Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Eurican Herpes 205
Canine herpes vaccine (inactivated subunit)


FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT:

Eurican Herpes 205 trab u solvent għal emulsjoni għall-injezzjoni


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ : Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH 55216 Ingelheim/Rhein

    IL-ĠERMANJA


    Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq: Boehringer Ingelheim Animal Health France SCS Laboratoire Porte des Alpes

    Rue de l’Aviation 69800 Saint Priest

    Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Eurican Herpes 205 trab u solvent għal emulsjoni għall-injezzjoni


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

    Għal kull doża ta’ ml Lijofiliżat

    Sustanza attiva

    Antiġeni tal-herpesvirus fil-klieb (F205 strain) 0.3 sa 1.75 µg*

    *espressi f’µg ta’ glicoproteini gB


    Solvent:

    Aġġuvant

    Żejt paraffin ħafif 224.8 sa’ 244.1 mg


    Lijofiliżat : Pritkuna bajda

    Solvent: emulsjoni bajda omoġena


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Immunizzazzjoni attiva ta’ klieb nisa tqal biex tipprevjeni l-mortalità, sinjali kliniċi u leżjonijiet fil- ġriewi kkaġunati mill-infezzjonijiet tal-herpesvirus fil-klieb miksuba fl-ewwel ftit ġranet tal-ħajja.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Il-vaċċin jista’ komunament jikkawża edema li tgħaddi fil-post tal-injezzjoni. Dawn ir-reazzjonijiet is-soltu jinżlu fi żmien ġimgħa.


    Rarament jista’ jkun hemm reazzjonijiet ta’ ipersensittività. Kura xierqa sintomatika għanda tiġi

    amministrata.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali kkurati li juru effett(i) mhux mixtieq(a))

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ikkurat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ikkurat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ikkurat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ikkurat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra anke dawk mhux elenkati diġà f’dan il-fuljett tal-pakkett, ,

    jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Wara r-rikostituzzjon tat-trab mas-solvent, injetta doża waħda (1 ml) tal-vaċcin taħt il-ġilda, skont l- iskeda li ġejja:

    L-ewwel injezzjoni: Jew meta l-kelba tkun sħuna jew minn seba’ sa għaxart ijiem wara d-data li

    suppost ġiet mgħammra.

    It-tieni injezzjoni: ġimgħa sa ġimgħatejn qabel id-data li l-kelba għandha twelled.

    Il-kumplament tat-tilqim: Waqt kull tqala, skont l-istess skeda.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    B’mod asettiku rrikostitwixxi l-kontenut tat-trab mas-solvent provvdut ma’ dan il-vaċċin. Il-kontenut rikostitwit ikun emulsjoni qisha ħalib.


  10. PERJODU(I) TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen fil-friġġ (2°C – 8°C ).

    Tiffriżax.

    Ipproteġi mid-dawl.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jiġi imħallat skont kif rakkomandat:uża immedjatament .

    Tużax dan il prodott veterinarju mediċinali wara d-data tal-iskadenza miktuba fuq it-tikketta wara ”EXP”.

  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott:

    Laqqam biss annimali f’saħħithom.

    L-infezzjoni CHV fil-klieb nisa tista’ tikkawża abort jew twelid prematur bħala riżultat, il-protezzjoni tal-kelba kontra l-infezzjoni ma ġietx studjata għal dan il-vaċċin. Sabiex limmunità tiġi mgħotija lill-

    ġriewi, ammont suffiċjenti ta’ kolostrum huwa meħtieġ.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Xejn.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:

    Għal min se juża:

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Injezzjoni aċċidentali jew jekk tinjetta lilek innifsek jista’ jirriżulta f’uġigħ kbir u nefħa specjalment jekk tinjetta f’ġog jew subgħa u f’każijiet rari jista’ jkun il-kawża li jkollok taqta’ subgħak jekk ma tikkonsultax tabib mal-ewwel.

    Jekk tiġi injettat bi żball b’dan il-prodott, fittex għajnuna medika, anke jekk ammont żgħir ħafna ġie injettat u ħu l-fuljett ta’ informazzjoni li jinsab fil-pakkett miegħek.

    Jekk l-uġigħ idum għal aktar minn tnax–il siegħa wara l-eżami mediku, erġa’ kellem lit-tabib.


    Għat-Tabib:

    Dan il-prodott fih żejt minerali. Anke jekk ġew injettati ammonti żgħar, injezzjoni bi żball ta’ dan il- prodott tista’ tikkawza nefħa intensa, li tista’ per eżempju tikkawża nekrożi iżkimika u anke l-bżonn li jinqata’ xi subgħa. Attenzjoni minn kirurgu espert għandha tingħata MAL-EWWEL u jista’ jkun hemm bżonn li jinfetaħ is-subgħa u tiġi irrigata l-parti fejn seħħet l-injezzjoni, speċjalment fejn hemm il-laħam tas-subgħa u t-tendin tal-muskolu.


    Tqala u treddigħ:

    Dan il-vaċċin huwa speċifikament indikat għal waqt it-tqala.


    Interazzjoni (ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni)

    image

    image

    M’'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin metajekk jintuża flimkien makwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor.

    Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    L-ebda effetti mhux mixtieqa ħlief dawk elenkati f’sezzjoni “Effetti mhux mixtieqa” ma ġew

    osservati wara l-amministrazzjoni ta’ diversi dożi.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma xi prodott veterinarju mediċinali ieħor ħlief is-solvent provvdut għall-użu mal-prodott veterinarju mediċinali.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott veterinarju mediċinali tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini https://www.ema.europa.eu/.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Subunit ta’ vaċċin ippurifikat għall-immunizzazzjoni attiva ta’ klieb nisa tqal biex jinduċi immunità

passiva fil-ġriewi kontra l-marda fil-frieħ tat-twelid ikkaġunata mill-herpesvirus.


Kaxxa ta’ 2 x flixkun, 2 x 10 fliexken u 2 x 50 flixkun. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Sabiex jiġu mogħtija biss bi preskrizzjoni veterinarja.