Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Targretin
bexarotene

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


TARGRETIN 75 mg kapsuli rotob Bexarotene


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


demm) mhux ikkontrollati (kolesterol għoli fid-demm jew triglycerides għoljin fid- demm), jekk għandek kundizzjoni magħrufa bħala ipervitaminosi A, jekk għandek mard mhux ikkontrollat fit-tirojde, jekk għandek insuffiċjenza fil-funzjoni tal-fwied jew jekk għandek infezzjoni sistemika.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Targretin

Il-livelli tal-lipidi fid-demm tiegħek fl-istat sajjem, jista’ jkollhom bżonn jitkejlu qabel ma tibda l-kura, u f’intervalli ta’ kull ġimgħa wara li tibda t-terapija, u mbagħad kull xahar waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.


It-testijiet tad-demm biex issir evalwazzjoni tal-funzjoni tal-fwied u tal-glandola tat-tirojde tiegħek, u biex jiġi mmonitorat l-għadd taċ-ċelluli tad-demm ħomor u bojod, ser isiru qabel ma tibda t-terapija, u ser ikunu mmonitorati matul it-terapija.


Eżamijiet perjodiċi ta’ l-għajnejn jistgħu jkunu meħtieġa jekk ikollok problemi fil-vista waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.


Naqqas kemm jista’ jkun l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx, u evita li tesponi ruħek għal-lampi li jintużaw sabiex wieħed jismar.


Tiħux aktar minn 15,000 Unitajiet Internazzjonali ta’ supplimenti ta’ vitamina A kuljum matul il-kura.


Problemi tas-saħħa mentali

Huwa possibbli li ma tindunax b’xi bidliet fil-burdata u fl-imġiba tiegħek, u għalhekk huwa ferm importanti li tgħid lill-ħbieb tiegħek u lill-membri tal-familja li din il-mediċina tista’ taffettwa l- burdata u l-imġiba tiegħek. Huma jistgħu jinnutaw dawn il-bidliet u jgħinuk tidentifika kwalunkwe problemi li trid titkellem dwarhom mat-tabib tiegħek.


Tfal u adolexxenti

Il-kapsuli ta’ Targretin m’għandhomx jintużaw fit-tfal jew fl-adolexxenti.


Mediċini oħra u Targretin

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, bħal


Dan huwa importanti, għax li tuża aktar minn mediċina waħda fl-istess ħin jista’ jsaħħaħ jew idgħajjef l-effett tal-mediċini.


Targretin ma’ ikel u xorb

Targretin għandu jittieħed ma’ l-ikel (ara sezzjoni 3). Jekk inti regolarment tiekol il-grejpfrut jew tixrob il-meraq tal-grejpfrut, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek, għax dawn jistgħu

jibdlu r-rispons ta’ ġismek għat-terapija ta’ Targretin.


Tqala u treddigħ

Targretin jista’ jkun ta’ ħsara għal fetu li jkun qed jiżviluppa. TUŻAX Targretin jekk inti tqila

jew qed tredda’. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Jekk inti tista’ toħroġ tqila, għandu jsirlek test tat-tqala fi żmien ġimgħa qabel ma tibda t- terapija, biex tikkonferma li m’intix tqila. Għandek tuża kontraċezzjoni effettiva l-ħin kollu, li tibda xahar qabel il-bidu tat-terapija, sa xahar wara li tieqaf tieħu Targretin. Hu rakkomandat li żewġ forom affidabbli ta’ kontraċezzjoni jintużaw flimkien. Jekk qed tieħu kontraċettiv ormonali (pereżempju pilloli tal-kontraċezzjoni), għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.


Jekk inti raġel u s-sieħba tiegħek hi tqila, jew tista’ toħroġ tqila, għandek tuża l-kondoms waqt il-kopulazzjoni sesswali, waqt li tkunu qed tieħu bexarotene, u għal mill-anqas xahar wara l- aħħar doża.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux maghruf jekk Targretin għandux effett fuq il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni. Jekk ikollok sturdament jew problemi tal-vista waqt it-terapija, m’għandekx issuq jew tħaddem

xi makkinarju.


Targretin fih sorbitol u butylated hydroxyanisole

Targretin fih ammont żgħir ta’ sorbitol (tip ta’ zokkor). Jekk għandek intolleranza għal xi tipi ta’

zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Butylated hydroxyanisole tista’ tikkawża irritazzjoni lill-membrani mukużi; għalhekk il-kapsuli jridu jinbelgħu intatti, u m’għandekx tomgħodhom.


  1. Kif gћandek tieћu Targretin


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib ser jagħtik riċetta għal doża adattata għalik.

    Id-doża rakkomandata hija ġeneralment hi minn 4 sa 10 kapsuli li jittieħdu darba kuljum. Ħu n- numru ta’ kapsuli li għalihom ingħatajt riċetta fl-istess ħin kuljum ma’ l-ikel. Il-kapsuli jistgħu jittieħdu immedjatament qabel, matul jew immedjatament wara l-ikel, jekk tkun tixtieq. Il- kapsuli għandhom jinbelgħu sħaħ u m’għandekx tomgħodhom.


    Għal kemm għandek tieħu Targretin

    Għalkemm xi pazjenti raw titjib fil-kundizzjoni tagħhom fi żmien l-ewwel diversi ġimgħat, il-

    biċċa l-kbira tal-pazjenti jeħtieġu diversi xhur jew aktar ta’ kura biex jinnutaw titjib.


    Jekk tieħu Targretin aktar milli suppost

    Jekk tieħu aktar mid-doża ta’ Targretin li għaliha ngħatajt riċetta, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


    Jekk tinsa tieħu Targretin

    Jekk tinsa tieħu doża waħda, ħu d-doża tiegħek ta’ kuljum ma’ l-ikla li jmiss fl-istess jum,

    imbagħad ħu d-doża normali bħas-soltu l-għada. M’għandekx tieħu doża doppja f’jum wieħed biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu fil-jum ta’ qabel.


    Jekk tieqaf tieħu Targretin

    It-tabib tiegħek għandu jiddetermina għal kemm għandek tieħu Targretin, u meta l-kura tista’

    titwaqqaf. Tiqafx tieħu l-mediċina tiegħek sakemm it-tabib tiegħek jagħtik parir biex tagħmel hekk.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Għid it-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk tħoss kwalunkwe deterjorament fil- kundizzjoni tiegħek waqt li tkun qed tieħu Targretin. Xi kultant ikun meħtieġ li taġġusta d-doża jew li twaqqaf il-kura. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar x’għandek tagħmel.


    L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati f’pazjenti li kellhom is-CTCL li kienu kkurati bid- doża rakkomandata tal-bidu tal-kapsuli.


    Komuni ħafna (li jistgħu jseħħu f’aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti kkurati) Għadd baxx taċ-ċelluli tad-demm bojod.

    Tnaqqis fil-livell ta’ l-ormoni tat-tirojde.

    Żieda fix-xaħmijiet fid-demm (triglycerides u kolesterol).

    Reazzjonijiet tal-ġilda (Ħakk, ħmura, irritazzjoni, ġilda li titqaxxar). Uġigħ ta’ ras, għeja kbira, uġigħ.


    Komuni (jistgħu jseħħu f’sa 1 minn kull 10 pazjenti kkurati):

    Għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm ħomor, tkabbir fl-għoqod tal-limfa, limfoma li tmur għall- agħar.

    Disturbi tat-tirojde.

    Żieda fl-enzimi tal-fwied, indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, livell baxx ta’ proteina fid-demm, żieda fil-piż.

    Nuqqas ta’ rqad, sturdament, tnaqqis fis-sensazzjoni tal-ġilda.

    Għajnejn xotti, tittarrax, sensazzjonijiet anormali ta’ l-għajnejn li jinkludu irritazzjoni u tħoss l- għajnejn tqal.

    Nefħa fir-riġlejn u fid-dirgħajn.

    Nawseja, dijarea, ħalq xott, xufftejn xotti, telf ta’ aptit, stitikezza, gass eċċessiv, testijiet tal-

    funzjoni tal-fwied b’riżultat anormali, rimettar.

    Ġilda xotta, disturbi fil-ġilda, telf ta’ xagħar, ulċera fil-ġilda, akne, ġilda li teħxien, għoqod fil- ġilda, żieda fl-għaraq.

    Uġigħ fil-ġogi, uġigħ fl-għadam, uġigħ fil-muskoli.

    Tertir ta’ bard, uġigħ ta’ żaqq, reazzjoni allerġika, infezzjoni.


    Mhux komuni (jistgħu jseħħu f’sa 1 minn kull 100 pazjent ikkurat):

    Disturbi fid-demm, eosinofilja, lewkoċitosi, limfoċitosi, purpura, numru għoli jew baxx ta’ plejtlits fid-demm.

    Tirojde attiva żżejjed.

    Bilirubina għolja fid-demm, indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, gotta, tnaqqis fil-kolesterol HDL.

    Aġitazzjoni, diffikultajiet fil-bilanċ, dipressjoni, żieda fis-sensazzjoni fil-ġilda meta tmiss xi

    ħaġa, sensazzjonijiet anormali tan-nervaturi, sturdament.

    Vista anormali, vista mċajpra, infjammazzjoni ta’ tebqet il-għajnejn, katarretti, infjammazzjoni tal-parti l-bajda ta’ l-għajnejn, leżjoni tal-kornea ta’ l-għajnejn, disturbi fil-widnejn, difett fil- kamp tal-vista.

    Nefħa, ħruġ ta’ demm, pressjoni tad-demm għolja, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb, tkabbir viżibbli

    tal-vini, twessigħ tal-vini/arterji.

    Disturbi gastrointestinali, insuffiċjenza tal-fwied, infjammazzjoni tal-pankreas.

    Tibdil fix-xagħar, herpes simplex, disturbi fid-dwiefer, raxx bil-ponot, ħruġ ta’ likwidu qisu serum, tibdil fil-kulur tal-ġilda.

    Dgħjufija fil-muskoli.

    Proteini fl-awrina, funzjoni anormali tal-kliewi.

    Uġigħ fid-dahar, infezzjoni tal-ġilda, deni, infezzjoni parassitika, test tal-laboratorju b’riżultat anormali, disturb tal-membrana mukuża, tumur.


    Effetti sekondarji rari fatali huma infjammazzjoni akuta tal-pankreas, ħruġ ta’ demm fir-ras, u insuffiċjenza tal-fwied.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

    image

    sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Targretin


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C. Żomm il-flixkun magħluq sewwa.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Targretin

Kull kapsula Targretin fiha 75 mg tas-sustanza attiva bexarotene.


Il-kapsuli fihom ukoll is-sustanzi mhux attivi l-oħra macrogol, polysorbate, povidone u butylated hydroxyanisole.


Il-qoxra tal-kapsula tikkonsisti minn gelatin, sorbitol special-glycerine blend (glycerin, sorbitol, sorbitol anhydrides (1,4-sorbitan), mannitol u ilma), titanium dioxide (E171) u linka ta’ l- istampar (SDA 35A alcohol (ethanol u ethyl acetate), propylene glycol (E1520), iron oxide black (E172), polyvinyl acetate phthalate, purified water, isopropyl alcohol, macrogol 400, ammonium hydroxide 28%)


Kif jidher Targretin u l-kontenut tal-pakkett


Targretin hu disponibbli bħala kapsuli rotob biex jittieħdu mill-ħalq, fi flixkun tal-plastik abjad li fih 100 kapsula.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eisai GmbH

Edmund-Rumpler-Straße 3 60549 Frankfurt am Main Il-Ġermanja

e-mail: medinfo_de@eisai.net


Manifattur

Eisai GmbH

Edmund-Rumpler-Straße 3 60549 Frankfurt am Main Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Eisai SA/NV

Tél/Tel: +32 (0)800 158 58

Lietuva

Ewopharma AG atstovybė

Tel: +370 5 2430444


България

Ewopharma AG

Teл.: +359 2 962 12 00

Luxembourg/Luxemburg

Eisai SA/NV

Tél/Tel: +32 (0)800 158 58

(Belgique/Belgien)


Česká republika

Eisai GesmbH organizačni složka

Tel: + 420 242 485 839

Magyarország Ewopharma Hungary Ltd. Tel: +36 1 200 46 50


Danmark

Eisai AB

Tlf: + 46 (0) 8 501 01 600

(Sverige)

Malta

Cherubino LTD

Tel: +356 21343270


Deutschland

Eisai GmbH

Tel: + 49 (0) 69 66 58 50

Nederland

Eisai B.V.

Tel: + 31 (0) 900 575 3340


Eesti

Ewopharma AG Eesti filiaal Tel: +372 6015540

Norge

Eisai AB

Tlf: + 46 (0) 8 501 01 600

(Sverige)


Ελλάδα

Arriani Pharmaceutical S.A.

Τηλ: + 30 210 668 3000

Österreich

Eisai GesmbH

Tel: + 43 (0) 1 535 1980-0


España

Eisai Farmacéutica, S.A.

Tel: + (34) 91 455 94 55

Polska

Ewopharma AG Sp. z o.o.

Tel: +48 (22) 620 11 71


France

Eisai SAS

Tél: + (33) 1 47 67 00 05

Portugal

Eisai Farmacêtica, Unipessoal Lda Tel: + 351 214 875 540

Hrvatska

Ewopharma d.o.o

Tel: +385 (0) 1 6646 563

România

Ewopharma AG

Tel: +40 21 260 13 44


Ireland

Eisai GmbH

Tel: + 49 (0) 69 66 58 50

(Germany) Ísland Eisai AB

Sími: + 46 (0)8 501 01 600

(Svíþjóð)

Slovenija Ewopharma d.o.o. Tel: +386 590 848 40


Slovenská republika

Eisai GesmbH organizačni složka Tel.: + 420 242 485 839

(Česká republika)


Italia

Eisai S.r.l.

Tel: + 39 02 5181401

Suomi/Finland

Eisai AB

Puh/Tel: + 46 (0) 8 501 01 600

(Ruotsi)


Κύπρος

Arriani Pharmaceuticals S.A. Τηλ: + 30 210 668 3000

(Ελλάδα)

Sverige

Eisai AB

Tel: + 46 (0) 8 501 01 600


Latvija

Ewopharma AG Pārstāvniecība

Tel: +371 67450497

United Kingdom (Northern Ireland)

Eisai GmbH

Tel: + 49 (0) 69 66 58 50

(Germany)


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea

għall-Mediċini: