Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Suvaxyn Aujeszky 783 + O/W
live attenuated Aujeszky’s disease virus


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Suvaxyn Aujeszky 783 + O/W, lijofiliżat u solvent għall-emulsjoni għall-injezzjoni għall-majjali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Zoetis Manufacturing & Research Spain, S.L. Ctra. de Camprodón, s/n°

    Finca La Riba Vall de Bianya Gerona, 17813 SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDICINALI VETERINARJU


    Suvaxyn Aujeszky 783 + O/W, lijofiliżat u solvent għall-emulsjoni għall-injezzjoni għall-majjali


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

    Kull doża (2 ml) fiha: Lijofiliżat:

    Sustanza attiva:

    Virus ħaj attenwat tal-Marda Aujeszky, strejn NIA 3-783 ≥ 10 5.2 CCID50*

    *CCID 50 - il-kwantita ta’ virus, li jinfetta 50 % tal-kolturi ta’ ċelluli tat-tessut inokulat. Solvent:

    Idrossidu tal-Aluminju, Żejt Minerali (Marcol 52), Mannide mono oleate (Arlacel A), Polysorbate 80 (Tween 80), Thiomersal.


    Dehra tal-prodott mediċinali veterinarju qabel jitħallat:

    Solvent: Likwidu abjad, mhux trasparenti

    Lijofiliżat: Lijofiliżat kulur il-krema.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    L-immunizzazzjoni attiva tal-majjali mill-eta’ ta’ 10 ġimgħat sabiex tiġi evitata l-mortalita’ u s-sinjali kliniċi tal-Marda Aujeszky u sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-virus tal-Marda Aujeszky li jinstab fil-beraħ.

    Immunizzazzjoni passiva tal-frieħ tal-qżieqeż u majjaliet vaċċinati sabiex titnaqqas il-mortalita’ u s-sinjali kliniċi tal-Marda Aujeszky u sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-virus tal-Marda Aujeszky li jinstab fil-beraħ.


    Bidu tal-immunità: 3 ġimgħat wara t-tilqima bażika. Perjodu tal-immunità: 3 xhur wara t-tilqima bażika.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet lokali ħfief u temporanji sa 2 ċm fid-dijametru wara l-ewwel tilqima u sa 5 ċm wara t-tieni tilqima kienu rrappurtati komuni ħafna li jseħħu f’sa 50 % mill-majjali fi studju fil-laboratorju u fil-provi fuq il-post. Ġeneralment, dawn ir-reazzjonijiet jisparixxu fi żmien 3 ġimghat wara l-ewwel tilqima.


    Żjieda temporanja fit-temperatura tal-ġisem sa madwar 40.5 °C li ddum sa jumejn kienet irrappurtata

    komuni ħafna li sseħħ fil-majjali wara t-tilqima fi studju fil-laboratorju u fil-provi fuq il-post. F’każijiet rari ħafna kienu rrappurtati reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva f’rapporti spontanji.

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati juru effett(i) mhux mixtieq(a))

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti mhux mixtieqa, anki dawk mhux diġà msemmija f’dan il-fuljett jew jekk taħseb li l- mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Majjali.


    image


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Użu għal ġol-muskoli.


    Doża waħda = 2 ml ta’ emulsjoni rikostitwita.


    Programm ta’ tilqim:


    Tilqima bażika ta’ majjali tar-refgħa u dawk miżmuma għar-razza (qżieqeż, majjaliet u foħla):

    • Injetta doża waħda kull ħanzir tal-għalla mill-eta’ ta’ 10 ġimgħat. Doża oħra tista’ tiġi injettata bejn

      3-4 ġimgħat wara l-ewwel injezzjoni.

    • Injetta doża waħda kull bhima miżmuma għar-razza (qżieqeż, majjaliet u foħla) mill-eta’ ta’ 10 ġimgħat u ssokta bit-tieni injezzjoni bejn 3-4 ġimgħat wara l-ewwel injezzjoni.


      Ri-vaċċinazzjoni tal-bhejjem miżmuma għar-razza (qżieqeż, majjaliet u foħla):

    • Injetta doża kull majjala qabel l-ewwel tgħammira, jew

    • Injetta doża kull majjala waqt kull tqala fit-3-6 ġimgħat qabel id-data mistennija li twelled.

    • Injetta doża waħda kull faħal tal-inqas kull 6 xhur.


    Għat-tilqim tal-merħla kollha, tista’ tiġi amministrata injezzjoni ta’ doża waħda kull qażquż, majjala u

    faħal, kull 4 xhur.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Sabiex tirrikostitwixxi il-vaċċin, injetta 3 ml ta’ solvent ġol-kinjett iż-żgħir bil-lijofiliżat. Ċaqlaq bil-mod sabiex tagħmel sospensjoni bil-lijofiliżat u għaddi is-sospensjoni lijofiliżata għal ġol-fjala mas-solvent. Sabiex tevita li tagħmel ir-ragħwa, ċaqlaq bil-mod wara r-rikostituzzjoni il-fjala li fiha l-komponent li ġie mnixxef u ffriżat rikostitwit ġol-komponent likwidu. Uża siringi u labar steriliżżati. Amministra l-prodott billi tinjetta doża waħda (2 ml) ġol-muskoli kull majjal fl-għonq fil-wesgħa ta’ wara l-widna.


    Dehra tal-prodott mediċinali veterinarju wara li jitħallat: Likwidu abjad, mhux trasparenti.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fil-friġġ (2 °C – 8 °C).

    Tifriżax


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta u fuq il-pakkett wara JIS.


    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jiġi rikostitwit skont kif rakkomandat: siegħa.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Kull persuna li għandha ħsieb timmanifattura, timporta, iżżomm, tbigħ, tipprovdi u/jew tuża dan il-prodott mediċinali veterinarju għandha l-ewwel tikkuntattja l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti dwar il-programmi ta’ tilqim fis-seħħ, minħabba li dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu pprojbiti fit-teritorju kollu

    ta’ Stat Membru jew f’parti minnu skont il-liġi nazzjonali.


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat: Laqqam biss annimali f’saħħithom.

    Il-presenza ta’ anti-korpi materni kontra l-virus tal-marda Aujeszky jista’ jkollha influwenza negattiva fuq

    ir-riżultat tat-tilqima.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Kull ħannus ta’ majjaliet ivvaċċinati għandu jieħu kwantità adegwata ta’ kolostrum u ħalib.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju

    lill-annimali:

    Aħsel u ddiżinfetta l-idejn u t-tagħmir użat wara l-użu.


    Għal min se juża:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Injezzjoni bi żball jew jekk tinjetta lilek innifsek bi żball jista' jirriżulta f'uġigħ kbir u nefħa speċjalment jekk tinjetta f'ġog jew saba’ u f'kazijiet rari jista’ jkun li titlef subgħajk jekk ma tingħatax għajnuna medika mill-ewwel. Jekk tigi injettat bi żball b'dan il-prodott mediċinali veterinarju, fittex għajnuna medika mill-ewwel, anke jekk ġie injettat ammont żgħir ħafna u ħu l-fuljett ta' tagħrif miegħek. Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn 12-il siegħa, wara l-eżami mediku, erġa' ħu parir mediku.


    Għat-tabib:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta’ dan il-prodott tista' tikkawza nefħa intensa, li tista’ per eżempju tikkawza nekrożi iskimika u anke l-bżonn li jinqata' xi saba’. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata MILL-EWWEL u jista’ jkun hemm bżonn li jinfetaħ is-saba’ u tiġi irrigata l-parti fejn seħħet l-injezzjoni, speċjalment fejn hemm il-laħam tas-saba’ jew l-għerq tal-muskolu.


    Tqala u treddigħ:

    Jista’ jintuża waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra jew forom oħra ta’ interazzjoni:

    M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin jekk jintuża flimkien ma’ kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Minbarra żjieda fir-reazzjoni tat-tessut fil-post fejn ingħatat l-injezzjoni, ma ġewx osservati effetti oħra mhux mixtieqa.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma’ ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW

    MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma

    jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    ).


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Is-sustanza attiva tistimula l-immunita’ attiva kontra l-Marda Aujeszky fil-majjali. Bir-rikostituzzjoni tal- immunogen fl-emulsjoni taż-żejt, l-istimulazzjoni tal-immunita’ wara l-injezzjoni, tiġi mtawwla. Il-frieħ ta’ dawk il-qżieqeż u majjaliet li jkunu imlaqqma, jiksbu immunita’ passiva mill-kolostrum u l-ħalib.


Il-karatteristika tal-gE- (glycoprotein E negative) tal-virus tal-vaċċin tagħmilha possibbli sabiex issir distinzjoni bejn l-antikorpi indotti permezz tat-tilqima b’dan il-prodott u dawk indotti permezz ta’ infezzjoni li tittieħed fil-beraħ bil-Virus tal-Marda Aujeszky, jekk il-vaċċin jintuża flimkien ma' eżami dijanjostiku xieraq. Għaldaqstant, il-prodott huwa adatt biex jintuża fi programmi maħsuba biex jeqirdu l- virus li jinstab fil-beraħ tal-Marda Aujeszky fil-majjali ibbażat fuq il-presenza jew l-assenza ta’ antikorpi kontra l-gE-antigen ta’ dak il-virus.


Kaxxa tal-kartun b’kunjett wieħed ta’ lijofiliżat (10 dożi) u kunjett wieħed ta’ 20 ml solvent. Kaxxa tal-kartun b’kunjett wieħed ta’ lijofiliżat (50 doża) u kunjett wieħed ta’ 100 ml solvent. Kaxxa tal-kartun b’kunjett wieħed ta’ lijofiliżat (100 doża) u kunjett wieħed ta’ 200 ml solvent. Kaxxa tal-kartun b’ 10 kunjetti ta’ lijofiliżat (10 dożi) u 10 kunjetti ta’ 20 ml solvent.

Kaxxa tal-kartun b’ 10 kunjetti ta’ lijofiliżat (50 doża) u 10 kunjetti ta’ 100 ml solvent.

Kaxxa tal-kartun b’ 10 kunjetti ta’ lijofiliżat (100 doża) u 10 kunjetti ta’ 200 ml solvent. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.