Paġna ewlenija Paġna ewlenija

UpCard
Torasemide


FULJETT TA’ TAGĦRIF:

UpCard 0.75 mg pilloli għal klieb UpCard 3 mg pilloli għal klieb UpCard 7.5 mg pilloli għal klieb UpCard 18 mg pilloli għal klieb

image


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-Awt or i zzaz zj oni għat -T qegħi d fi s -Suq re sponsa bbli għal l -ħr ug t al -lott: Vetoquinol SA

    Magny-Vernois

    70200 Lure FRANZA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    UpCard 0.75 mg pilloli għal klieb UpCard 3 mg pilloli għal klieb UpCard 7.5 mg pilloli għal klieb UpCard 18 mg pilloli għal klieb


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA


    Kull pillola fiha:

    UpCard 0.75 mg pilloli għal klieb 0.75 mg of torasemide UpCard 3 mg pilloli għal klieb 3 mg of torasemide

    UpCard 7.5 mg pilloli għal klieb 7.5 mg of torasemide

    UpCard 18 mg pilloli għal klieb 18 mg of torasemide


    Il-pilloli ta’ UpCard 0.75 mg huma pilloli oblongi ta’ lewn bajdani għal ofwajt b’ferq 1 fuq kull naħa. Il-pilloli jistgħu jinqassmu f’żewġ nofsijiet ugwali.

    Il-pilloli UpCard ta’ 3 mg, 7.5 mg u 18 mg huma pilloli oblongi ta’ lewn bajdani u ofwajt bi 3 ifrieq fuq kull naħa. Il-pilloli jistgħu jinqassmu fi kwartijiet ugwali.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għal trattament ta’ sinjali kliniċi, li jinkludu edema, u effużjoni, marbuta ma’ insuffiċjenza konġestiva tal-qalb.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ ipersensittività għall-ingredjent attiv jew wiehed mill-eċċipjenti. Tużax f’każijiet ta’ falliment tal-kliewi.

    Tużax f’każijiet ta’ deidrazzjoni severa, ipovolemija jew pressjoni baxxa. Tużax fl-istess waqt ma’ dijuretiċi loop oħrajn.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Żieda fil-parametri tal-kliewi fid-demm u insuffiċjenza tal-kliewi huma osservati b’mod komuni ħafna waqt it-trattament.

    Bħala riżultat tal-azzjoni dijuretika ta’ torasemide, emokonċentrazzjoni u, b’mod komuni ħafna ġew osservati poliurja u/jew polidipsija.

    F’każ ta trattament prolongat, defiċjenza ta’ elettroliti (li jinkludu ipokalemija, ipokloremija,

    ipomanjesemija) u deidrazzjoni jistgħu jseħħu.

    Sinjali gastrointestinali li jinkludu rimettar, ippurgar imnaqqas jew xejn u, f’każijiet rari, ippurgar artab jistgħu jiġu osservati. L-ippurgar artab huwa temporanju, ħafif u ma jeħtieġ l-ebda waqfien tat-

    trattament.

    Eritema tal-pinnae ta’ ġewwa tista’ tiġi osservata.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:


    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il- perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali ttrattati f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali ttrattati f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali ttrattati f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI GĦAL XIEX HU INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu orali.


    Id-doża rakkomandata ta’ torasemide hi ta’ 0.1 sa 0.6 mg għal kull piż tal-ġisem darba kuljum.

    Id-dożaġġ għandu jiġi tittrat sabiex tibqa’ tiġi mantenuta l-kumdità tal-pazjent b’attenzjoni għall-istat ta’ funzjoni tal-kliewi u tal-elettroliti. Jekk il-livell ta’ dijuresi teħtieġ tibdil, id-doża tista’ tiżdied jew titnaqqas fi ħdan il-firxa ta’ dożi rakkomandati b’inkrimenti ta’ 0.1 mg/kg ta’ piż tal-ġisem. Ġaladarba sinjali ta’ falliment tal-qalb konġestiva jkunu ġew kontrollati u l-pazjent ikun stabbli, jekk terapija fuq tul ta’ żmien b’dan il-prodott hi meħtieġa din għandha tissokta fl-inqas doża effettiva.


    Eżamijiet frekwenti tal-kelb ser jgħinu biex tiġi stabbilita doża dijuretika xierqa.

    L-iskeda ta’ għoti ta’ kuljum tista’ tiġi kkontrollata biex tingħata fil-perijodu ta’ urinazzjoni skont il-ħtieġa.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Il-pilloli UpCard jistgħu jingħataw mal-ikel jew mingħajru.


  10. ŻMIEN TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli

  11. KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR KIF GĦANDU JINĦAŻEN


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn tal-ebda kundizzjoni speċjali biex jinħażen. Kull parti ta’ pillola għandha tinħażen fil-pakkett tal-folji jew f’reċipjent magħluq għal massimu ta’ 7 ijiem.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Pre kawzj onij i et speċj ali għal l -użu f l -annimali:

    Fi klieb li jippreżentaw kriżi akuta b’edema pulmonari, effużjoni plewrali u/jew axite li teħtieġ trattament t’emerġenza, l-użu ta’ mediċini injettabbli għandu jiġi kkonsidrat qabel kull ħaġa oħra qabel tinbeda terapija dijuretika orali.

    Il-funzjoni tal-kliewi, l-istat ta’ idrazzjoni u l-istat ta’ elettroliti fis-serum għandhom jiġu monitorati:

    • fil-bidu tat-trattament

    • minn 24 siegħa sa 48 siegħa wara l-bidu ta’ trattament

    • minn 24 siegħa sa 48 siegħa wara bidla fid-doża

    • f’każ li jkun hemm reazzjonijiet avversi.

    Waqt li l-annimal ikun fuq trattament, dawn il-parametri għandhom jiġu monitorati f’intervalli regolari ħafna skont l-istima ta’ benefiċċju mar-riskju mwettqa mill-veterinarju responsabbli (ara s-sezzjonijiet kontraindikazzjonijiet u effetti mhux mixtieqa).


    Torasemide għandu jintuża b’kawtela f’każ ta’ dijabete mellitus, u fi klieb b’dożi għoljin preskritti qabel ta’ dijuretiku loop alternattiv. Fi klieb bi żbilanċ ta’ elettroliti u/jew ta’ ilma li kien jeżisti minn qabel, dan għandu jiġi kkoreġut qabel it-trattament b’torasemide.


    It-trattament b’torasemide m’għandux jiġi mibdi fi klieb diġà klinikament stabbli fuq dijuretiku alternattiv għal trattament tas-sinjali ta’ insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, għajr meta dan ikun ġustifikat meta jitqies ir-riskju li tiġi destabbilizzata l-kondizzjoni klinika u ta’ reazzjonijiet avversi kif indikat f’sezzjoni 6.


    Prekawzj onij i et speċj ali li għandhom j i tti eħdu mi ll -persuna li tamministra l-pr odott medi ċi nali veterinarju lill-annimali:

    Persuni li għandhom sensittività eċċessiva magħrufa għal torasemide jew sulphonamides oħra għandhom jamministraw il-prodott mediċinali b’kawtela.

    Dan il-prodott jista’ jikkawża żieda fl-urinazzjoni u/jew disturbi gastrointestinali jekk jinbela. Żomm il-pilloli fil-pakketti tal-folji sakemm meħtieġ, u żomm il-folji fil-kartuna ta’ barra.

    F’każ li jinbelew b’mod aċċidentali, partikolarment f’każ ta’ tfal, fittex għajnuna medika minnufih u uri l-fuljett tal-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u tr eddi għ :

    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala jew fit-treddigħ. L-użu ta’ UpCard mhux rakkomandat waqt it-tqala, it-treddigħ jew tgħammir t’annimali.


    Int er azzj oni ma’ pr odot ti medi ċi nal oħr aj n u f or om oħraj n t a’ i nt erazzj oni :

    L-għoti fl-istess waqt ta’ dijuretiċi loop u mediċini mhux sterojdi ta’ kontra l-infjammazzjoni jistgħu jirriżultaw f’rispons natriuretiku mnaqqas.

    L-użu fl-istess waqt ta’ prodotti mediċinali veterinarji li jaffettwaw il-bilanċ ta’ elettroliti (kortikosterojdi, amphotericin B, glikosidi kardijaċi, dijuretiċi oħrajn) jeħtieġ monitoraġġ attent.

    L-użu fl-istess waqt ta’ mediċini li jgħollu r-riskju ta’ ġrieħi fil-kliewi jew insuffiċjenza tal-kliewi għandu jiġi evitat.

    L-użu fl-istess waqt ta’ aminoglycosides jew cephalosporines jista’ jżid ir-riskju ta’ nefrotossiċità u ototossiċità.

    Torasemide jista’ jżid ir-riskju ta’ allerġija għal sulfonamide.

    Torasemide jista’ jnaqqas l-eliminazzjoni mill-kliewi ta’ salicylates, li jwassal għal żieda fir-riskju ta’ tossiċità.

    Attenzjoni għandha tiġi eżerċitata meta jingħata torasemide ma’ mediċini li jingħaqdu b’mod qawwi ma’ proteini fil-plażma. Peress li l-irbit ma’ proteini jiffaċilita t-tnixxija ta’ torasemide mill-kliewi, tnaqqis fl-irbit minħabba spostament minn mediċina oħra jista’ jikkaġuna reżistenza dijuretika.

    L-għoti fl-istess waqt ta’ torasemide ma’ mediċini oħrajn metabolizzati minn familji ta’ ċitokrom P450 3A4 (eż. enalapril, buprenorphine, doxycycline, cyclosporine) u 2E1 (isoflurane, sevoflurane,

    theophylline) jista’ jnaqqas it-tneħħija tagħhom miċ-ċirkolazzjoni sistemika.

    L-effett ta’ mediċini ta’ kontra l-pressjoni għolja, speċjalment impedituri tal-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE, angiotensin converting enzyme), jista’ jiġi mħarrax meta jingħata fl-istess waqt ma’

    torasemide.

    Meta użata flimkien ma’ trattamenti kardijaċi (eż. impedituri ACE, digoxin) id-doża fil-programm ta’ kura għandha mnejn tkun trid tiġi modifikata skont ir-rispons tal-annimal għat-terapija.


    Doża e ċċ essi va ( si nt omi , proċe dur i t ’emer ġenza, a nt i dot i) :

    Dożi akbar minn 0.8 mg/kg/jum ma ġewx evalwati fl-istudji kliniċi kkontrollati dwar is-sigurtà fuq l- annimal fil-mira. Madanakollu, huwa antiċipat li d-doża eċċessiva żżid ir-riskju ta’ deidrazzjoni, żbilanċ fuq l-elettroliti, insuffiċjenza tal-kliewi, anoreksja, telf fil-piż u kollass kardjovaskulari.

    It-trattament għandu jkun sintomatiku.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IR-RIMI TA’ PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lil kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn l-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinsab fuq il-websajt ta’-l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini ()


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-pilloli UpCard huma fornuti f’pakketti ta’ strixxi b’10 pilloli fuq kull folja. Daqsijiet ta’ pakketti huma ta’ 30 jew 100 pillola.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Abbażi ta’ studju b’immodellar farmakodinamiku li sar fuq klieb b’saħħithom f’dożi ta’ 0.1 u 0.6 mg torasemide/kg, doża waħda ta’ torasemide kellha madwar 20 darba l-effett dijuretiku ta’ doża waħda ta’ furosemide.