Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Jinarc
tolvaptan

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Jinarc 15 mg pilloli Jinarc 30 mg pilloli Jinarc 45 mg pilloli Jinarc 60 mg pilloli Jinarc 90 mg pilloli


Tolvaptan


image Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Jinarc u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jinarc

  3. Kif għandek tieħu Jinarc

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Jinarc

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Jinarc u għalxiex jintuża


    Jinarc fih is-sustanza attiva tolvaptan li timblokka l-effett ta’ vasopressin, ormon involut fil- formazzjoni ta’ ċesti fil-kliewi ta’ pazjenti li għandhom ADPKD. Billi jimblokka l-effett ta’ vasopressin, Jinarc inaqqas l-iżvilupp ta’ ċesti fil-kliewi f’pazjenti b’ADPKD, inaqqas is-sintomi tal- marda u jżid il-produzzjoni tal-awrina.


    Jinarc huwa mediċina li tintuża biex tikkura marda msejħa “marda poliċistika tal-kliewi awtosomalment dominanti” (ADPKD - autosomal dominant polycystic kidney disease). Din il-marda tikkawża t-tkabbir ta’ ċesti mimlija bi fluwidu fil-kliewi, li jagħmlu pressjoni fuq tessuti tal-madwar u jnaqqsu l-funzjoni tal-kliewi, b’possibbiltà li jwasslu għal insuffiċjenza tal-kliewi. Jinarc jintuża biex jikkura ADPKD f’adulti b’marda kronika tal-kliewi (CKD - chronic kidney disease) ta’ stadji 1 sa 4 b’evidenza ta’ progressjoni mgħaġġla tal-marda.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jinarc Tiħux Jinarc

    • jekk inti allerġiku għal tolvaptan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6) jew jekk inti allerġiku għal benzazepine jew derivati ta’ benzazepine (eż. benazepril, conivaptan, fenoldopam mesylate jew mirtazapine).

    • jekk qalulek li għandek livelli ogħla minn normal ta’ enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek li ma jippermettux kura b’tolvaptan.

    • jekk il-kliewi tiegħek ma jaħdmux (ma jipproduċux awrina).

    • jekk għandek kondizzjoni li hija assoċjata ma’ volum tad-demm baxx ħafna (eż. deidratazzjoni severa jew fsada).

    • jekk għandek kondizzjoni li żżid is-sodium fid-demm tiegħek.

    • jekk ma tindunax meta jkollok l-għatx.

    • jekk inti tqila.

    • jekk qed tredda’.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Jinarc:

    • jekk tbati minn marda tal-fwied.

    • jekk ma tistax tixrob biżżejjed ilma (ara "teħid ta’ ammont adegwat ta’ ilma" hawn taħt) jew jekk ikollok tillimita t-teħid ta’ fluwidi tiegħek.

    • jekk għandek diffikultajiet biex tgħaddi l-awrina (eż. jekk għandek prostata mkabbra).

    • jekk tbati minn livell għoli wisq jew baxx wisq ta’ sodium fid-demm.

    • jekk kellek reazzjoni allerġika fil-passat għal benzazepine, tolvaptan jew derivati oħra ta’ benzazepine (eż. benazepril, conivaptan, fenoldopam mesylate jew mirtazapine) jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina fil-passat (imniżżla f’sezzjoni 6).

    • jekk għandek id-dijabete.

    • jekk ġejt mgħarraf li għandek livelli għoljin ta’ kimika li tissejjaħ aċidu uriku fid-demm tiegħek (li jista’ jkun li kkawżaw attakki ta’ gotta).

    • jekk għandek mard tal-kliewi avvanzat.


      Din il-mediċina tista’ ġġiegħel lill-fwied tiegħek biex ma jaħdimx kif suppost. Għalhekk, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok sinjali li jistgħu jindikaw problemi potenzjali fil-fwied bħal:

    • dardir

    • rimettar

    • deni

    • għeja

    • telf ta’ aptit

    • uġigħ addominali

    • awrina skura

    • suffejra (sfurija tal-ġilda jew tal-għajnejn)

    • ħakk tal-ġilda

    • sindrome tixbaħ lill-influwenza (uġigħ fil-ġogi u l-muskoli flimkien ma’ deni)


      Waqt kura b’din il-mediċina, it-tabib tiegħek se jorganizza testijiet tad-demm ta’ kull xahar biex jiċċekkja għal bidliet fil-funzjoni tal-fwied tiegħek.


      Teħid ta’ ammont adegwat ta’ ilma


      Din il-mediċina tikkawża telf ta’ ilma minħabba li jżid il-produzzjoni tal-awrina tiegħek. Dan it-telf ta’ ilma jista’ jwassal għal effetti sekondarji bħal ħalq xott u għatx jew għal effetti sekondarji saħansitra aktar severi bħal problemi fil-kliewi (ara sezzjoni 4). Għalhekk huwa importanti li jkollok aċċess

      għall-ilma u li inti tkun tista’ tixrob ammonti suffiċjenti meta tħossok bil-għatx. Qabel tmur torqod għandek tixrob tazza jew 2 ta’ ilma anke jekk ma tħossokx bil-għatx u għandek ukoll tixrob l-ilma wara li tgħaddi l-awrina bil-lejl. Għandha tittieħed attenzjoni speċjali jekk għandek marda li tnaqqas it-teħid xieraq ta’ fluwidi jew jekk għandek riskju akbar ta’ telf ta’ ilma eż. f’każ ta’ rimettar jew dijarea. Minħabba ż-żieda fil-produzzjoni tal-awrina huwa importanti wkoll li dejjem ikollok aċċess għal tojlit.


      Tfal u adolexxenti

      M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal u adolexxenti (ta’ età inqas minn 18-il sena) peress li ma ġiex studjat f’dawn il-gruppi ta’ età.

      Mediċini oħra u Jinarc

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inkluż mediċini li jinkisbu mingħajr riċetta.


      Il-mediċini li ġejjin jistgħu iżidu l-effett ta’ Jinarc:

    • amprenavir, atazanavir, darunavir/ritonavir u fosamprenavir (użati għat-trattament ta’ HIV/AIDS),

    • aprepitant (użat biex jevita d-dardir u r-remettar fil-kimoterapija),

    • crizotinib u imatinib (użati għal trattament ta’ kanċer),

    • ketoconazole, fluconazole jew itraconazole (użati għal trattament ta’ infezzjonijiet ikkawżati

      mill-moffa),

    • antibijotiċi macrolide bħal erythromycin jew clarithromycin,

    • verapamil (użat għal trattament ta’ mard tal-qalb u pressjoni għolja tad-demm),

    • diltiazem (użat biex jittratta l-pressjoni għolja tad-demm u uġigħ fis-sider).


      Il-mediċini li ġejjin jistgħu jbaxxu l-effett ta’ Jinarc:

    • phenytoin jew carbamazepine (użati għal trattament tal-epilessija),

    • rifampicin, rifabutin jew rifapentine (użat għal trattament tat-tuberkulożi),

    • St. John’s Wort (prodott mediċinali tradizzjonali magħmul mill-ħxejjex għall-kura ta’ burdata kemmxejn depressa u ansjetà ħafifa).


      Jinarc jista’ jżid l-effett tal-mediċini li ġejjin:

    • digoxin (mediċina użata għal trattament ta’ taħbit tal-qalb irregolari u falliment tal-qalb),

    • dabigatran (jintuża biex iraqqaq id-demm),

    • methotrexate (jintuża għall-kura tal-kanċer, artrite),

    • ciprofloxacin (antibijotiku),

    • sulfasalazine (użat għal trattament ta’ mard infjammatorju tal-musrana jew artrite rewmatika),

    • metformin (użat għal trattament tad-dijabete).


      Jinarc jista’ jnaqqas l-effett tal-mediċini li ġejjin:

    • analogi ta’ vasopressin bħal desmopressin (użat biex iżid fatturi tat-tagħqid tad-demm jew biex jikkontrolla l-ammont ta’ awrina li tgħaddi jew awrina mhux volontarja fis-sodda).


      Dawn il-mediċini jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati b’Jinarc:

    • dijuretiċi (użati biex iżidu l-produzzjoni tal-awrina tiegħek). Meta jittieħdu flimkien ma’ Jinarc dawn jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji kkawżati minn telf ta’ ilma jew jistgħu jikkaġunaw problemi tal-kliewi.

    • dijuretiċi jew mediċini oħra għall-kura ta’ pressjoni għolja. Meta jittieħdu flimkien ma’ Jinarc dawn jistgħu jżidu r-riskju ta’ pressjoni baxxa meta tqum minn bilqiegħda jew minn pożizzjoni minduda.

    • mediċini li jżidu l-livell ta’ sodium fid-demm tiegħek jew li jkun fihom ammonti kbar ta’ melħ, (eż. pilloli li jinħallu fl-ilma u sustanzi għall-kura ta’ indiġestjoni). Dawn jistgħu jżidu l-effett ta’ Jinarc. Hemm riskju li dan jista’ jwassal għal livelli żejda ta’ sodju fid-demm tiegħek.


      Xorta għandu mnejn ikun tajjeb għalik li tieħu dawn il-mediċini flimkien ma’ Jinarc. It-tabib tiegħek se jkun kapaċi jiddeċiedi dwar dak li huwa xieraq għalik.


      Jinarc ma’ ikel u xorb

      Tixrobx meraq tal-grejpfrut meta tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Tqala u treddigħ

      Tiħux din il-mediċina jekk inti tqila jew qed tredda’.


      Nisa ta’ età fejn jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw mezzi affidabbli ta’ kontraċezzjoni waqt l-użu ta’ din il-mediċina.

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti, dgħajfa jew għajjenin wara li jingħataw Jinarc. Jekk dan jiġri lilek, issuqx u tużax għodda jew magni.


      Jinarc fih lactose

      Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali


  3. Kif għandek tieħu Jinarc


    Jinarc jista’ jiġi preskritt biss minn tobba li huma speċjalizzati fil-kura ta’ ADPKD. Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Doża


    L-ammont ta’ kuljum ta’ Jinarc jinqasam f’żewġ dożi, waħda akbar mill-oħra. L-ogħla doża għandha tittieħed filgħodu meta tqum, mill-inqas 30 minuta qabel l-ikla ta’ filgħodu. Id-doża l-baxxa tittieħed 8 sigħat wara.


    Il-kombinazzjonijiet ta’ dożi huma:

    45 mg + 15 mg

    60 mg + 30 mg

    90 mg + 30 mg


    Il-kura tiegħek normalment tibda b’doża ta’ 45 mg filgħodu u 15 mg 8 sigħat wara. It-tabib tiegħek jista’ jżid id-doża tiegħek gradwalment sal-kombinazzjoni massima ta’ 90 mg meta tqum u 30 mg tmien sigħat wara. Biex isib l-aħjar doża t-tabib tiegħek se jiċċekkja b’mod regolari kemm qed tittollera tajjeb id-doża preskritta. Dejjem għandek tieħu l-ogħla kombinazzjoni ta’ doża tollerabbli preskritta mit-tabib tiegħek.


    Jekk tieħu mediċini oħra li jistgħu jżidu l-effetti ta’ Jinarc tista’ tirċievi dożi aktar baxxi. F’dan il-każ it-tabib tiegħek jista’ jippreskrivilek pilloli Jinarc bi 30 mg jew 15 mg tolvaptan li għandhom jittieħdu darba kuljum filgħodu.


    Metodu ta’ kif għandu jingħata


    Ibla’ l-pilloli mingħajr ma tomgħodhom, flimkien ma’ tazza ilma.

    Id-doża ta’ filgħodu għandha tittieħed mill-inqas 30 minuta qabel l-ikla ta’ filgħodu. It-tieni doża ta’ kuljum tista’ tittieħed mal-ikel jew mingħajr ikel.


    Jekk tieħu Jinarc aktar milli suppost

    Jekk ħadt aktar pilloli mid-doża preskritta tiegħek, ixrob ħafna ilma u ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-isptar lokali tiegħek immedjatament. Ftakar biex tieħu l-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex ikun ċar x’ħadt. Jekk tieħu l-ogħla doża tard ħafna fil-ġurnata jista’ jkollok bżonn tmur it-tojlit bil-lejl aktar spiss.


    Jekk tinsa tieħu Jinarc

    Jekk tinsa tieħu l-mediċina tiegħek, għandek tieħu d-doża malli tiftakar dak inhar stess. Jekk ma tiħux il-pilloli tiegħek f’ġurnata waħda, ħu d-doża normali tiegħek fil-jum li jmiss. M’GĦANDEKX TIEĦU doża doppja biex tpatti għal dożi individwali li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Jinarc

    Jekk tieqaf tieħu din il-mediċina iċ-ċesti fil-kliewi tiegħek jistgħu jikbru bl-istess rata mgħaġġla kif kienu jagħmlu qabel bdejt il-kura b’Jinarc. Għalhekk, għandek tieqaf tieħu di il-mediċina biss jekk tinnota effetti sekondarji li jeħtieġu attenzjoni medika urġenti (ara sezzjoni 4) jew jekk jgħidlek biex tagħmel dan it-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji:


    Jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin, jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika urġenti. Waqqaf Jinarc u kkuntattja tabib jew mur fl-eqreb sptar immedjatament jekk inti:

    • issibha diffiċli biex tgħaddi l-awrina.

    • ikollok nefħa fil-wiċċ, xufftejn jew ilsien, ħakk, raxx ġeneralizzat, jew tħarħir sever jew qtugħ ta’ nifs (sintomi ta’ reazzjoni allerġika).


      Jinarc jista’ jġiegħel lill-fwied tiegħek biex ma jaħdimx kif suppost.

      Ikkonsulta t-tabib tiegħek jekk iseħħu sintomi ta’ dardir, rimettar, deni, għeja, telf ta’ aptit, uġigħ fl- addome, awrina skura, suffejra (sfurija tal-ġilda jew tal-għajnejn), ħakk tal-ġilda jew uġigħ fil-ġogi u fil-muskoli flimkien ma’ deni.


      Effetti sekondarji oħrajn:


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • għatx (li jeħtieġ xorb eċċessiv ta’ ilma)

    • uġigħ ta’ ras

    • sturdament

    • dijarea

    • ħalq xott

    • żieda fil-ħtieġa li tgħaddi l-awrina, li tgħaddi l-awrina bil-lejl, jew li tgħaddi l-awrina aktar ta’ spiss

    • għeja


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • deidratazzjoni

    • livelli għolja ta’ sodium, aċidu uriku u zokkor fid-demm

    • tnaqqis ta’ aptit

    • bidliet fit-togħma

    • gotta

    • diffikultà biex torqod

    • ħass ħażin

    • taħbit qawwi tal-qalb

    • qtugħ ta’ nifs

    • uġigħ ta’ żaqq

    • tħossok mimli jew minfuħ jew skumdità fl-istonku

    • stitikezza

    • ħruq ta’ stonku

    • funzjoni anormali tal-fwied

    • ġilda xotta

    • raxx

    • ħakk

    • ħorriqija

    • uġigħ fil-ġogi

    • spażmi fil-muskoli

    • uġigħ fil-muskoli

    • dgħjufija ġenerali

    • livelli għolja ta’ enzimi tal-fwied fid-demm

    • telf ta’ piż

    • żieda fil-piż


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • żieda fil-bilirubina (sustanza li tista’ tikkawża sfurija tal-ġilda jew tal-għajnejn) fid-demm


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-dejta disponibbli)

    • reazzjonijiet allerġiċi (ara hawn fuq)

    • raxx ġeneralizzat

    • insuffiċjenza tal-fwied akuta (ALF – acute liver failure)


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Jinarc


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, kartuna għall-kartiera u l- folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Jinarc


Kif jidher Jinarc u l-kontenut tal-pakkett


Il-qawwiet differenti tal-pilloli Jinarc għandhom forom u ibbuzzar differenti:

Pillola ta’ 15 mg: blu, trijangulari, b’“OTSUKA” u “15” imnaqqxa fuq naħa waħda. Pillola ta’ 30 mg: blu, tonda, b’“OTSUKA” u “30” imnaqqxa fuq naħa waħda.

Pillola ta’ 45 mg: blu, kwadra, b’“OTSUKA” u “45” imnaqqxa fuq naħa waħda.

Pillola ta’ 60 mg: blu, forma ta’ rettangolu modifikat, b’“OTSUKA” u “60” imnaqqxa fuq naħa waħda.

Pillola ta’ 90 mg: blu, pentagonali, b’“OTSUKA” u “90” imnaqqxa fuq naħa waħda. Il-mediċina tiegħek hija pprovduta fid-daqsijiet tal-pakketti li ġejjin:

Jinarc 15 mg pilloli: pakketti b’7 pilloli jew 28 pillola


Jinarc 30 mg pilloli: pakketti b’7 pilloli jew 28 pillola


Jinarc 45 mg pilloli + Jinarc 15 mg pilloli: pakketti (folji bi jew mingħajr kartuna għall-kartiera) li fihom

14-il pillola (7 pilloli tal-qawwa l-għolja + 7 pilloli tal-qawwa l-baxxa),

28 pillola (14-il pillola tal-qawwa l-għolja + 14-il pillola tal-qawwa l-baxxa) jew

56 pillola (28 pillola tal-qawwa l-għolja + 28 pillola tal-qawwa l-baxxa).


Jinarc 60 mg pilloli + Jinarc 30 mg pilloli: pakketti (folji bi jew mingħajr kartuna għall-kartiera) li fihom

14-il pillola (7 pilloli tal-qawwa l-għolja + 7 pilloli tal-qawwa l-baxxa),

28 pillola (14-il pillola tal-qawwa l-għolja + 14-il pillola tal-qawwa l-baxxa) jew

56 pillola (28 pillola tal-qawwa l-għolja + 28 pillola tal-qawwa l-baxxa).


Jinarc 90 mg pilloli + Jinarc 30 mg pilloli: pakketti (folji bi jew mingħajr kartuna għall-kartiera) li fihom

14-il pillola (7 pilloli tal-qawwa l-għolja + 7 pilloli tal-qawwa l-baxxa),

28 pillola (14-il pillola tal-qawwa l-għolja + 14-il pillola tal-qawwa l-baxxa) jew

56 pillola (28 pillola tal-qawwa l-għolja + 28 pillola tal-qawwa l-baxxa). Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Herikerbergweg 292

1101 CT, Amsterdam

L-Olanda


Manifattur


Almac Pharma Service (Ireland) Limited

Finnabair Industrial Estate, Dundalk, Co. Louth - A91 P9KD

L-Irlanda


image

Millmount Healthcare Limited

Block-7, City North Business Campus, Stamullen, Co. Meath, K32 YD60

L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur

tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tél/Tel: +31 (0) 20 85 46 555

Lietuva

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555

България

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Teл: +31 (0) 20 85 46 555

Luxembourg/Luxemburg

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tél/Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Česká republika

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555

Magyarország

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Danmark

Otsuka Pharma Scandinavia AB Tlf: +46854 528 660

Malta

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Deutschland

Otsuka Pharma GmbH Tel: +49691 700 860

Nederland

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Eesti

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555

Norge

Otsuka Pharma Scandinavia AB Tlf: +46854 528 660


Ελλάδα

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Thλ: +31 (0) 20 85 46 555

Österreich

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


España

Otsuka Pharmaceutical S.A Tel: +3493 2081 020

Polska

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


France

Otsuka Pharmaceutical France SAS Tél: +33147 080 000

Portugal

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Hrvatska

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555

România

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Ireland

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555

Slovenija

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Ísland

Otsuka Pharma Scandinavia AB Sími: +46854 528 660

Slovenská republika

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555


Italia

Otsuka Pharmaceutical Italy S.r.l. Tel: +39 02 00 63 27 10

Suomi/Finland

Otsuka Pharma Scandinavia AB Puh/Tel: +46854 528 660


Κύπρος

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Thλ: +31 (0) 20 85 46 555

Sverige

Otsuka Pharma Scandinavia AB Tel: +46854 528 660


Latvija

Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555

United Kingdom (Northern Ireland) Otsuka Pharmaceutical Netherlands B.V. Tel: +31 (0) 20 85 46 555

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS.

.