Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Filgrastim Hexal
filgrastim

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Filgrastim HEXAL 30 MU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest

Filgrastim HEXAL 48 MU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest

filgrastim


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik


Kif jidher Filgrastim HEXAL u l-kontenut tal-pakkett


Filgrastim HEXAL hu soluzzjoni ċara u bla kulur jew kemm kemm safra għall-injezzjoni jew infużjoni f’siringa mimlija għal-lest.


Filgrastim HEXAL hu disponibbli f’pakketti li fihom 1, 3, 5 jew 10 siringi mimlija għal-lest b’labra tal-injezzjoni bi jew mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


HEXAL AG

Industriestr. 25

83607 Holzkirchen Il-Ġermanja


Manifattur


Sandoz GmbH Biochemiestr. 10

6336 Langkampfen L-Awstrija


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}


.


-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


Struzzjonijiet dwar kif tinjetta lilek innifsek


Din is-sezzjoni fiha tagħrif dwar kif għandek tagħti injezzjoni ta’ Filgrastim HEXAL lilek innifsek. Huwa importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek ħlief jekk tkun ingħatajt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew l-infermiera tiegħek. Filgrastim HEXAL hu pprovdut bi jew mingħajr protezzjoni tas-sigurtà tal-labra, u t-tabib jew l-infermiera tiegħek ser juruk kif tużaha. Jekk m’intix ċert/a dwar kif tinjetta, jew jekk ikollok xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi it-tabib jew l-infermiera tiegħek biex jgħinuk.

  1. Aħsel idejk.

  2. Neħħi siringa waħda mill-pakkett u neħħi l-għatu protettiv minn fuq il-labra tal-injezzjoni.

    Is-siringi huma mnaqqxa bi ċrieki tal-gradwazzjoni sabiex jippermettu l-użu parzjali jekk ikun meħtieġ. Kull ċirku tal-gradwazzjoni jikkorrispondi għal volum ta’ 0.1 mL. Jekk ikun meħtieġ użu parzjali tas-siringa, neħħi s-soluzzjoni mhux mixtieqa qabel l-injezzjoni.

  3. Naddaf il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni billi tuża tajjara bl-alkoħol.

  4. Ifforma tiwja fil-ġilda billi toqros il-ġilda bejn is-saba’ l-kbir u s-saba’ l-werrej.

  5. Daħħal il-labra ġot-tiwja tal-ġilda b’azzjoni mgħaġġla u soda. Injetta s-soluzzjoni ta’ Filgrastim HEXAL taħt il-ġilda kif urik it-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    image

    Siringa mimlijagħal-lestmingħajrprotezzjonitas-sigurtà tal-labra


  6. Filwaqt li żżomm dejjem il-ġilda tiegħek maqrusa, agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti.

  7. Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u l-erħi l-ġilda.

  8. Poġġi s-siringa użata fir-reċipjent għar-rimi. Uża kull siringa għal injezzjoni waħda biss.


Siringamimlijagħal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra


image

  1. Filwaqt li żżomm il-ġilda tiegħek maqrusa, agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Ibqa agħfas il-planġer!

  2. Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra filwaqt li tkompli tagħfas il-planġer, u mbagħad erħi l-ġilda tiegħek.

  3. Erħi l-planġer. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra ser tiċċaqlaq malajr biex tgħatti l-labra.


  4. Armi kwalunkwe prodott mhux użat jew materjal għall-iskart. Uża biss kull siringa għal injezzjoni waħda.


-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


Is-soluzzjoni għandha tiġi eżaminata viżwalment qabel l-użu. Għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet li jkunu ċari u mingħajr partikuli. L-espożizzjoni aċċidentali għal temperaturi taħt iż-żero mhux ser taffettwa b’mod negattiv l-istabbiltà ta’ Filgrastim HEXAL.


Filgrastim HEXAL ma fih ebda preservattiv. Minħabba r-riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni mikrobjali, is-siringi b’Filgrastim HEXAL jintużaw darba biss.


Dilwizzjoni qabel l-għoti(mhuxtabilfors)


Jekk ikun meħtieġ, Filgrastim HEXAL jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni ta’ 50 mg/mL (5%) ta’ glucose. Filgrastim HEXAL m’għandux jiġi dilwit b’soluzzjonijiet ta’ sodium chloride.


Id-dilwizzjoni għal konċentrazzjoni finali ta’ < 0.2 MU/mL (2 μg/mL) mhijiex rakkomandata fi kwalunkwe ħin.


Għal pazjenti kkurati b’filgrastim dilwit għal konċentrazzjonijiet ta’ < 1.5 MU/mL (15 μg/mL),

l-albumina tas-serum uman (HSA) għandha tiġi miżjuda għal konċentrazzjoni finali ta’ 2 mg/mL.


Eżempju: F’volum finali 20 mL, dożi totali ta’ filgrastim inqas minn 30 MU (300 μg) għandhom jingħataw ma’ soluzzjoni ta’ 0.2 mL ta’ albumina tas-serum uman (Ph. Eur.) 200 mg/mL (20%).

Meta jkun dilwiti f’soluzzjoni ta’ 50 mg/mL (5%) ta’ glucose, filgrastim hu kompatibbli mal-ħġieġ u ma’ varjetà ta’ plastiks li jinkludu polyvinylchloride, polyolefin (copolymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.


Wara d-dilwizzjoni: L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni dilwita għall-infużjoni ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C sa 8°C. Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà tal-utent, u normalment ma jkunux itwal

minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, ħlief jekk id-dilwizzjoni ma tkunx saret f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vverifikati.


Kiftużas-siringamimlijagħal-lest bi protezzjoni tas-sigurtà tal-labra


Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra tgħatti l-labra biex jiġi evitat korriment ikkawżat mit-tingiż tal-labra.

Dan ma jaffettwax l-operat normali tas-siringa. Agħfas il-planġer bil-mod u b’mod konsistenti sakemm id-doża kollha tkun ingħatat u l-planġer ma jkunx jista’ jingħafas iktar. Filwaqt li tkompli tagħfas il-planġer, neħħi s-siringa mill-pazjent. Il-protezzjoni tas-sigurtà tal-labra ser tgħatti l-labra meta terħi l-planġer.


Kiftużas-siringamimlijagħal-lestmingħajrprotezzjonitas-sigurtà tal-labra


Agħti d-doża skont il-protokoll standard. Rimi

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.