Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cubicin
daptomycin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Cubicin 350 mg trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni

daptomycin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tqala u treddigħ

Cubicin normalment ma jingħatax lin-nisa waqt it-tqala. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel

tingħata din il-mediċina.


M’għandekx tredda’ jekk qed tirċievi Cubicin minħabba li huwa jista’ jgħaddi ġol-ħalib tas-sider tiegħek u jista’ jaffettwa lit-tarbija.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Cubicin m’għandu l-ebda effetti magħrufa dwar il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.


Cubicin fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  1. Kif jingħatalek Cubicin


    Cubicin normalment jingħatalek minn tabib jew infermier.


    Adulti (18-il sena u aktar)

    Id-doża li tingħatalek tiddependi fuq il-piż ta’ ġismek u t-tip ta’ infezzjoni li qed tiġi kkurata. Id-doża tas-soltu għall-adulti hija ta’ 4 mg għal kull kilogramma (kg) tal-piż tal-ġisem darba kuljum għall- infezzjonijiet tal-ġilda jew 6 mg għal kull kg piż tal-ġisem darba kuljum għal infezzjoni fil-qalb jew infezzjoni fid-demm assoċjata ma’ infezzjoni fil-ġilda jew fil-qalb. F’pazjenti adulti, din id-doża tingħata direttament fid-demm (ġo vina) jew bħala infużjoni li ddum madwar 30 minuta inkella bħala injezzjoni li ddum madwar 2 minuti. L-istess doża hija irrikkmandata f’persuni li għandhom ’l fuq minn 65 sena bil-kundizzjoni li l-kliewi tagħhom ikunu qed jaħdmu sew.

    Jekk il-kliewi tiegħek ma jaħdmux sewwa, inti tista’ tirċievi Cubicin anqas frekwenti, eż. darba kull jumejn. Jekk inti qed tirċievi d-dijalisi, u d-doża li jmiss ta’ Cubicin tkun fil-jum tad-dijalisi, is-soltu

    inti tingħata Cubicin wara s-sessjoni tad-dijalisi.


    Tfal u adoloxxenti (minn sena sa 17-il sena)

    Id-doża għal tfal u adoloxxenti (minn sena sa 17-il sena) tiddependi fuq l-età tal-pazjent u t-tip ta’ infezzjoni li qed tiġi ttrattata. Din id-doża tingħata direttament fid-demm (ġo vina), bħala infużjoni li

    ddum 30-60 minuta.


    Kors ta’ kura normalment idum minn ġimgħa sa ġimagħtejn għal infezzjonijiet tal-ġilda. Għal infezzjonijiet fid-demm jew fil-qalb u infezzjonijiet fil-ġilda t-tabib tiegħek jiddeċiedi kemm għandek iddum tirċievi l-kura.


    Istruzzjonijiet dettaljati dwar l-użu u l-immaniġġar tal-mediċina qed jingħataw fl-aħħar tal-fuljett.

  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-aktar effetti sekondarji serji huma deskritti hawn taħt:


    Effetti sekondarji serji bil-frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-

    data disponibbli)

    • Reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva (reazzjoni allerġika serja li tinkludi anafilassi u anġjoedima) kienet irrappurata f’xi każijiet waqt l-għoti ta’ Cubicin. Din ir-reazzjoni allerġika serja teħtieġ attenzjoni medika immedjata. Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih jekk ikollok xi sintomu minn dawn li ġejjin:

      • Uġigħ jew għafis f’sidrek,

      • Raxx jew ħorriqija,

      • Nefħa mad-dawra ta’ griżmejk,

      • Polz mgħaġġel jew dgħajjef,

      • Tħarħir,

      • Deni,

      • Tkexkix jew tregħid,

      • Fwawar ta’ sħana,

      • Sturdament,

      • Ħass ħażin,

      • Togħma ta’ metall.

    • Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss xi uġigħ, sensittività jew dgħufija fil-muskoli mingħajr spjegazzjoni. Problemi tal-muskoli jistgħu jkunu serji, inkluż id-diżintegrazzjoni tal-

      muskoli (rabdomijolisi) li tista’ twassal għal ħsara fil-kliewi. Effetti sekondarji serji oħra li ġew irrappurtati bl-użu ta’ Cubicin huma:

    • Disturb rari iżda li jista’ jkun serju fil-pulmuni msejjaħ pulmonite eosinofilika, l-aktar wara aktar minn ġimagħtejn ta’ trattament. Is-sintomi jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs, sogħla ġdida jew li tmur għall-agħar, jew deni ġdid jew li jmur għall-agħar.

    • Disturbi serji fil-ġilda. Is-sintomi jistgħu jinkludu:

      • deni ġdid jew li jmur għall-agħar,

      • dbabar ħomor imqabbża jew mimlijin bil-fluwidu fil-ġilda li jistgħu jibdew f’abtek jew fiż-żona ta’ sidrek jew fil-parti ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa (groin) u li jistgħu jinfirxu fuq parti kbira tal-ġisem tiegħek,

      • infafet jew selħiet f’ħalqek jew fil-ġenitali tiegħek.

    • Problema serja fil-kliewi. Is-sintomi jistgħu jinkludu deni u raxx.

      Jekk ikollok dawn is-sintomi għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih. It-tabib tiegħek jagħmillek testijiet addizzjonali biex jagħmel dijanjosi.


      L-aktar effetti sekondarji frekwenti rrappurtati huma deskritti hawn taħt:


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10)

    • Infezzjonijiet tal-moffa bħal traxx,

    • Infezzjoni fl-apparat tal-awrina,

    • Tnaqqis fl-ammont ta’ ċelloli ħomor fid-demm (anemija),

    • Sturdament, ansjetà, tbati biex torqod,

    • Uġigħ ta’ ras,

    • Deni, dgħufija (astenja),

    • Pressjoni togħla jew titbaxxa,

    • Stitikezza, uġigħ fl-addome,

    • Dijarea, tħoss tqalligħ (dardir) jew taqla’ (rimettar),

    • Gass fl-istonku,

    • Nefħa fl-addome jew tħossok minfuħ,

    • Raxx tal-ġilda jew ħakk,

    • Uġigħ, ħakk jew ħmura fis-sit mnejn tingħata l-infużjoni,

    • Uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn,

    • Testijiet tad-demm li juru li għandek livelli ogħla ta’ enzimi tal-fwied jew creatine phosphokinase (CPK).


      Effetti sekondarji oħrajn li jistgħu jseħħu wara trattament b’Cubicin huma deskritti hawn taħt:


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 100)

    • Disturbi tad-demm (eż. żieda fin-numru ta’ partiċelli żgħar tad-demm imsejħa plejtlits, li jistgħu jżidu t-tendenza tad-demm biex jagħqad, jew livelli ogħla ta’ ċerti tipi ta’ ċelluli bojod tad-

      demm),

    • Tnaqqis fl-aptit,

    • Tingiż jew tnemnim tal-idejn jew saqajn, disturbi fit-togħma,

    • Tregħid,

    • Tibdil fir-ritmu tal-qalb, fwawar,

    • Indiġestjoni (dispepsja), infjammazzjoni tal-ilsien,

    • Raxx tal-ġilda bil-ħakk,

    • Uġigħ, bugħawwieġ jew dgħufija fil-muskoli, infjammazzjoni tal-muskoli (mijositi), uġigħ fil- ġogi,

    • Problemi fil-kliewi,

    • Infjammazzjoni u irritazzjoni fil-vaġina,

    • Uġigħ ġenerali jew dgħufija, għeja,

    • Test tad-demm juri żidiet fil-livelli ta’ zokkor fid-demm, krejatinina fis-serum, mijoglobina, jew lactate dehydrogenase (LDH), id-demm idum aktar biex jagħqad, jew żbilanċ fl-elettroliti,

    • Ħakk fl-għajnejn.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna f’kull 1,000)

    • Il-ġilda u l-għajnejn jisfaru,

    • Titwil fil-ħin tal-prothrombin.


      Frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

      Kolite assoċjata ma’ antibatteriċi, inkluż kolite tas-psewdomembrana (dijarea qawwija jew persistenti li tinkludi d-demm u/jew il-mukus, akkumpanjata b’uġigħ fl-addome jew deni), titbenġel faċilment, ħruġ ta’ demm mill-ħniek, jew l-imnieħer jinfaġar.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Cubicin


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq it-tikketta wara EXP/JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Aħżen fi friġġ (2 °C – 8 °C).


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Cubicin

Kif jidher Cubicin u l-kontenut tal-pakkett

Cubicin trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew għall-infużjoni jiġi bħala trab jew trab magħqud, isfar ċar għal kannella ċar f’kunjett tal-ħġieġ. Jitħallat ma’ solvent biex jifforma likwidu qabel jingħata.


Cubicin jiġi f’pakketti li jkun fihom kunjett 1 jew 5 kunjetti.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39

2031 BN Haarlem L-Olanda


Manifattur FAREVA Mirabel Route de Marsat Riom

63963, Clermont-Ferrand Cedex 9 Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Belgique/België/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00

hungary_msd@merck.com


Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 4482 4000

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD Sharp & Dohme GmbH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 0)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@ msd.no


Ελλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Τηλ: +30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com

España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp.z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com


France

MSD France

Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com


Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: +40 21 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 299 8700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204 201

msd_slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Ιtalia

MSD Italia S.r.l.

Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364224

msd_lv@merck.com.

United Kingdom (Northern Ireland)

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfoNI@msd.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS} ><{xahar SSSS} >.


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa


Importanti: Jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott qabel tikteb riċetta għalih. Struzzjonijiet dwar l-użu u l-imaniġġar

Preparat tat-350 mg:


Fl-adulti daptomycin jista’ jingħata fil-vini bħala infużjoni fuq perjodu ta’ 30 minuta jew bħala injezzjoni fuq 2 minuti. B’differenza mill-adulti, daptomycin m’għandux jingħata permezz ta’ injezzjoni fuq perjodu ta’ 2 minuti f’pazjenti pedjatriċi. Pazjenti pedjatriċi li għandhom minn 7 snin sa 17-il sena għandhom jirċievu daptomycin infuż fuq perjodu ta’ 30 minuta. F’pazjenti pedjatriċi li għandhom inqas minn 7 snin li jkunu qed jirċievu doża ta’ 9-12-il mg/kg, daptomycin għandu jingħata fuq perjodu ta’ 60 minuta. Il-preparazzjoni tas-soluzzjoni għall-infuzjoni teħtieġ dilwizzjoni addizzjonali kif imfisser hawn taħt.


Cubicin mogħti bħala infużjoni fil-vina fuq perjodu ta’ 30 jew 60 minuta


Konċentrazzjoni ta’ 50 mg/ml ta’ Cubicin għall-infużjoni tinkiseb meta tħallat il-prodott lajofilizzat ma’ 7 ml ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9 %) soluzzjoni għall-injezzjoni.


Il-prodott lajofilizzat jieħu madwar 15-il minuta biex jinħall. Il-prodott rikostitwit kompletament jidher trasparenti u jista’ jkun li ikollu xi ftit bżieżaq żgħar jew ragħwa madwar ix-xifer tal-kunjett.


Biex tipprepara Cubicin għal infużjoni fil-vina, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet li ġejjin:

Meta Cubicin lajofilizzat jiġi rikostitwit jew iddilwit, għandha tintuża teknika asettika f’kull parti tal- proċess.


Għar-Rikostituzzjoni:

  1. L-għatu tal-polypropylene li tiftħu b’daqqa ta’ saba’ għandu jitneħħa sabiex jikxef il-partijiet tan-nofs tat-tapp tal-gomma. Imsaħ il-parti ta’ fuq tat-tapp tal-gomma bi swab tal-alkoħol jew

    soluzzjoni antisettika oħra u ħalli t-tapp jinxef. Wara li tnaddaf it-tapp tal-gomma, tmissux u

    tħallihx imiss ma’ wiċċ ieħor. Iġbed 7 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride

    9 mg/ml (0.9 %) ġo siringa bl-użu ta’ labra ta’ trasferiment sterili b’dijametru ta’ 21 gejġ jew inqas, jew f’apparat mingħajr labra, imbagħad injettaha bil-mod min-nofs tat-tapp tal-gomma fil-kunjett u mmira l-labra lejn il-ġenb tal-kunjett.

  2. Il-kunjett għandu jiddawar bil-mod sabiex ikun żgurat li l-prodott kollu jixxarrab u mbagħad jitħalla joqgħod għal 10 minuti.

  3. Fl-aħħar, il-kunjett għandu jiddawwar/jitbandal b’mod ċirkolari bil-mod għal ftit minuti skont kemm ikun hemm bżonn sabiex tinkiseb taħlita ta’ soluzzjoni rikostitwita ċara. Evita li

    tħallat/tħawwad bil-qawwi biex tevita li l-prodott itella’ r-ragħwa.

  4. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tiġi ċċekkjata bir-reqqa biex ikun żgurat li l-prodott ikun inħall u miflija sabiex ikun aċċertat li m’hemmx xi frak qabel l-użu. Is-soluzzjoniet rikostitwiti

    ta’ Cubicin ivarjaw fuq medda ta’ kuluri minn isfar ċar għall-kannella ċar.

  5. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha mbagħad tiġi dilwita b’sodium chloride 9 mg/ml (0.9 %) (bħala regola volum ta’ 50 ml).


Għad-Dilwizzjoni:

  1. Bil-mod neħħi l-likwidu rrikostitwit li suppost (50 mg daptomycin/ml) mill-kunjett bl-użu ta’ labra sterili ġdida li għandha dijametru ta’ 21 gejġ jew inqas billi taqleb il-kunjett ta’ taħt fuq

    sabiex tħalli s-soluzzjoni tinżel lejn it-tapp. Filwaqt li tuża siringa ġdida, daħħal il-labra ġol- kunjett maqlub ta’ taħt fuq. Filwaqt li żżomm il-kunjett maqlub, poġġi l-ponta tal-labra fil-qiegħ

    nett tas-soluzzjoni ġol-kunjett meta tkun qed tiġbed is-soluzzjoni għal ġos-siringa. Qabel ma tneħħi l-labra mill-kunjett, iġbed il-planġer kollu kemm hu l-barra sat-tarf tal-bettija tas-siringa biex tneħħi s-soluzzjoni meħtieġa mill-kunjett maqlub.

  2. Neħħi l-arja, il-bżieżaq kbar, u kull soluzzjoni żejda biex tikseb id-doża meħtieġa.

  3. Ittrasferixxi d-doża rrikostitwita meħtieġa ġo 50 ml sodium chloride 9 mg/ml (0.9 %).

  4. Is-soluzzjoni rrikostitwita u ddilwita għandha mbagħad tingħata bħala infużjoni fil-vina fuq perjodu ta’ 30 jew 60 minuta.


Cubicin mhuwiex kompatibbli fiżikament jew kimikament ma’ soluzzjonijiet li fihom glucose.

Dawn li ġejjin intwerew li kienu kompatibbli meta miżjuda ma’ soluzzjonijiet tal-infużjoni li kien fihom Cubicin: aztreonam, ceftazidime, ceftriaxone, gentamicin, fluconazole, levofloxacin, dopamine, heparin u lidocaine.


Il-ħin tal-ħażna kkombinat (soluzzjoni rrikostitwita fil-kunjett u soluzjoni dilwita fil-borża tal- infużjoni) f’temperatura ta’ 25 °C ma jridx jaqbeż it-12-il siegħa (jew l-24 siegħa jekk ikun fil-friġġ).


L-istabbiltà tas-soluzzjoni dilwita fil-boroż tal-infużjoni hija stabbilita bħala 12-il siegħa f’temperatura ta’ 25 °C jew 24 siegħa jekk tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2 °C – 8 °C.


Cubicin mogħti bħala injezzjoni ta’ 2 minuti fil-vina (pazjenti adulti biss)


L-ilma m’għandux jintuża għar-rikostituzzjoni ta’ Cubicin għal injezzjoni ġol-vina. Cubicin għandu jiġi rrikostitwit biss b’ 9 mg/ml (0.9 %) sodium chloride.


Konċentrazzjoni ta’ 50 mg/ml ta’ Cubicin għall-injezzjoni tinkiseb billi tirrikostitwixxi l-prodott lajofilizzat b’7 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9 %) sodium chloride.


Il-prodott lajofilizzat jieħu madwar 15-il minuta biex jinħall. Il-prodott irrikostitwit kompletament jidher ċar u jista’ jkollu xi ftit bżieżaq żgħar jew ragħwa madwar ix-xifer tal-kunjett.


Biex tipprepara Cubicin għal injezzjoni fil-vina, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet li ġejjin: Meta Cubicin lajofilizzat jiġi rikostitwit, għandha tintuża teknika asettika f’kull parti tal-proċess.

  1. L-għatu tal-polypropylene li tiftħu b’daqqa ta’ saba’ għandu jitneħħa sabiex jikxef il-partijiet

    tan-nofs tat-tapp tal-gomma. Imsaħ il-parti ta’ fuq tat-tapp tal-gomma bi swab tal-alkoħol jew soluzzjoni antisettika oħra u ħalli t-tapp jinxef. Wara li tnaddaf it-tapp tal-gomma, tmissux u tħallihx imiss ma’ wiċċ ieħor. Iġbed 7 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride

    9 mg/ml (0.9 %) ġo siringa bl-użu ta’ labra ta’ trasferiment sterili b’dijametru ta’ 21 gejġ jew inqas, jew f’apparat mingħajr labra, imbagħad injettaha bil-mod min-nofs tat-tapp tal-gomma

    fil-kunjett u mmira l-labra lejn il-ġenb tal-kunjett.

  2. Il-kunjett għandu jiddawar bil-mod sabiex ikun żgurat li l-prodott kollu jixxarrab u mbagħad jitħalla joqgħod għal 10 minuti.

  3. Fl-aħħar, il-kunjett għandu jiddawwar/jitbandal b’mod ċirkolari bil-mod għal ftit minuti skont kemm ikun hemm bżonn sabiex tinkiseb soluzzjoni rikostitwita ċara. Evita li tħallat/tħawwad

    bil-qawwi biex tevita li l-prodott itella’ r-ragħwa.

  4. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha tiġi ċċekkjata bir-reqqa biex ikun żgurat li l-prodott ikun inħall u miflija sabiex ikun aċċertat li m’hemmx xi frak qabel l-użu. Is-soluzzjoniet rikostitwiti

    ta’ Cubicin ivarjaw fuq medda ta’ kuluri minn isfar ċar għall-kannella ċar.

  5. Neħħi bil-mod il-likwidu rikostitwit (50 mg daptomycin/ml) mill-kunjett bl-użu ta’ labra sterili b’dijametru ta’ 21 gejġ jew inqas.

  6. Aqleb il-kunjett ta’ taħt fuq sabiex tħalli s-soluzzjoni tinżel lejn it-tapp. Filwaqt li tuża siringa

    ġdida, daħħal il-labra ġol-kunjett maqlub ta’ taħt fuq. Filwaqt li żżomm il-kunjett maqlub, poġġi l-ponta tal-labra fil-qiegħ nett tas-soluzzjoni ġol-kunjett meta tkun qed tiġbed is-soluzzjoni għal ġos-siringa. Qabel ma tneħħi l-labra mill-kunjett, iġbed il-planġer kollu kemm hu l-barra sat-tarf tal-bettija tas-siringa biex tneħħi s-soluzzjoni kollha mill-kunjett maqlub.

  7. Ibdel il-labra b’labra ġdida għall-injezzjoni ġol-vina.

  8. Neħħi l-arja, il-bżieżaq kbar, u kull soluzzjoni żejda biex tikseb id-doża meħtieġa.

  9. Is-soluzzjoni rrikostitwita għandha mbagħad tiġi injettata ġol-vina bil-mod fuq perjodu ta’ żewġ minuti.


L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni mħallta fil-kunjett intweriet għal 12-il siegħa f’temperatura ta’ 25 °C u sa 48 siegħa jekk tinħażen fi friġġ (2 °C – 8 °C).

Madankollu, mil-lat mikrobijoloġiku, dan il-prodott għandu jintuża mill-ewwel. Jekk ma jintużax mill- ewwel, il-ħinijiet tal-ħażna waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jużah u normalment ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’temperatura bejn 2 °C – 8 °C, sakemm r-rikostituzzjoni/dilwizzjoni ma tkunx saret f’post b’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati.


Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija hawn fuq.


Il-kunjetti ta’ Cubicin huma għal użu ta’ darba biss. Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa wara l-użu tal-prodott għandu jintrema.