazzjonijiet ta’ tip anafilattiku wara li jingħata l-prodott.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux msemmija f’dan il-fuljett, jew tahseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Majjali.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu fil-muskolu.


    Doża ta’ 5 mg ceftiofur/kg piż (ekwivalenti għal 1 ml Naxcel għal kull 20 kg piż) mgħotija darba fl- għonq b-injezzjoni fil-muskolu.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Ħawwad il-flixkun bis-saħħa għal 30 sekonda jew sakemm tara li l-frak kollu li kien hemm fil-qiegħ ikun reġa’ tħallat sew.

    Sabiex tiżgura dożaġġ tajjeb, il-piż tal-bhima għandu jittieħed kemm jista jkun sewwa sabiex tevita li jingħata dożaġġ baxx.

    Huwa rakkmandat li l-akbar volum li tinjetta jkun ta’ 4 ml.

    L-użu tal-prodott għandu jkun ibbażat fuq testijiet tas-suxxettibilità u għandha tkun ikkunsidrata l- politika uffiċjali u lokali dwar l-użu ta’ l-antimikrobiċi.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Laħam u ġewwieni: 71 jum.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f'temperaturi ogħla minn 25°C.

    Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jkun infetaħ il-pakkett: 28 jum

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta wara JISKADI.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Kull meta jkun possibbli kefalosporini għandhom jintużaw biss fuq bażi ta’ testijiet tas-suxxettibilità.


    L-użu b’amministrazzjoni sistemika ta’ kefalosporini bi spettru wiesgħa (tat-tielet jew tar-raba’ ġenerazzjoni, bħal ma hu ceftiofur) għandu jiġi rifless li dawn huma rriżervati għat-trattament ta’ kundizzjonijiet kliniċi li ma rrispondewx tajjeb, jew mhumiex mistennija li jirrispondu tajjeb għal antimikrobiċi anqas kritiċi. Użu ta’ spiss, kif ukoll użu tal-prodott b’mod li jiddevja mill-istruzzjonijiet mogħtija hawn fuq, jista’ jwassal għal żieda fir-reżistenza tal-batterji għal-ceftiofur. Il-politika uffiċjali nazzjonali u reġjonali dwar l-użu ta’ l-antimkrobiċi għandha tkun ikkunsidrata meta jintuża l-prodott. Meta tkun ikkunsidrata l-istrateġija tal-kura, ikun jaqbel li jiġi kkunsidrat titjib fil-prattiċi tal-immaniġġjar tal-merħla u għandu jintuża trattament ta’ appoġġ bi prodotti lokali xierqa (eż. disinfettanti).

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Peniċillini u kefalosporini bħal ceftiofur jistgħu jikkawżaw ipersensittività fin-nies u fl-annimali wara injezzjoni, jekk jittieħdu man-nifs, jekk jittieħdu mill-ħalq jew f’każ ta’ kuntatt mal-ġilda. L- ipersensittività għall-peniċillini tista’ twassal għal reazzjoni għal kefalosporini u bil-maqlub. Reazzjonijiet allerġiċi għal dawn is-sustanzi jistgħu xi kultant ikunu serji.

    Nies li huma ipersensittivi għal peniċillini u kefalosporini għandhom jevitaw li jmissu ma’ dan il- prodott mediċinali veterinarju.

    Evita kuntatt mal-ġilda jew ma’ l-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt, aħsel b-ilma nadif. Jekk wara li tkun

    espost tiżviluppa sintomi bħal raxx tal-ġilda jew ħruq ta’ l-għajnejn fit-tul, għandek tfittex parir mediku. Nefħa tal-wiċċ, xufftejn jew għajnejn jew tbatija biex tieħu n-nifs, huma sintomi aktar serji li għandhom bżonn attenzjoni medika fil-pront.


    Tqala u fertilità:

    Ma sar l-ebda studju speċifiku fuq majjaliet tqal jew li qed ireddgħu jew ħnieżer għat-tgħammir. Uża biss skond il-valutazzjoni tal-benefiċċju u r-riskju tal-veterinarju responsabbli.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Minħabba t-tossiċita’ baxxa ta’ ceftiofur fil-majjali, mhux soltu li dożi eċċessivi iwasslu għal sinjali cliniċi jekk mhux nefħiet lokaliżżati li jgħaddu kif spjegat f’sezzjoni 6 (Effetti mhux mixtieqa)


    Inkompatibilitajiet:

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompattibilita, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux

    aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /).


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Naxcel jiġi f’kunjetti ta’ 50 ml jew 100 ml.


Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Naxcel 200 mg/ml suspensjoni għall-injezzjoni għall-baqar.


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Naxcel 200 mg/ml suspensjoni għall-injezzjoni għall-baqar.

    ceftiofur


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru wieħed fih:


    Sustanza attiva:

    Ceftiofur (bħala aċidu ħieles mill-kristalli) 200 mg.


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Trattament tan-nekrobaċillożi interdiġitali akuta magħrufa wkoll bħala Panaritium jew foot rot, fil- baqar.

    Trattament tal-metrite akuta post-partum (puerperal) fil-baqar, f’każijiet fejn trattament b’antimikrobiku ieħor ikun falla.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f'każijiet ta' ipersensittività għal ceftiofur jew antibiotiċi oħra tat-tip beta-lactam, jew għal ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Nefħiet viżibbli ġew innotati fil-post tal-injezzjoni jumejn wara l-injezzjoni f’xi żewġ terzi mill- annimali ttrattati f’kondizzjonijiet tal-post. Dawn ir-reazzjonijiet għaddew fi żmien massimu ta’ 23 ġurnata. Nefħiet fil-post tal-injezzjoni jistgħu iwasslu għal-uġiegħ ħafif jew moderat f’xi annimali fl- ewwel ġranet wara l-injezzjoni.


    F’każi rari ħafna, ġiet irrappurtata mewt f’daqqa wara l-amministrazzjoni tal-prodott. F’dawn il-każi,

    il-mewt ġiet attribwita għall-amministrazzjoni intra-vaskulari tal-prodott jew anafilassi.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux msemmija f’dan il-fuljett, jew tahseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Injezzjoni waħda ta’ 6.6 mg ceftiofur/kg piż tal-ġisem (ekwivalenti għal 1 ml Naxcel għal kull 30 kg piż tal-ġisem) mgħotija darba taħt il-ġilda fil-bażi tal-widna.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Sabiex tiżgura dożaġġ tajjeb, il-piż tal-bhima għandu jittieħed kemm jista jkun sewwa sabiex tevita li jingħata dożaġġ baxx.

    Huwa rrakkomandat li l-volum tal-injezzjoni ikun limitat għal massimu ta’ 30 ml għal kull post tal- injezzjoni.

    Ħawwad il-flixkun bis-saħħa għal 30 sekonda jew sakemm tara li l-frak kollu li kien hemm fil-qiegħ, ikun reġa’ tħallat sew.


    Amministrazzjoni fil-bażi tal-widna:

    • Amministra fil-parti ta’ wara tal-bażi tal-widna (ara Stampa 1).

    • Żomm is-siringa u daħħal il-labra fuq wara tal-widna tal-bhima biex il-labra u s-siringa jippuntaw

      fid-direzzjoni ta’ linja mmaġinarja li tgħaddi minn ġor-ras lejn l-għajn opposta tal-bhima (ara Stampa

      2).

      image

      image

    • Ħu l-prekawzzjonijiet li hemm bżonn biex tevita injezzjoni fl-arterji jew fil-vini, billi ixxekkel l- annimal kif jixraq (eżempju: rampa jew xkiel tar-ras) u użu ta’ labar adattati [tul tal-pulzier (2.54 cm), guage 16].


    Stampa 1. Post tal-injezzjoni għall- amministrazzjoni taħt il-ġilda ta’ Naxcel fuq wara ta’ fejn il-widna teħel mar-ras (bażi tal-widna)

    image

    Stampa 2. Amministrazzjoni taħt il- ġilda ta’ Naxcel fuq wara ta’ fejn il- widna teħel mar-ras (bażi tal-widna). Stampa tar-ras li turi injezzjonijiet fil- bażi tal-widna amministrati fid- direzzjoni tal-għajn opposta.


    image

    Jekk 48 siegħa wara t-trattament is-sinjali kliniċi ma jitjiebux, id-djanjożi u t-trattament tal-

    kundizzjoni għandhom jiġu evalwati mill-ġdid.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Laħam u Ġewwieni ta’ l-Annimali: 9 ijiem. Ħalib: xejn.


    Biex japplika il-perjodu ta’ tiżmim għal-laħam, huwa essenzjali li Naxcel jiġi amministrat biss permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda fil-bażi tal-widna fejn ma jittiekilx kif ġie deskritt f’sezzjoni 9.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f'temperatura 'l-fuq minn 25 °C.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta wara

    JISKADI.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 28 ġurnata.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Kull meta jkun possibbli kefalosporini għandhom jintużaw biss fuq bażi ta’ testijiet tas-suxxettibilità.


    L-użu b’amministrazzjoni sistemika ta’ kefalosporini b’spettru wiesgħa (tat-tielet jew tar-raba’ ġenerazzjoni, bħal ma hu ceftiofur) għandu jiġi rifless li dawn huma rriżervati għat-trattament ta’ kundizzjonijiet kliniċi li ma rrispondewx tajjeb, jew mhumiex mistennija li jirrispondu tajjeb għal antimikrobiċi anqas kritiċi. Użu ta’ spiss, kif ukoll użu tal-prodott b’mod li jiddevja mill-istruzzjonijiet mogħtija hawn fuq, jista’ jwassal għal żieda fir-reżistenza tal-batterji għal-ceftiofur. Il-politika uffiċjali nazzjonali u reġjonali dwar l-użu ta’ l-antimikrobiċi għandha tkun ikkunsidrata meta jintuża l-prodott. Meta tkun ikkunsidrata l-istrateġija tal-kura, ikun jaqbel li jiġi kkunsidrat titjib fil-prattiċi tal- immaniġġjar tal-merħla u għandu jintuża trattament ta’ appoġġ bi prodotti lokali xierqa (eż. disinfettanti). Tużax bħala profilassi f’każ ta’ plaċenta miżmuma.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali

    Peniċillini u kefalosporini bħal ceftiofur jistgħu jikkawżaw ipersensittività fin-nies u fl-annimali wara injezzjoni, jekk jittieħdu man-nifs, jekk jittieħdu mill-ħalq jew f’każ ta’ kuntatt mal-ġilda. L- ipersensittività għall-peniċillini tista’ twassal għal reazzjoni għal kefalosporini u bil-maqlub. Reazzjonijiet allerġiċi għal dawn is-sustanzi jistgħu xi kultant ikunu serji.

    Nies li huma ipersensittivi għal peniċillini u kefalosporini għandhom jevitaw li jmissu ma’ dan il- prodott mediċinali veterinarju.

    Evita kuntatt mal-ġilda jew ma’ l-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt, aħsel b-ilma nadif. Jekk wara li tkun

    espost tiżviluppa sintomi bħal raxx tal-ġilda jew ħruq ta’ l-għajnejn fit-tul, għandek tfittex parir mediku. Nefħa tal-wiċċ, xufftejn jew għajnejn jew tbatija biex tieħu n-nifs, huma sintomi aktar serji li

    għandhom bżonn attenzjoni medika fil-pront.


    Tqala u fertilità

    Ma sar l-ebda studju speċifiku fuq baqar tqal jew baqar għat-tgħammir. Uża biss skond il-valutazzjoni

    tal-benefiċċju u r-riskju tal-veterinarju responsabbli.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Għalkemm Naxcel ma ġiex ittestjat speċifikament f’dożi eċċessivi, fil-baqar ma ġewx osservati sinjali ta’ tossiċità sistemika relatati ma’ ceftiofur wara dożaġġi eċċessivi parenterali b’injezzjoni ta’ 55 mg/kg ceftiofur sodju kuljum għal ħamest-ijiem.


    Inkompatibilitajiet:

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompattibilita, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux

    aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    /).


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Naxcel jiġi f’kunjetti ta’ 100 ml.