Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Firmagon
degarelix

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


FIRMAGON 80 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

degarelix


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti

għalik.

mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu FIRMAGON u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża FIRMAGON

  3. Kif għandek tuża FIRMAGON

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen FIRMAGON

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu FIRMAGON u gћalxiex jintuża


    FIRMAGON fih degarelix.

    Degarelix hu imblukkatur sintetiku tal-ormoni li jintuża fil-kura ta’ kanċer tal-prostata u għall-kura ta’ kanċer tal-prostata ta’ riskju għoli qabel ir-radjuterapija u flimkien mar-radjuterapija f’pazjenti rġiel adulti. Degarelix jimita ormon naturali (ormon li jerħi gonadotrophin, GnRH) u direttament jimblokka l-effetti tiegħu. Billi jagħmel hekk, degarelix immedjatament inaqqas il-livell tal-ormon testosterone fl-irġiel li jistimula l-kanċer tal-prostata.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża FIRMAGON


    Tużax FIRMAGON


    • Jekk inti allerġiku għal degarelix jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk għandek kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

    • Kwalunkwe problemi kardjovaskulari jew problemi bir-ritmu tal-qalb (arritmija), jew qed tiġi kkurat/a b’mediċini għal din il-kundizzjoni. Ir-riskju ta’ problemi bir-ritmu tal-qalb jista’ jiżdied meta tuża FIRMAGON.

    • Dijabete mellitus. L-aggravament jew il-bidu tad-dijabete jista’ jseħħ. Jekk għandek id-dijabete, jista’ jkollok tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm iktar ta’ spiss.

    • Mard tal-fwied. Il-funzjoni tal-fwied jista’ jkollha bżonn tiġi mmonitorjata.

    • Mard tal-kliewi. L-użu ta’ FIRMAGON ma ġiex investigat f’pazjenti b’mard sever tal-kliewi.

    • Osteoporożi jew kwalunkwe kundizzjoni li taffettwa s-saħħa tal-għadam tiegħek. Livell imnaqqas ta’ testosterone jista’ jikkawża tnaqqis tal-calsium fl-għadam (l-għadam jirqaq).

    • Sensittività eċċessiva severa. L-użu ta’ FIRMAGON ma ġiex investigat f’pazjenti b’reazzjonijiet severi ta’ sensittività eċċessiva.


      Tfal u adolexxenti

      Tagħtix din il-mediċina lit-tfal u adolexxenti.

      Mediċini oħra u FIRMAGON

      FIRMAGON jista’ jinterferixxi ma’ xi mediċini li jintużaw biex jikkuraw problemi fir-ritmu tat-taħbit tal- qalb (eż. quinidine, procainamide, amiodarone u sotalol) jew mediċini oħrajn li jista’ jkollhom effett fuq ir- ritmu tal-qalb (eż. methadone (jintuża għas-solliev tal-uġigħ u bħala parti minn programm ta’ detossifikazzjoni mill-vizzju tad-droga), moxifloxacin, mediċini antipsikotiċi).


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, li jinkludu dawk li

      jinkisbu mingħajr riċetta.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      L-għeja u l-isturdament huma effetti sekondarji komuni li jistgħu jindebolixxu l-ħila tiegħek li ssuq u tħaddem il-magni. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jkunu minħabba l-kura jew effetti li jirriżultaw mill- marda nnifisha.


  3. Kif għandek tuża FIRMAGON


    Din il-mediċina normalment tiġi injettata minn infermier jew tabib.


    Id-doża rakkomandata hi ta’ żewġ injezzjonijiet konsekuttivi ta’ 120 mg. Wara dik, inti ser tirċievi injezzjoni

    ta’ 80 mg kull xahar. Il-likwidu injettat jifforma ġell li minnu degarelix jintreħa fuq perjodu ta’ xahar.


    FIRMAGON irid ikun injettat taħt il-ġilda BISS. FIRMAGON M’GĦANDUX jingħata ġo vina jew arterja (għal ġol-vina). Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata injezzjoni aċċidentali ġo vina. Is-sit tal- injezzjoni x’aktarx li se jvarja fiż-żona addominali.


    Jekk tinsa tuża FIRMAGON

    Jekk taħseb li tkun insejt id-doża tiegħek ta’ kull xahar ta’ FIRMAGON, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek.

    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Reazzjoni allerġika serja ħafna għal din il-mediċina hi rari. Fittex parir mediku immedjatament jekk tiżviluppa raxx sever, ħakk jew qtugħ ta’ nifs jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ reazzjoni allerġika severa.


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10)

    Fwawar, uġigħ fis-sit tal-injezzjoni u ħmura. Effetti sekondarji fis-sit tal-injezzjoni huma l-iktar komuni mad-doża tal-bidu u inqas komuni mad-doża ta’ manteniment.


    Komuni (jistgħujaffettwawsapersuna1minnkull10)

    • nefħa, għoqod u ebusija fis-sit tal-injezzjoni

    • tkexkix ta’ bard, deni jew mard bħal dak tal-influwenza wara l-injezzjoni

    • problemi biex torqod, għeja, sturdament, uġigħ ta’ ras

    • żieda fil-piż, nawsja, dijarea, livelli għolja ta’ xi enzimi tal-fwied

    • għaraq eċċessiv (li jinkludi għaraq matul il-lejl), raxx

    • anemija

    • uġigħ u skonfort muskoloskeletriku

    • tnaqqis fid-daqs tat- testikoli, nefħa fis-sider, impotenza

      Mhux komuni (jistgħujaffettwawsapersuna1minnkull100)

    • telf ta’ aptit sesswali, uġigħ testikulari, uġigħ pelviku, insuffiċjenza fl-ejakulazzjoni, irritazzjoni ġenitali, uġigħ fis-sider

    • dipressjoni, indeboliment mentali

    • ħmura fil-ġilda, jaqa’ x-xagħar, għoqod fil-ġilda, tmewwit

    • reazzjonijiet allerġiċi, ħorriqija, ħakk

    • nuqqas t’aptit, stitikezza, rimettar, ħalq xott, uġigħ u skonfort addominali, żieda fiz-zokkor fid-

      demm/dijabete mellitus, żieda fil-kolesterol, tibdil fil-calcium fid-demm, tnaqqis fil-piż

    • pressjoni tad-demm għolja, tibdil fir-rittmu tal-qalb, tibdil fl-ECG (titwil tal-QT), sensazzjoni ta’ taħbit

      anormali tal-qalb, qtugħ ta’ nifs, edema periferali

    • dgħjufija fil-muskoli, spażmi tal-muskoli, nefħa/ebusija fil-ġogi, osteoporożi/osteopenija, uġigħ fil-ġogi

    • tagħmel l-awrina b’mod frekwenti, urġenza biex tagħmel l-awrina (trid tgħaġġel biex tagħmel l-awrina), diffikultà jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, tagħmel l-awrina bil-lejl, indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi, inkontinenza

    • vista mċajpra

    • skonfort fis-sit tal-injezzjoni li jinkludi tnaqqis fil-pressjoni tad-demm u fir-rata ta’ taħbit tal-qalb (reazzjoni vasovagali)

    • telqa


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 ruħ)

    • newtropenija bid-deni (numru baxx ħafna ta’ ċelluli tad-demm bojod flimkien ma’ deni), attakk tal-qalb,

      insuffiċjenza tal-qalb

    • bugħawwieġ jew uġigħ fil-muskoli, tenerezza u dgħjufija mhux spjegati. Il-problema fil-muskoli tista tkun serja, li tinkludi deġenerazzjoni tal-muskoli li tirriżulta fi ħsara fil-kliewi.


      Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

    • infezzjoni, axxess u nekrożi fis-sit tal-injezzjoni


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen FIRMAGON


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kunjetti, is-siringi u l-pakkett ta’ barra. Id-

    data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Wara r-rikostituzzjoni

    Din il-mediċina hi stabbli għal sagħtejn f’temperatura ta’ 25ºC.

    Minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, din il-mediċina għandha tintuża immedjatament. Jekk ma

    tintużax immedjatament, l-użu ta’ din il-mediċina hu r-responsabbiltà ta’ min qed jagħmel użu minnu.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih FIRMAGON


Kif jidher FIRMAGON u l-kontenut tal-pakkett

FIRMAGON hu trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni It-trab hu minn abjad sa off-white. Is-solvent

hu soluzzjoni ċara u bla kulur.

FIRMAGON hu disponibbli f’2 daqsijiet tal-pakkett. Daqs tal-pakkett ta’ 1 trej li jkun fih:

1 kunjett bi 80 mg ta’ degarelix (trab) u 1 siringa mimlija għal-lest b’4.2 ml ta’ solvent.

1 lasta tal-planġer, 1 adapter tal-kunjett u 1 labra għall-injezzjoni.


Daqs tal-pakkett ta’ 3 trejs li jkun fih:

3 kunjetti bi 80 mg ta’ degarelix (trab) u 3 siringi mimlija għal-lest b’4.2 ml ta’ solvent. 3 lasti tal-planġer, 3 adapters tal-kunjett u 3 labriet għall-injezzjoni.


Pakkett wieħed fih:

Kunjett wieħed bit-trab li fih 80 mg ta’ degarelix u siringa waħda mimlija għal-lest b’4.2 ml ta’ solvent. Lasta 1 tal-planġer, 1 adapter tal-kunjett u labra waħda tal-injezzjoni.


Pakkett bi 3 ikun fih:

3 x 1 kunjett bit-trab li jkun fih 80 mg ta’ degarelix u 3 x 1 siringa mimlija għal-lest b’4.2 ml ta’ solvent. 3 x 1 lasta tal-planġer, 3 x 1 adapter tal-kunjett u 3 x 1 labra għall-injezzjoni.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Ferring Pharmaceuticals A/S Amager Strandvej 405

2770 Kastrup Id-Danimarka

Tel. +45 8833 8834


Manifattur Ferring GmbH Wittland 11

D-24109 Kiel

Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-

Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Ferring N.V.

Tel/Tél: +32 53 72 92 00

ferringnvsa@ferring.be

Lietuva

CentralPharma Communication UAB Tel: +370 5 243 0444

centralpharma@centralpharma.lt


България

Фармонт ЕООД

Те: +359 2 807 5022

Luxembourg/Luxemburg Ferring N.V. Belgique/Belgien

farmont@farmont.bg Tel/Tél: +32 53 72 92 00 ferringnvsa@ferring.be


Česká republika

Ferring Pharmaceuticals CZ s.r.o.

Tel: +420 234 701 333

cz1-info@ferring.com

Magyarország

Ferring Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Tel: +36 1 236 3800

ferring@ferring.hu


Danmark

Ferring Lægemidler A/S Tlf: +45 88 16 88 17

Malta

E.J. Busuttil Ltd. Tel: +356 21447184

info@ejbusuttil.com


Deutschland

Ferring Arzneimittel GmbH Tel: +49 431 5852 0

info-service@ferring.de

Nederland

Ferring B.V.

Tel: +31 235680300

infoNL@ferring.com


Eesti

CentralPharma Communication OÜ Tel: +372 601 5540

centralpharma@centralpharma.ee

Norge

Ferring Legemidler AS Tlf: +47 22 02 08 80

mail@oslo.ferring.com


Ελλάδα

Ferring Ελλάς MEΠΕ Τηλ: +30 210 68 43 449

Österreich

Ferring Arzneimittel Ges.m.b.H. Tel: +43 1 60 8080

office@ferring.at


España

Ferring, S.A.U.

Tel: +34 91 387 70 00

registros@ferring.com

Polska

Ferring Pharmaceuticals Poland Sp. z o.o. Tel: +48 22 246 06 80

PL0-Recepcja@ferring.com


France

Ferring S.A.S.

Tél: +33 1 49 08 67 60

information.medicale@ferring.com

Portugal

Ferring Portuguesa – Produtos Farmacêuticos, Sociedade Unipessoal, Lda.

Tel: +351 21 940 5190


Hrvatska

Clinres farmacija d.o.o. Tel: +385 1 2396 900

info@clinres-farmacija.hr

România

Ferring Pharmaceuticals Romania SRL Tel: +40 356 113 270


Ireland

Ferring Ireland Ltd. Tel: +353 1 4637355

EnquiriesIrelandMailbox@ferring.com

Slovenija

SALUS, Veletrgovina, d.o.o. Tel: +386 1 5899 179

regulatory@salus.si


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 70 00

Slovenská republika Ferring Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 54 416 010

SK0-Recepcia@ferring.com


Italia

Ferring S.p.A.

Suomi/Finland

Ferring Lääkkeet Oy

Tel: +39 02 640 00 11 Puh/Tel: +358 207 401 440

info@ferring.fi


Κύπρος

A. Potamitis Medicare Ltd

Τηλ: +357 22583333

a.potamitismedicare@cytanet.com.cy

Sverige

Ferring Läkemedel AB Tel: +46 40 691 69 00

info@ferring.se


Latvija

CentralPharma Communication SIA

Tālr: +371 674 50497

centralpharma@centralpharma.lv

United Kingdom (Northern Ireland)

Ferring Ireland Ltd. Tel: +353 1 4637355

EnquiriesIrelandMailbox@ferring.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .


.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa:


Istruzzjonijiet biex tużah kif suppost


NOTA:


image

image

Il-pakkett fih kunjett wieħed bit-trab u siringa waħda mimlija għal-lest bis-solvent li jridu jiġu ppreparati għal injezzjoni taħt il-ġilda.



1. Neħħi l-għatu mill-pakkett tal-adapters tal- kunjett. Waħħal l-adapter mal-kunjett bit-trab billi tagħfas l-adapter ‘l isfel sakemm il-ponta tippenetra ġot-tapp tal-lastku u l-adapter

jikklikkja f’postu.

2. Ipprepara s-siringa mimlija għal-lest billi twaħħal il-lasta tal-planġer.


3. Neħħi l-għatu tas-siringa mimlija għal-lest.

Waħħal is-siringa mal-kunjett bit-trab billi ddawwarha u tissikkaha fuq l-adapter.

Ittrasferixxi s-solvent kollu fil-kunjett bit- trab.



4. Bis-siringa li tkun għadha mwaħħla

mal-adapter, dawwar bil-mod ħafna sakemm il- likwidu jidher ċar u mingħajr trab jew frak mhux maħlul. F’każ li t-trab jeħel mal-kunjett fuq il-wiċċ tal-likwidu, il-kunjett jista’ jitmejjel ftit. Iċċaqalqux bis-saħħa biex tevita l-formazzjoni tar-ragħwa.


Ċirku ta’ bżieżaq żgħar tal-arja fuq il-wiċċ tal-likwidu hu aċċettabbli. Il-proċedura

tar-rikostituzzjoni normalment tieħu ftit minuti, iżda tista’ tieħu, sa 15-il minuta f’xi każijiet.


5. Aqleb il-kunjett ta’ taħt fuq u iġbed sal-marka tal-linja fuq is-siringa għall-injezzjoni.


Dejjem aċċerta ruħek li tiġbed il-volum preċiż u

li taġġusta għal kwalunkwe bżieżaq tal-arja.

6. Aqla’ s-siringa minn mal-adapter tal-kunjett u waħħal il-labra mas-siringa għal injezzjoni profonda taħt il-ġilda.

image


7. Wettaq injezzjoni fonda taħt il-ġilda. Biex tagħmel dan, aqbad il-ġilda tal-addome, u erfa’ t-tessut ta’ taħt il-ġilda u daħħal il-labra fil-fond f’angolu ta’ mhux inqas minn 45 grad.


Injetta 4 ml ta’ FIRMAGON 80 mg bil-mod, immedjatament wara r-rikostituzzjoni*.

8. M’għandhomx jingħataw injezzjonijiet f’żoni fejn il-pazjent se jkun espost għal pressjoni, eż. madwar iċ-ċintorin fid-dawra tal-qadd jew qrib il-kustilji.


Tinjettax direttament ġo vina. Iġbed lura l-planġer bil-mod biex tiċċekkja jekk jinġibidx xi demm. Jekk jidher xi demm fis-siringa, il-prodott mediċinali ma jistax jintuża aktar. Waqqaf il-proċedura u armi s-siringa u l-labra (irrikostitwixxi doża ġdida għall-pazjent).


image

image

* L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet li ddum sagħtejn f’temperatura ta’ 25ºC. Mill-aspett mikrobijoloġiku, ħlief jekk il-metodu tar-rikostituzzjoni jipprekludi r-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal- ħażna u l-kundizzjonijiet waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jagħmel użu minnu.