Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Levetiracetam ratiopharm
levetiracetam

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Levetiracetam ratiopharm 250 mg pilloli miksija b’rita Levetiracetam ratiopharm 500 mg pilloli miksija b’rita Levetiracetam ratiopharm 750 mg pilloli miksija b’rita Levetiracetam ratiopharm 1000 mg pilloli miksija b’rita


levetiracetam


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel inti jew it-tifel/tifla tibdew tieħdu din il-mediċina peress li fih

informazzjoni importanti għalik.


  1. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Levetiracetam ratiopharm


    Tiħux Levetiracetam ratiopharm

    • Jekk inti allerġiku għal levetiracetam, derivattivi ta’ pyrrolidone jew għal xi sustanza oħra ta’

      din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Levetiracetam ratiopharm

    • Jekk int tbati minn problemi fil-kliewi, oqgħod fuq li jgħidlek it-tabib. Dan/din jista' jiddeċiedi

      li jbidillek id-doża.

    • Jekk tinnota li it-tifel/tifla tiegħek qed tikber iżjed bil-mod jew żvilupp tal-pubertà mhux

      mistenni, jekk jogħoġbok kellem lit-tabib tiegħek.

    • Numru żgħir ta’ nies fuq trattament b’mediċini ta’ kontra l-epilessija bħal Levetiracetam ratiopharm kellhom ħsibijiet li jweġġgħu jew joqtlu lilhom infushom. Jekk għandek xi sintomi ta’ depressjoni u/jew ħsibijiet ta’ suwiċidju, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.

    • Jekk għandek storja fil-familja jew storja medika ta’ ritmu tal-qalb irregolari (li jidher fuq elettrokardjogramma), jew jekk għandek marda u/jew tieħu trattament li jagħmlek suxxettibbli għal irregolaritajiet fit-taħbit tal-qalb jew żbilanċi fil-melħ.


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin jiggrava jew idum

      iktar minn ftit jiem:

    • Ħsibijiet anormali, tħossok irritabbli jew tirreaġixxi b’mod aktar aggressiv milli normalment tagħmel, jew jekk int jew il-familja u l-ħbieb tiegħek tindunaw b’bidliet importanti fil-burdata jew fl-imġiba.

    • Aggravar tal-epilessija

      F’każijiet rari, l-aċċessjonijiet tiegħek jistgħu jmorru għall-agħar jew iseħħu aktar ta’ spiss, l- aktar matul l-ewwel xahar wara l-bidu tat-trattament jew żieda fid-doża. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi ġodda waqt li tieħu Levetiracetam ratiopharm, ara tabib mill-aktar fis possibbli.


      Tfal u adolexxenti


    • Levetiracetam ratiopharm mhux indikat biex jintuża waħdu (monterapija) fit-tfal u adolexxenti

      taħt is-16-il sena.


      Mediċini oħra u Levetiracetam ratiopharm

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew jista’ jkun li ser

      tieħu xi mediċini oħra.


      Tieħux macrogol (mediċina li tintuża bħala lassativ) għal siegħa qabel u siegħa wara li tieħu levetiracetam għaliex dan jista’ jirriżulta f’ telf tal-effett tiegħu


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila jew qed tradda’, taħseb li inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, qabel tieħu din il-mediċina.

      Levetiracetam jista’ jintuża waqt it-tqala, biss jekk wara evalwazzjoni bir-reqqa t-tabib tiegħek jikkunsidra li hemm bżonn għalih.

      M’għandekx twaqqaf it-trattament tiegħek mingħajr qabel ma tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

      Riskju li jista’ jkun hemm difetti għat-tarbija ġol-guf ma jistax jiġi kompletament eskluż.

      Mhux irrikkmandat t-treddigħ waqt it-trattament.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Għaliex Levetiracetam ratiopharm jista' jħeddlek, Levetiracetam ratiopharm jista’ jkollu effett fuq l- ħila tiegħek li ssuq jew tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni. Dan jista' jiġri l-iżjed fil-bidu tat-trattament jew wara żieda fid-doża. M’għandekx issuq jew tuża magni sakemm ma jiġi stabbilit li ma jaffettwax il-ħila tiegħek li tagħmel dawn l-attivitajiet.


  2. Kif għandek tieħu Levetiracetam ratiopharm


    Għandek dejjemn tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Għandek tieħu n-numru ta’ pilloli skont l-istruzzjonijiet tat-tabib.

    Levetiracetam ratiopharm għandu jittieħed darbtejn kuljum, darba filgħodu u darba filgħaxija, madwar

    fl-istess ħin kuljum.


    Terapija Miżjuda u monoterapija (mill-età ta’ 16-il sena)


    • Adulti (≥18-il sena) u adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu 50 kg jew aktar:

      Doża rakkomandata: bejn 1000 mg u 3000 mg kuljum.

      Meta l-ewwel tibda tieħu Levetiracetam ratiopharm, it-tabib tiegħek ser jiktiblek doża aktar

      baxxa matul il-ġimagħtejn qabel ma jibdik fuq l-iżjed doża baxxa ta’ kuljum.

      Eżempju: jekk id-doża ta’ kuljum tiegħek hija maħsuba li tkun 1000 mg, id-doża tal-bidu mnaqqsa tiegħek hija pillola 1 ta’ 250 mg filgħodu u pillola 1 ta’ 250 mg filgħaxija, u d-doża se tiżdied bil-mod biex tilħaq 1000 mg kuljum wara ġimagħtejn.


    • Adolexxenti (12 sa 17-il sena) li jiżnu 50 kg jew anqas:

      It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-aktar forma farmaċewtika xierqa ta’ Levetiracetam ratiopharm skont il-piż u d-doża.


    • Doża fit-trabi (xahar sa 23 xahar) u tfal (2 sa 11-il sena) li jiżnu anqas minn 50 kg:

      It-tabib tiegħek ser jiktiblek l-aktar forma farmaċewtika xierqa ta’ Levetiracetam ratiopharm skont l-età, il-piż u d-doża.


      Soluzzjoni orali ta’ 100 mg/ml ta’ Levetiracetam ratiopharm hija l-għamla aktar adattata għat-trabi u t-

      tfal li għadhom m’għalqux 6 snin u fit-tfal u adolexxenti (minn 6 sa 17-il sena) li jiżnu inqas minn

      50 kg u meta bil-pilloli ma’ jistax ikollok dożaġġ eżatt.


      Kif jittieħed:

      Ibla’ l-pilloli miksija b’rita ta’ Levetiracetam ratiopharm ma’ ammont xieraq ta' likwidu (ez.tazza ilma). Tista’ tieħu Levetiracetam ratiopharm kemm mal-ikel kif ukoll mingħajr. Wara li jittieħed mill- ħalq levetiracetam jista’ jħalli togħma morra.


      Kemm għandu jdum it-trattament

    • Levetiracetam ratiopharm huwa użat bħala trattament għal marda kronika. Trid tibqa' tieħu

      Levetiracetam ratiopharm sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

    • Twaqqafx it-trattament jekk ma jgħidlekx it-tabib għax dan jista’ jżidlek l-aċċessjonijiet.


      Jekk tieħu Levetiracetam ratiopharm aktar milli suppost

      Effetti mhux mixtieqa li possibilment ikun hemm wara li jittieħed iżjed Levetiracetam ratiopharm milli suppost huma: ngħas, aġitazzjoni, aggressjoni, nuqqas ta’ viġilanza, inhibizzjoni ta’ nifs u koma. Għarraf lit-tabib tiegħek jekk ħadt iżjed Levetiracetam ratiopharm milli jmissek. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-aħjar trattament possibbli għat-trattament tal-overdose.


      Jekk tinsa tieħu Levetiracetam ratiopharm

      Għarraf it-tabib tiegħek jekk insejt tieħu doża waħda jew iżjed. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi pillola li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Levetiracetam ratiopharm:

      Jekk tkun ser twaqqaf it-trattament, għandek tnaqqas Levetiracetam ratiopharm bil-mod biex ma jkunx hemm żieda fl-aċċessjonijiet. Jekk it-tabib jiddeċidi li jwaqqaf it-trattament tiegħek b’Levetiracetam ratiopharm, huwa/hija jgħidlek kif għandek tnaqqas il-pilloli bil-mod.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  3. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament, jew mur l-eqreb departiment tal-emergenza, jekk inti

    tħoss:


    • Debbolizza, tħossok rasek qed iddur bik jew stordut jew ikollok diffikultà tieħu nifs, għaliex dawn jistgħu ikunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika (anafilletika) serja

    • Nefħa fil-wiċċ, xofftejn, ilsien u ġerżuma (edima ta’ Quincke)

    • Sintomi bħal ta’ riħ u raxx fuq il-wiċċ segwit minn raxx mifrux b’temperatura għolja, żieda fil- livelli tal-enżimi tal-fwied murija f’ testijiet tad-demm u żieda f’ tip ta’ ċellola tad-demm bajda (esinofilja) u tkabbir fin-nodi limfatiċi (Reazzjoni tad-Droga b’ Esinofilja u Sintomi Sistemiċi [DRESS])

    • Sintomi bħal volum tal-awrina baxx, għajja, dardir, rimettar, konfużjoni u nefħa fir-riġlejn, għekiesi jew fis-saqajn, għax dan jista’ jkun sinjal ta’ tnaqqis f’daqqa fil-funzjoni tal-kliewi

    • Raxx fil-ġilda li tista’ tifforma bżieżaq u li tkun tidher qisha marki tal-mira żgħar (tikka skura ċentrali mdawwra b’erja iżjed ċara, b’ ċirku skur max-xifer) (eritema multiforme)

    • Raxx mifrux bil-bżieżaq u ġilda titqaxxar, partikularment madwar il-ħalq, imnieħer, għajnejn u ġenitali (sindromu Stevens-Johnson)

    • Raxx iżjed severa li tikkawża t-tqaxxir tal-ġilda f’iżjed minn 30% tal-wiċċ tal-ġilda (nekrożi tossika epidermali)

    • Sinjali ta’ tibdil serju mentali jew jekk xi ħadd madwarek jinnota sinjali ta’ konfużjoni, nagħas,amneżija (telf ta’ memorja), impediment tal-memorja (tinsa), aġir abnormali jew xi sinjali newroloġiċi oħrajn inkuż movimenti involontarji jew mhux ikkontrollati. Dawn jistgħu ikunu sintomi ta’ enċefalopatija.


      L-iżjed effetti mhux mixtieqa rrappurtati huma nażofarinġite, nagħas, uġigħ ta’ ras, għajja u sturdament. Fil-bidu tat-trattament jew meta tiżdied id-doża, effetti mhux mixtieqa bħal ngħas, għeja u sturdament jistgħu jkunu iżjed komuni. Dawn l-effetti għandhom iżda jonqsu maż-żmien.


      Komuni ħafna: jista’ jaffettwa iżjed minn 1 f’10 persuni

    • nażofaringite;

    • nagħas, uġigħ ta’ ras.


      Komuni: jista' jaffettwa sa 1 f’10 persuni

    • anoressija (telf t’aptit);

    • depressjoni, ostilita` jew aggressjoni, anzjeta`, insomnja, nervożita` jew irritabilta`;

    • aċċessjonijiet, mard tal-bilanċ (mard tal-ekwilibru), sturdament (sensazzjoni ta’ ċaqliq), telqa,

      image

      (nuqqas ta’ enerġija u entużjażmu), rogħda (tirtogħod mingħajr ma trid);

    • vertigo (sensazzjoni li kollox idur bik);

    • sogħla;

    • uġigħ fl-addomenu, dijareja, dispepsja (indigistjoni), rimettar, dardir;

    • raxx;

    • astenja/għajja.


      Mhux komuni: jista’ jaffettwa sa 1 f’100 persuna

    • tnaqqis fin-numru ta’ plejtlets fid-demm, tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod fid-demm;

    • tnaqqis fil-piz, żieda fil-piz;

    • attentat ta’ suwiċidju u ħsibijiet ta’ suwiċidju, mġieba abnormali, alluċinazzjonijiet, rabja, konfużjoni, attakk ta’ paniku, instabilta` emozzjonali/tibdil fil-burdati, agitazzjoni;

    • amneżija (telf ta’ memorja),impediment tal- memorja (tinsa), ko-ordinazzjoni abnormali/ataxja

      (impediment fil-movimenti ko-ordinati), paraesteżja (tingiż), disturbi fl-attenzjoni (telf

      ta’konċentrazzjoni);

    • diplopja (viżjoni dopplja), viżjoni mċajpra;

    • valuri għolja/ abnormali fit-test tal-funzjoni tal-fwied;

    • telf ta’ xahar, ekżema, ħakk;

    • debolezza fil-muskoli, mijalġja (uġigħ fil-muskoli);

    • korriment.


      Rari: jista’ jaffettwa sa 1 f’1000 persuna

    • infezzjoni;

    • tnaqqis fin-numru tat-tipi kollha ta’ ċelloli tad-demm;

    • reazzjonijiet allerġiċi serji (DRESS, reazzjoni anafillattika [reazzjoni severa u importanti],

      edima ta’ Quinke [nefħa fil-wiċċ, xofftejn u griżmejn]);

    • tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ sodium fid-demm;

    • suwiċidju, mard tal-personalita` (problemi ta’ mġieba), ħsibijiet abnormali (ħsieb bil-mod, ma

      tistax tikkonċentra);

    • delirju;

    • enċefalopatija (ara sottosezzjoni “Għid lit-tabib tiegħek immedjatament” għal deskrizzjoni

      dettaljata tas-sintomi);

    • l-aċċessjonijiet jistgħu jmorru għall-agħar jew iseħħu aktar ta’ spiss;

    • spażmi fil-muskoli inkontrollablili jaffetwaw ir-ras, it-torso u d-dirgħajn u r-riġlejn, diffikulta`

      biex tikkontrolla l-movimenti, iperkineżja (iperattivita`);

    • tibdil fir-ritmu tal-qalb (Elettrokardjogramma);

    • pankreatite;

    • insuffiċjenza tal-fwied, epatite;

    • tnaqqis f’daqqa fil-funzjoni tal-kliewi;

    • raxx fil-ġilda, li jista’ jifforma bżieżaq u li jidher qisu targi żgħar (tikek ċentrali skuri mdawwra b’erja iżjed pallida, b’ċirku skur mat-tarf) (erythema multiforme), raxx diffuz bil-bżieżaq u ġilda li titqaxxar, partikolarrment madwar il-ħalq, mnieħer, għajnejn u l-ġenitali (sindrome ta’ Stevens-Johnson), u forma iżjed severa li tikkawża ġilda li titqaxxar f’iżjed minn 30% tal-wiċċ tal-ġilda (nekroliżi tossiku epidermali);

    • rabdomilożi (it-tkissir tat-tessut tal-muskoli) u żieda assoċjata fil-creatinine phosphokinase fid-

      demm. Il-prevalenza hija sinifikament ogħla fil-pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi;

    • mixi mzappap jew diffikultà biex timxi;

    • kombinazzjoni ta’ deni, ebusija tal-muskoli, pressjoni tad-demm u rata tal-qalb mhux stabbli, konfużjoni, livell baxx ta’ kuxjenza (jistgħu jkunu sinjali ta’ disturb imsejjaħ sindrome malinn newrolettiku). Il-prevelanza hija ferm ogħla f’pazjenti Ġappuniżi meta mqabbla ma’ pazjenti mhux Ġappuniżi.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  4. Kif taħżen Levetiracetam ratiopharm


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kaxxa u l-folja, wara EXP. Id-data ta’

    skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il- mediċina m’għandhiex bżonn xi kundizzjonijiet speċjali ta’ ħażna.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  5. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Levetiracetam ratiopharm

Is-sustanza attiva hi levetiracetam.


Pillola miksija b’rita ta’ Levetiracetam ratiopharm 250 mg fiha 250 mg levetiracetam. Pillola miksija b’rita ta’ Levetiracetam ratiopharm 500 mg fiha 500 mg levetiracetam. Pillola miksija b’rita ta’ Levetiracetam ratiopharm 750 mg fiha 750 mg levetiracetam. Pillola miksija b’rita ta’ Levetiracetam ratiopharm 1000 mg fiha 1000 mg levetiracetam.


Is-sustanzi l-oħra huma:


Il-qalba tal-pillola:

Macrogol 6000, Colloidal anhydrous silica, Crospovidone, Cellulose powdered, Magnesium stearate.


Il-kisja tal-pillola:

Levetiracetam ratiopharm 250 mg

Poly(vinyl alcohol), Titanium dioxide (E171), Macrogol, Talc, Blue indigo carmine aluminaluminium lake ( E132)


Levetiracetam ratiopharm 500 mg

Hypromellose (E464), Microcrystalline cellulose (E460), Macrogol 40 stearate type I, Anatase titanium dioxide (E171), Yellow Iron Oxide (E172)


Levetiracetam ratiopharm 750 mg

Hypromellose (E464), Microcrystalline cellulose (E460), Macrogol 40 stearate type I, Anatase titanium dioxide (E171), Yellow Iron Oxide (E172), Red Iron Oxide (E172)


Levetiracetam ratiopharm 1000 mg

Hypromellose (E464), Microcrystalline cellulose (E460), Macrogol 40 stearate type I, Titanium dioxide (E171)


Id-Dehra ta’ Levetiracetam ratiopharm u l-kontenuti tal-pakkett


Levetiracetam ratiopharm 250 mg

Il-pilloli miksija b’rita huma ta’ lewn blu, tawwalin u mnaqqxin fuq naħa waħda u jiġu f’pakketti ta’ 20, 30, 50, 60 jew 100 pillola miksija b’rita jew pakketti multipli ta’ 200 (2 pakketti ta’ 100) pillola miksija b’rita.


Levetiracetam ratiopharm 500 mg

Il-pilloli miksijin b’rita huma sofor, ovali u mnaqqxin fuq naħa waħda u jiġu f’pakketti ta’ 10, 20, 30, 50, 60 jew 100 pillola miksija b’rita jew pakketti multipli ta’ 120 (2 pakketti ta’ 60) jew 200

(2 pakketti ta’ 100) pillola miksija b’rita.


Levetiracetam ratiopharm 750 mg

Il-pilloli miksijin b’rita huma ta’ kulur aħmar ċar, tawwalin u mnaqqxin fuq iż-żewġ naħat u jiġu f’pakketti ta’ 20, 30, 50, 60, 80 jew 100 pillola miksija b’rita jew pakketti multipli ta’ 200 (2 pakketti ta’ 100) pillola miksija b’rita.


Levetiracetam ratiopharm 1000 mg

Il-pilloli miksijin b’rita huma ta’ kulur abjad, tawwalin u mnaqqxin fuq iż-żewġ naħat u jiġu f’pakketti ta’ 10, 20, 30, 50, 60 jew 100 pillola miksija b’rita jew pakketti multipli ta’ 200 (2 pakketti ta’ 100) pillola miksija b’rita.


Il-pilloli jistgħu jinqasmu f’żewġ partijiet ugwali.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

ratiopharm GmbH Graf-Arco-Straße 3

89079 Ulm

Il-Ġermanja

Email: info@ratiopharm.de


Il-Manifattur

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tel./Tél.: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg ratiopharm GmbH Allemagne/Deutschland Tél/Tel: +49 73140202


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland ratiopharm GmbH Tel: +49 73140202

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel.: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E.

Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U. Tél: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp.z.o.o Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

ratiopharm, Comércio e Indústria de Produtos Farmacêuticos Lda.

Tel: +351 214767550

Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E.

Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{xahar/SSSS}


Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall

il-Mediċini https://www.ema.europa.eu