Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NovoMix
insulin aspart

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NovoMix 30 Penfill 100 unità/ml suspensjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

30 % insulin aspart solubbli u 70 % insulin aspart ikkristallizzat bi protamine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu NovoMix 30 u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 30

  3. Kif għandek tuża NovoMix 30

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen NovoMix 30

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu NovoMix 30 u gћalxiex jintuża


    NovoMix 30 huwa insulina moderna (analogu ta’ l-insulina) li għandu kemm effett li jaħdem malajr kif ukoll effett li jaħdem b’mod intermedju, fil-proporzjon ta’ 30/70. Prodotti moderni tal-insulina huma verżjonijiet aħjar ta’ insulina umana.


    NovoMix 30 jintuża biex inaqqas il-livell għoli ta’ zokkor fid-demm fl-adulti, fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq bid-dijabete mellitus (id-dijabete). Id-dijabete hija marda fejn il-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid-demm.


    NovoMix 30 jibda jbaxxi z-zokkor fid-demm tiegħek minn 10-20 minuta wara li jiġi injettat, l-effett massimu jseħħ bejn 1 u 4 sigħat wara l-injezzjoni u l-effett idum sa 24 siegħa.


    Fit-trattament tad-dijabete mellitus tat-tip 2, NovoMix 30 jista’ jintuża flimkien ma’ pilloli għad- dijabete u/jew ma’ prodotti kontra d-dijabete li jittieħdu b’injezzjoni.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoMix 30 Tużax NovoMix 30

    ► Jekk int allerġiku għal insulin aspart jew għal xi sustanza oħra ta’ dan il-mediċina (ara

    sezzjoni 6, Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra).

    ► Jekk tissuspetta li ser tibda l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm),ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.

    ► F’pompi tal-infużjoni tal-insulina.

    ► Jekk l-iskartoċċ jew it-tagħmir li fih l-iskartoċċ jitwaqqa’, jiġrilu l-ħsara jew jitgħaffeġ.

    ► Jekk ma ġiex maħżun kif suppost jew jekk ġie ffriżat, ara sezzjoni 5, Kif taħżen NovoMix 30.

    ► Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid l-insulina m’għandiex dehra bajda, opaka u akweja b’mod

    uniformi.

    ► Jekk wara s-suspensjoni mill-ġdid, hemm ċapep magħqudin jew jekk frak solidu abjad jeħel mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ u jagħti dehra mtappna.

    Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, tużax NovoMix 30. Tkellem mat-tabib/a, infermier/a jew spiżjar/a tiegħek għal parir.


    Qabel ma tuża NovoMix 30


    ► Iċċekkja t-tikketta biex taċċerta ruħek li hi t-tip ta' insulina t-tajba.

    ► Dejjem iċċekkja l-iskartoċċ, inkluż il-planġer tal-gomma fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Tużahx jekk tara xi ħsara jew jekk il-planġer tal-gomma hu miġbud ’il fuq mill-istrixxa l-bajda tat-tikketta li hemm fil-qiegħ tal-iskartoċċ. Dan jista’ jindika li tnixxiet xi insulina. Jekk tissusspetta li l- iskartoċċ għandu xi ħsara, ħudu lura għand minn tahulek. Ara l-manwal tiegħek tas-sistema tal- għoti għal aktar istruzzjonijiet .

    ► Dejjem uża labra ġdida għal kull injezzjoni sabiex tevita l-kontaminazzjoni.

    ► Il-labar u NovoMix 30 Penfill m’għandhomx jintużaw minn persuni oħra.

    ► NovoMix 30 Penfill huwa tajjeb biss għall-injezzjonijiet minn taħt il-ġilda bl-użu ta’ pinna li tista’ terġa’ tintuża. Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek bżonn tinjetta l-insulina tiegħek b’mod ieħor.


    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Xi kundizzjonijiet u attivitajiet jistgħu jaffettwaw il-bżonn tiegħek tal-insulina. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek:

    ► Jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied, jew tal-glandola adrenali, tal-glandola pitwitarja

    jew tat-tirojde

    ► Jekk tagħmel eżerċizzju fiżiku iktar mis-soltu jew jekk trid tibdel id-dieta normali tiegħek, billi dan jista’ jaffettwalek il-livell taz-zokkor fid-demm

    ► Jekk inti marid/a: kompli ħu l-insulina tiegħek u kellem lit-tabib tiegħek

    ► Jekk ser issiefer, li tivvjaġġa bejn żoni tal-ħin differenti, jista’ jaffettwa l-ħtiġijiet tiegħek ta’ l- insulina u l-ħin meta tieħu l-injezzjonijiet.


    Bidliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni


    Is-sit tal-injezzjoni għandu jinbidel kull darba sabiex jgħin biex jiġu evitati bidliet fit-tessut xaħmi ta’ taħt il-ġilda, bħal li tiħxien il-ġilda, tiċkien il-ġilda jew boċċi taħt il-ġilda. L-insulina tista’ ma taħdimx tajjeb ħafna jekk tinjetta f’żona bil-boċċi, li ċkienet jew li ħxienet (ara sezzjoni 3, Kif għandek tuża NovoMix 30). Għid lit-tabib tiegħek jekk tinduna b’xi bidliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni. Għid lit- tabib tiegħek jekk bħalissa qed tinjetta f’dawn iż-żoni affettwati qabel ma tibda tinjetta f’parti differenti. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tiċċekkja aktar mill-qrib iz-zokkor fid-demm tiegħek, u biex taġġusta d-doża tal-insulina jew tal-medikazzjonijiet antidijabetiċi l-oħra tiegħek.


    Tfal u adolexxenti


    • NovoMix 30 jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq.

    • Hemm esperjenza limitita b’NovoMix 30 fit-tfal b’etajiet minn 6–9 snin.

    • M’hemmx tagħrif disponibbli għal NovoMix 30 fit-tfal taħt is-6 snin.


      Mediċini oħra u NovoMix 30


      Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.. Xi mediċini jaffettwaw il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek u dan jista’ jfisser li d-doża tal-insulina tiegħek trid tinbidel. Hawn taħt hawn elenkati l-aktar mediċini komuni li jistgħu jaffettwaw il-kura tiegħek bl-insulina.


      Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ (ipogliċemija) jekk tieħu:

    • Mediċini oħra għall-kura tad-dijabete

    • Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati fil-kura tad-dipressjoni)

    • Beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm)

    • Inibituri ta’ l-enżima li tikkonverti anġjotensin (ACE) (użati fil-kura ta’ xi kundizzjonijiet tal- qalb jew ta’ pressjoni għolja fid-demm)

    • Salicylates (użati biex itaffu l-uġigħ u jbaxxu d-deni)

    • Sterojdi anaboliċi (bħal testosterone)

    • Sulfonamides (użati fil-kura ta’ infezzjonijiet)


      Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla (ipergliċemija) jekk tieħu:

    • Kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq (pilloli li jikkontrollaw it-tqala)

    • Thiazides ( użati fil-kura ta’ pressjoni għolja fid-demm jew żamma eċċessiva ta’ fluwidi)

    • Glukokortikojdi (bħal ‘cortisone’ użat fil-kura tal-infjammazzjoni)

    • Ormoni tat-tirojde ( użati fil-kura ta’ disturbi fil-glandola tat-tirojde)

    • Simpatomimetiċi ( bħal epinephrine [adrenaline], salbutamol jew terbutaline użati fil-kura tal- ażma)

    • Ormon tat-tkabbir (mediċina li tistimula t-tkabbir skeltrali u somatiku u għandha effett qawwi

      fuq il-proċessi metaboliċi tal-ġisem)

    • Danazol (mediċina li għandha effett fuq l-ovulazzjoni)


    Octreotide u lanreotide (użati għall-kura ta’ l-akromegalija, disturb ormonali rari li normalment iseħħ f’adulti fl-età bejn 40 u 60 sena, ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva ta’ l-ormon ta’ tkabbir mill- glandola pitwitarja) jistgħu kemm iżidulek kif ukoll inaqqsulek il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.


    Il-beta-blokkanti (użati fil-kura tal-pressjoni għolja fid-demm) jistgħu jnaqqsu jew ineħħu għal kollox

    l-ewwel sintomi ta’ twissija li jgħinuk biex tagħraf livell baxx ta’ zokkor fid-demm.


    Pioglitazone (pilloli użati fil-kura tad-dijabete tat-tip 2)

    Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).


    Jekk ħadt xi waħda mill-mediċini mniżżlin hawn, għid lit-tabib, lin-ners jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Meta tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 30


    Jekk tixrob l-alkoħol, il-ħtieġa tiegħek għall-insulina tista’ tinbidel għax il-livell taz-zokkor fid- demm tiegħek jista' jitla' jew jinżel.Huwa rrakkomandat monitoraġġ tajjeb.


    Tqala u treddigħ


    Jekk inti tqila , taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina Hemm esperjenza klinika limitata b’insulin aspart fit-tqala Jista' jkun hemm il-bżonn li tinbidel id-doża ta' l-insulina tiegħek waqt it-tqala speċjalment wara l-ħlas. Il-kontroll bil-għaqal tad-dijabete tiegħek u l-prevenzjoni ta' l-ipogliċemija hija importanti għas-saħħa tat-tarbija tiegħek.

    M’hemm ebda restrizzjonijiet għall-użu ta’ NovoMix 30 waqt it-treddigħ.


    Ħu parir mingħand it-tabib, l-infermier jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu xi mediċina waqt it-tqala

    jew it-treddigħ.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni


    Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq karozza jew tħaddem xi magna:

    • Jekk ikollok ipogliċemija ta’ spiss

    • Jekk issibha diffiċli biex tagħraf l-ipogliċemija.


    Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek hu baxx jew għoli, jista’ jaffettwalek il-konċentrazzjoni

    tiegħek u l-abbiltà tiegħek biex tirreaġixxi u allura anke l-abbiltà tiegħek biex issuq jew tħaddem xi magna . Ftakar dejjem li tista’ tpoġġi lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu.


    Tagħrif importanti dwar xi ingredjenti f’NovoMix 30


    Kull doża ta’ NovoMix 30 fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg), jiġifieri NovoMix 30 huwa bażikament ‘bla sodium’.


  3. Kif gћandek tuża NovoMix 30


    Doża u meta għandek tieħu l-insulina tiegħek


    Dejjem għandek tużal-insulina tiegħek u taġġusta d-doża tiegħek skont il-parir eżatt tat-tabib.Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Normalment NovoMix 30 jittieħed eżatt qabel ikla. Kul ikla jew ikla ħafifa fi żmien 10 minuti mill- injezzjoni biex tevita livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Meta jkun hemm il-bżonn, NovoMix 30 jista’ jingħata malajr wara ikla. Ara Kif u fejn għandek tinjetta, aktar ’l isfel, għall-informazzjoni.

    Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jkunx qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Jekk it-tabib tiegħek biddillek l-insulina minn tip jew marka ta’ insulina għal oħra, jista’ jkun li d-doża tiegħek trid tiġi aġġustata mill-istess tabib.


    Meta NovoMix 30 jintuża flimkien ma’ pilloli għad-dijabete u/jew ma’ prodotti kontra d-dijabete li jittieħdu b’injezzjoni, id-doża tiegħek jista’ jkollha bżonn tiġi aġġustata mit-tabib tiegħek.


    Użu fit-tfal u fl-adolexxenti


    NovoMix 30 jista’ jintuża fl-adolexxenti u fit-tfal minn 10 snin ’il fuq meta jkun aħjar li tintuża insulina mħallta bil-lest. Għal tfal bejn 6-9 snin l-informazzjoni klinika hija limitata. M’hemmx tagħrif disponibbli għal NovoMix 30 fit-tfal taħt is-6 snin.


    Użu fi gruppi speċjali ta’ pazjenti


    Jekk għandek tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi jew tal-fwied jew jekk għandek iżjed minn 65 sena, għandek tiċċekkja z-zokkor fid-demm tiegħek b’mod aktar regolari u ddiskuti mat-tabib xi tibdil fid- doża tal-insulina tiegħek.


    Kif u fejn tinjetta


    NovoMix 30 għandu jiġi injettat taħt il-ġilda. Qatt m’għandek tinjetta l-insulina tiegħek direttament ġo vina jew muskolu. NovoMix 30 Penfill huwa tajjeb biss għall-injezzjonijiet minn taħt il-ġilda bl-użu ta’ pinna li tista’ terġa’ tintuża. Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek bżonn tinjetta l-insulina tiegħek b’mod ieħor.


    Ma’ kull injezzjoni, ibdel il- parti minn fejn tinjetta, fl-istess żona tal-ġilda li qed tuża. Dan jgħin biex tevita l-għoqiedi jew tħaffir fil-ġilda (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli). L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma: in-naħa ta’ quddiem tal-koxox, in-naħa ta’ quddiem tal-qadd (iż-żaqq), jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ. L-insulina taħdem aktar malajr jekk tinjetta madwar il-qadd. Għandek dejjem tkejjel il-livell ta’ zokkor fid-demm regolarment.


    Terġax timla l-iskartoċċ.

    L-iskrataċ ta’ NovoMix 30 Penfill huma maħsuba biex jintużaw mas-sistema tal-għoti tal- insulina Novo Nordisk u mal-labar tat-toġ NovoFine jew NovoTwist.

    Jekk qed tiġi mogħti l-kura b’NovoMix 30 Penfill u bi skartoċċ Penfill ta’ insulina oħra, għandek tuża żewġ sistemi tal-għoti tal-insulina, waħda għal kull tip ta’ insulina

    Dejjem ġorr miegħek skartoċċ Penfill żejjed f’każ li dak li qed tuża jintilef jew ikollu l-ħsara.

    Suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 30


    Qabel ma tpoġġi l-iskartoċċ fis-sistema li biha tingħata l-insulina:

    Iċċekkja li jkun fadal biżżejjed insulina (mill-inqas 12-il unità) fl-iskartoċċ biex is-suspensjoni mill- ġdid tkun tista’ ssir b’mod uniformi. Jekk ma jkunx baqa’ biżżejjed insulina uża wieħed ġdid. Ara l- manwal tal-pinna għal aktar istruzzjonijiet.


    Kull darba li tuża NovoMix 30 Penfill ġdid (qabel ma tqiegħed l-iskartoċċ fis-sistema tal- għoti tal-insulina)

    • Qabel ma tużah, ħalli l-insulina tilħaq it-temperatura tal-kamra. Din se tagħmilha iżjed faċli li terġa’ tagħmel is-suspensjoni mill-ġdid.

    • Irrombla l-iskartoċċ bejn idejk għal 10 darbiet – huwa importanti li l-iskartoċċ jinżamm b’mod orizzontali (livell mal-art) (ara stampa A).

    • Ċaqlaq l-iskartoċċ ’il fuq u ’l isfel bejn il-pożizzjonijiet a u b (ara stampa B) 10 darbiet, biex

      b’hekk il-boċċa tal-ħġieġ tiċċaqlaq minn tarf għall-ieħor ta’ l-iskartoċċ.

    • Irrepeti l-proċeduri ta’ l-irrumblar u taċ-ċaqliq (ara stampi A u B) sakemm b’mod uniformi l- likwidu jidher abjad, opak u akweju. Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.

    • Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien

      Għal kull injezzjoni li tiġi wara

    • Ċaqlaq is-sistema ta’l-għoti ta’ l-insulina bl-iskartoċċ ġewwa ’l fuq u ’l isfel bejn a u b (ara stampa B)għallinqas 10 darbiet sakemm il-likwidu jidher abjad, opak u akweju b’mod uniformi Tużax l-iskartoċċ jekk l-insulina li reġgħet ġiet magħmula f’suspensjoni ma tidhirx b’mod uniformi bajda, opaka u akweja.

      image

    • Wettaq l-istadji l-oħrajn ta’ l-injezzjoni mingħajr telf ta’ żmien.


      Stampa A


      image


      Kif tinjetta NovoMix 30


      ► Injetta l-insulina taħt il-ġilda tiegħek. Uża teknika ta’ injezzjoni li jkun tak parir dwarha t-tabib

      jew l-infermier/a tiegħek u kif deskritt fil-manwal tal-pinna tiegħek.

      ► Żomm il-labra taħt il-ġilda għal mill-inqas 6 sekondi. Żomm il-buttuna tal-injezzjoni magħfusa kollha sakemm tinħareġ il-labra minn ġol-ġilda. B’hekk tiżgura li t-teħid ikun sar b’mod korrett u tnaqqas il-possibbiltà li xi demm jgħaddi ġol-labra jew fil-post fejn tinħażen l-insulina.

      ► Wara kull injezzjoni aċċerta ruħek li tneħħi u tarmi l-labra u aħzen NovoMix 30 mingħajr ma l- labra tkun imwaħħla. Inkella, jista’ jkun hemm xi telf tal-likwidu li jista’ tkun il-kawża ta’

      dożaġġ żbaljat.


      Jekk tieħu iżjed insulina milli suppost


      Jekk tieħu żżejjed insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija). Ara a) Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna f’sezzjoni 4.


      Jekk tinsa tieħu l-insulina


      Jekk tinsa tieħu l-insulina, il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla wisq (ipergliċemija). Ara ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.


      Jekk tieqaf tieħu l-insulina

      Tieqafx tieħu l-insulina tiegħek mingħajr ma’ titkellem ma’ tabib li għandu jgħidlek x’hemm bżonn li jsir. Dan jista’ jwassal għal livell għoli ħafna fid-demm (ipergliċemija severa) u ketoaċidożi. Ara Effetti ċ) Effetti mid-dijabete f’sezzjoni 4.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, saqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill-

      ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    1. Sommarju ta’ effetti sekondarji serji u komuni ħafna


      Livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) huwa effett sekondarju komuni ħafna. Jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10.


      Livell baxx ta’ zokkor fid-demm jista’ jseħħ jekk inti:

      • Tinjetta wisq insulina

      • Tiekol ftit wisq jew taqbeż ikla

      • Tagħmel eżerċizzju aktar mis-soltu

      • Tixrob l-alkoħol (ara Tixrob l-alkoħol u tieħu NovoMix 30 f’sezzjoni 2)


        Is-sinjali ta’ livell baxx ta’ zokkor: Għaraq kiesaħ; ġilda kiesħa u pallida; uġigħ ta’ ras; taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok imqalla’; tħossok ħafna bil-ġuħ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas, għeja u debbulizza mhux tas-soltu; nervożitá jew rogħda; tħossok ansjuż; tħossok konfuż; diffikultà fil- konċentrazzjoni.


        Livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm jista’ jwassal li tintilef minn sensik. Jekk livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm ma tiġix ikkurata, tista’ tikkawża ħsara lill-moħħ (temporanju jew permanenti) kif ukoll il-mewt. Tista’ tirkupra aktar malajr mit-telf tas-sensi b’injezzjoni ta’ l-ormon glucagon mogħti minn xi ħadd li jaf jużah. Jekk tingħata glucagon, ser ikollok bżonn tieħu glucose jew xi ħaġa b’ħafna zokkor malli tiġi f’sensik. Jekk ma tirrispondix għall-kura bi glucagon, ser ikollok bżonn tiġi kkurat ġewwa sptar.


        X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm:

        ► Jekk tesperjenza livell baxx ta’ zokkor fid-demm, ħu pilloli tal-glucose jew xi ikla ħafifa b’ħafna zokkor (ħelu, biskuttini, meraq tal-frott). Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm u strieħ. Dejjem ġorr miegħek pilloli tal glucose, ħelu, biskuttini jew meraq tal-frott, għal li jista’ jkun.

        ► Meta s-sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm ma jibqgħux jidhru jew meta l-livell taz- zokkor fid-demm ikun ġie lura għan-normal, kompli l-kura bl-insulina.

        ► Jekk ikollok daqshekk livell baxx ta’ zokkor fid-demm li tagħtik ħass ħażin, jekk kellek bżonn ta’ injezzjoni ta’ glucagon jew kellek ħafna episodji ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm, tkellem ma’ tabib. L-ammont jew il-ħin ta’ meta tieħu l-insulina, l-ikel jew l-eżerċizzju jistgħu jkollhom bżonn jiġu aġġustati


        Għid lil dawk il-persuni li huma importanti għalik li għandek id-dijabete u x’jistgħu jkunu l- konsegwenzi , inkluż ir-riskju li jista’ jtik ħass ħażin (tintilef minn sensik) minħabba livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Għidilhom li jekk tħossok ħażin għandhom idawruk fuq ġenbek u jġibu għajnuna medika minnufih. M’għandhomx jagħtuk ikel jew xorb għax ikun hemm ir-riskju li tifga.


        Reazzjonijiet allerġiċi serji għal NovoMix 30 jew għal xi wieħed mis-sustanzi tiegħu (imsejħa reazzjoni allerġika sistemika) hija effett sekondarju rari ħafna iżda tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja. Tista’ taffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 10,000.


        Fittex parir mediku minnufih:

      • Jekk is-sinjali ta’ l-allerġija jinxterdu għal partijiet oħrajn tal-ġisem.

      • Jekk tħossok ma tiflaħx f’daqqa, u: tibda tegħreq; tibda titqalla’ (tirrimetti); ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs; ikollok taħbit mgħaġġel tal-qalb; tħossok stordut.

        ► Jekk tinduna b’kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali, fittex parir mediku minnufih.


        Bidliet fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni: Jekk tinjetta insulina fl-istess post, it-tessut xaħmi jista’ jew jiċkien (lipoatrofija) jew jiħxien (lipoipertrofija) (jista’ jaffettwa inqas minn persuna 1 minn kull 100). Boċċi taħt il-ġilda jistgħu jiġu kkawżati wkoll minn akkumulazzjoni ta’ proteina msejħa amilojdi (amilojdożi tal-ġilda; mhux magħruf kemm din isseħħ ta’ spiss). L-insulina tista’ ma taħdimx tajjeb ħafna jekk tinjetta f’żona bil-boċċi, li ċkienet jew li ħxienet. Ibdel is-sit tal-injezzjoni ma’ kull injezzjoni biex tgħin fil-prevenzjoni ta’ dawn il-bidliet fil-ġilda.

    2. Lista ta’ effetti sekondarji oħra Effetti sekondarji mhux komuni

    Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 100


    Sinjali ta’ allerġija: Jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi lokali (uġigħ, ħmura,urtikarja, infjammazzjoni, tbenġil, nefħa u ħakk) fis-sit ta’ l-injezzjoni. Dawn normalment imorru wara ftit ġimgħat li tkun qed tieħu l-insulina tiegħek. Jekk ma jmorrux , kellem lit-tabib tiegħek.


    Problemi bil-vista: Meta tibda l-kura tiegħek bl-insulina, din tista’ tagħtik xi fastidju fil-viżta, iżda normalment dan il-fastidju jkun temporanju.


    Ġogi minfuħin: Meta tibda tieħu l-insulina, iż-żamma ta’ l-ilma tista’ tikkawżalek nefħa madwar l- għekiesi u ġogi oħra. Normalment dan malajr imur. Jekk le, tkellem mat-tabib tiegħek.


    Retinopatija dijabetika (mard tal-għajnejn relatata mad-dijabete li tista’ twassal għat-telf tal-vista): Jekk għandek ir-retinopatija dijabetika u l-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, ir- retinopatija tista’ tmur għall-agħar. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan.


    Effetti sekondarji rari

    Jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1,000.


    Newropatija bl-uġigħ (uġigħ minħabba dannu lin-nervituri): Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jitjiebu malajr ħafna, jista’ jkollok uġigħ relatat man-nervituri din tissejjaħ newropatija akuta bl-uġigħ u normalment hija tranżitorja.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


    ċ) Effetti tad-dijabete


    Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija)


    Jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm jekk:

    • Ma injettajtx biżżejjed insulina

    • Insejt tinjetta l-insulina tiegħek jew waqaft tieħu insulina

    • Tinjetta inqas insulina milli teħtieġ ripetutament

    • Ikollok xi infezzjoni jew xi deni

    • Tiekol aktar mis-soltu

    • Tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu.


      Sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm:

      Is-sinjali ta’ twissija jidhru gradwalment. Dawn jinkludu: tgħaddi iżjed awrina, tħossok bil-għatx; titlef l-aptit; tħossok imqalla’ (dardir jew rimettar); tħossok bi ngħas jew għajjien; ħmura u ġilda xotta; ħalq xott u riħa ta’ frott (acetone) fil-ħalq.


      X’għandek tagħmel jekk tesperjenza livell għoli ta’ zokkor fid-demm:

      ► Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sinjali t’hawn fuq: ittestja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek; jekk tista’, ittestja l-awrina għal ketones, imbagħad fittex parir mediku minnufih.

      ► Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni gravi ħafna msejħa ketoaċidożi dijabetika (jiżdied l- ammont ta’ aċtu fid-demm peress li l-ġisem qiegħed jimmetabolizza x-xaħam minflok iz- zokkor). Jekk ma tikkurahiex, din tista’ twassal għal koma dijabetika u eventwalment għall- mewt.


  5. Kif taħżen NovoMix 30


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta tal-iskartoċċ u l-kartuna, wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Dejjem żomm l-iskartoċċ fil-kartuna ta’ barra meta ma tkunx qed tużah sabiex tilqa’ mid-dawl. NovoMix 30 għandu jkun protett minn sħana eċċessiva u mid-dawl.


    Qabel ma jinfetaħ:NovoMix 30 Penfill li ma jkunx qed jintuża rrid jinħażen fil-friġġ f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C, ’il bogħod mill-element li jkessaħ. Tagħmlux fil-friża.

    Qabel ma tuża NovoMix 30 Penfill neħħih mill-friġġ. Kull darba li tuża NovoMix 30 Penfill ġdid, hu

    rrakkomandat li terġa’ tagħmel suspensjoni mill-ġdid tal-insulina skont kif ġejt muri. Ara suspensjoni mill-ġdid ta’ NovoMix 30 f’sezzjoni 3.


    Waqt l-użu jew meta qed jinġarr bħala sper NovoMix 30 Penfill li jkun qed jintuża jew li ġġorru bħala sper m’għandux jinżamm fil-friġġ.. Tista’ ġġorru miegħek u żżommu fit-temperatura ambjentali tal-kamra (taħt 30°C) sa 4 ġimgħat.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih NovoMix 30



Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini .