Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Prac-tic
pyriprole


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Prac-tic spot-on għal klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Elanco GmbH

    Heinz-Lohmann-Str. 4

    27472 Cuxhaven Il-Ġermanja


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Elanco France S.A.S.

    26, Rue de la Chapelle 68330 Huningue

    Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    PRAC-TIC 56.25 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar ħafna PRAC-TIC 137.5 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar PRAC-TIC 275 mg soluzzjoni spot-on għal klieb medji

    PRAC-TIC 625 mg soluzzjoni spot-on għal klieb kbar


    Pyriprole


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    ml fih 125 mg pyriprole bħala soluzzjoni ċara ta’ mingħajr kulur li tkanġi fl-isfar għal applikazzjoni esterna fuq il-ġilda.


    Pipetta waħda tagħti:


    Doża

    unitarja

    Pyriprole

    PRAC-TIC għal klieb żgħar ħafna

    0.45 ml

    56.25 mg

    PRAC-TIC għal klieb żgħar

    1.1 ml

    137.5 mg

    PRAC-TIC għal klieb medji

    2.2 ml

    275 mg

    PRAC-TIC għal klieb kbar

    5.0 ml

    625 mg


    Is-soluzzjoni fiha wkoll 0.1 % Butylhydroxytoluene (E321)

  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    It-trattament u l-prevenzjoni ta’ infestazzjoniiet bil-briegħed (Ctenocephalides canis u C.felis).


    It-trattament u l-prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet bil-qurdien (Ixodes ricinus, Ixodes scapularis, Dermacentor variabilis, Dermacentor reticulatus, Rhipicephalus sanguineus, Amblyomma americanum).


    It-trattament u l-prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet bil-briegħed: PRAC-TIC huwa effettiv kontra infestazzjonijiet ġodda bil-briegħed għal tul minimu ta’ 4 ġimgħat.


    It-trattament u l-prevenzjoni ta’ infestazzjoniiet bil-qurdien: PRAC-TIC huwa effettiv kontra infestazzjonijiet ġodda bil-qurdien għal tul minimu ta’ 4 ġimgħat.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq klieb li għandhom inqas minn 8 ġimgħat jew li jiżnu inqas minn 2 kg.

    Tużax f’każ ta’ sensittività eċċessiva magħrufa għas-sustanzi tal-kategorija ta’ phenylpyrazole jew sustanzi oħra.

    Tużax fuq annimali morda jew fuq annimali li jkunu qegħdin jirkupraw minn marda.. Il-prodott mediċinali veterinarju ġie speċifikament żviluppat għall-klieb.

    Tużax fuq qtates, għax jista’ jwassal għal doża eċċessiva.

    Tużax fil-fniek.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    F’okkażjonijiet rari ħafna, ġew irrapportati dawn li ġejjin:

    • reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni u fuq il-ġilda: prurite (ħakk fuq il-ġilda), tibdil fix-xagħar, dermatite (infjammazzjoni tal-ġilda), eritema (ħmura tal-ġilda), alopeċja (telf ta’ xagħar), telf fil-kulur

      tal-fer u dehra maħmuġa tax-xagħar.

    • reazzjonijiet newroloġiċi: atassja (nuqqas ta’ koordinament) u konvulżjonijiet.

    • reazzjonijiet sistemiċi: letarġija (ħelda).

    • reazzjonijiet fil-passaġġ diġestiv: emeżi (rimettar) u dijarrea.


      Normalment, dawn is-sinjali huma temporanji u jgħibu fi żmien 24 siegħa mill-applikazzjoni; jekk jieħdu iktar żmien biex jgħibu, ikkonsulta lill-veterinarju tiegħek.


      Perijodu qasir ta’ salivazzjoni eċċessiva (tbeżliq) jista’ jseħħ jekk l-annimal jilgħaq is-sit tal- applikazzjoni immedjatament wara t-trattament. Dan mhux sinjal ta’ intossikazzjoni u jgħib fi żmien ftit minuti mingħajr kura. Applikazzjoni korretta tnaqqas il-lgħiq fis-sit tal-applikazzjoni.


      Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn annimal 1 minn kull 10 ittrattat juri reazzjoni(jiet) avversa(i))

    • komuni (aktar minn annimal 1 iżda inqas minn 10 annimali minn kull 100 ittrattat)

    • mhux komuni (aktar minn annimal 1 iżda inqas minn 10 annimali minn kull 1,000 ittrattat)

    • rari (aktar minn annimal 1 iżda inqas minn 10 annimali minn kull 10,000 ittrattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal 1 minn kull 10,000 ittrattat, inkluż rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti mhux mixtieqa, anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l- mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Kelb

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu spot-on għal applikazzjoni esterna fuq il-ġilda.


    Skeda tad-Dożaġġ


    Id-doża minima rakkomandata hija ta’ 12.5 mg pyriprole kull kg ta’ piż korporali, ekwivalenti għal 0.1ml ta’ soluzzjoni spot-on kull kg ta’ piż korporali.


    Piż tal-kelb

    (kg)

    Daqs tal-pipetta

    li trid tinyuża

    Volum ta’ (ml)

    soluzzjoni ta’ 12.5% (w/v)

    Pyriprole

    (mg/ kg bw)

    2 – 4.5 kg

    Kelb żgħir ħafna

    0.45

    12.5 – 28.1

    4.5 – 11 kg

    Kelb żgħir

    1.1

    12.5 – 30.6

    11 – 22 kg

    Kelb medju

    2.2

    12.5 – 25.0

    22 – 50 kg

    Kelb kbir

    5.0

    12.5 – 28.4

    Aktar minn

    50 kg

    Uża l-kombinazzjoni xierqa ta’ pipetti


    Fi ħdan kull faxxa ta’ piżijiet, il-kontenut sħiħ tad-daqs korrett tal-pipetta għandu jiġi ddepożitat fuq il- ġilda tal-kelb.


    Trattament u prevenzjoni għall-briegħed


    Pyriprole joqtol il-briegħed fi żmien 24 siegħa wara l-kuntatt. Trattament wieħed jimpedixxi infestazzjoni bil-briegħed futura għal 4 ġimgħat.


    Trattament u prevenzjoni tal-qurdien


    Pyriprole joqtol il-qurdien fi żmien 48 siegħa wara l-applikazzjoni. Trattament wieħed għandu effikaċja għal tul ta’ 4 ġimgħat.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Għal użu fuq il-ġilda biss.


    Neħħi pipetta waħda mill-pakkett. Żommha f’pożizzjoni wieqfa. Taptap fuq il-parti d-dejqa tal-pipetta sabiex tiżgura li l-kontenut jibqa’ fil-parti l-wiesgħa tagħha. Kisser il-parti ta’ fuq tal-parti li titqaċċat mal-linja mibruxa.


    Ifred il-pil fuq dahar l-annimal bejn il-ġwienaħ tal-ispallejn sakemm tidher il-ġilda. Qiegħed it-tarf tal- pipetta fuq il-ġilda u agħfas bil-ġentilezza ftit drabi f’post wieħed jew tnejn biex tbattal il-kontenut għal fuq il-ġilda. Applika l-pipetta ta’ 5 ml fuq 2-3 postijiet tul id-dahar ta’ klieb kbar sabiex timpedixxi l-ġiri (tal-mediċina).


    Il-klieb għandhom jintiżnu b’mod preċiż qabel it-trattament sabiex tagħmel ċert li jintuża d-daqs korrett tal-pipetta.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax wara d-data ta’ l-iskadenza dikjarata fuq il-pipetta wara EXP".

    Żomm il-pipetti fil-pakkett tal-folji oriġinali sakemm ikunu lesti biex jintużaw, biex tipproteġi mid- dawl.

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali


    Persuni b’allerġiji għall-klassi ta’ komposti ta’ phenylpyrazole jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva, għandhom jevitaw kuntatt mal-prodott.


    Evita il-kuntatt bejn il-kontenut u s-swaba. Laħlaħ idejk wara li tuża u aħsel kull prodott li jiġi f’kuntatt mal-ġilda tiegħek bis-sapun u l-ilma. Jekk il-prodott jiġi f’għajnejk b’mod aċċidentali, laħlaħhom b’attenzjoni fl-ilma. Jekk l-irritazzjoni tal-għajn tippersisti fittex għajnuna medika u uri l- fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Jekk tiġi f’kuntatt mal-prodott, jista’ jkun li l-ġilda u l-mukosa jkunu mmewta u irritati imma dawn il- kundizzjonijiet ġeneralment jisparixxu malajr.


    Jekk int jew xi ħadd ieħor jibla’ b’mod aċċidentali dan il-prodott, fittex il-parir mediku u uri dan il- fuljett jew it-tikketta lit-tabib.


    M’għandekx tpejjep, tiekol jew tixrob meta tkun qed iżżomm il-prodott.


    Bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-kuntatt dirett ma’ annimali ttrattati għandu jiġi evitat u t-tfal m’għandhomx jitħallew jilagħbu ma’ annimali ttrattati sakemm is-sit ta’ l-applikazzjoni ikun nixef. Għalhekk, hu rakkomandat li l-annimali jiġu ttrattati filgħaxija. Annimali ttrattati riċentement m’għandhomx jitħallew jorqdu fl-istess sodda mas-sidien tagħhom, speċjalment it-tfal.


    Il-prodott mediċinali veterinarju huwa għat-trattament ta’ qurdien u briegħed adulti. Il-klieb kollha f’dar għandhom jiġu kkurati.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:


    Wara t-trattament, il-qurdien jinqalgħu minn mal-ospitu fi żmien 24 sa 48 siegħa wara infestazzjoni; madankollu jista’ jibqa’ xi qurdien waħdieni fuq l-annimal. Għal din ir-raġuni, it-trażmissjoni ta’ mard li jittieħed minn qurdien ma jistax jiġi eskluż għal kollox.


    F’każijiet ta’ infestazzjoni qawwija qabel il-kura, l-ambjent ta’ madwar il-kelb għandu jitnaddaf b’vakwu u ttrattat b’insettiċida xieraq.


    Applika biss fuq il-wiċċ tal-ġilda u fuq ġilda intatta.


    Il-prodott huwa għal applikazzjoni fuq il-ġilda biss, u m’għandekx tpoġġih f’ħalq il-kelb. Oqgħod attent li tevita li l-prodott mediċinali veterinarju jiġi f’kuntatt ma’ għajnejn il-kelb tiegħek.


    Ikkonsulta kirurgu veterinarju jekk ikun hemm il-ħsieb li l-prodott jintuża fuq klieb flimkien ma’ prodotti jew medikazzjoni oħra.


    Tagħtix il-prodott mill-ħalq għaliex dan jista’ jwassal għal doża eċċessiva, jew permezz ta’ xi rotta oħra.

    Is-sigurtà ta’ dan il-prodott ma ġietx stabbilita fuq klieb għat-tagħmir, li jinkludu klieb tqal bi frieħ jew li qed ireddgħu. Jekk tissuspetta li l-kelba tiegħek tista’ tkun tqila bil-frieħ jew jekk il-kelba qed tredda’ l-frieħ jew jekk int tixtieq tittratta kelb tat-tagħmir, ikkuntattja lil veterinarju tiegħek għal parir qabel tużah.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):


    Ġew osservati sinjali newroloġiċi ħfief bħal nuqqas ta’ koordinazzoni ħafifa jew nuqqas ta’ stabbilità f’xi annimali ttrattati darba fix-xahar. Dawk is-sinjali sparixxew fi żmien 3 sigħat wara l-għoti tal- mediċina.


    F’wieħed minn 8t iklieb, l-effetti avversi għaddiena li ġejjin kienu osservati: tregħid (rogħda), atassja (nuqqas ta’ koordinazzjoni), tlegħiġ u aċċessjonijiet. Dawn is-sinjali sparixxew fi żmien 18-il siegħa.


    Wara doża eċċessiva f’okkażjoni ta’ darba, ġew osservati l-effetti avversi li ġejjin: rimettar, anoressja (nuqqas ta’ aptit), tnaqqis fil-piż korporali, tregħid fil-muskoli, aċċessjonijiet, nuqqas ta’ sodizza, nifs batut. Is-sinjali kollha marru fi żmien 48 siegħa, ħlief għan-nuqqas t’aptit.


    Doża eċċessiva tal-prodott tikkaġuna dehra mxekkla tal-pil fil-post ittrattat sa 24 siegħa wara. Fil-każ ta’ doża eċċessiva, ikkuntattja lil kirurgu veterinarju.

    Applika d-doża f’post fejn il-kelb ma jistax jilgħaqha u tħallix lill-kelb tiegħek jew annimali oħra jilgħaqu lil xulxin wara t-trattament.


    Il-klieb m’għandhomx jiġu maħsula jew maħsula bix-xampù għal 48 siegħa qabel it-trattament. Immersjoni tal-annimal fl-ilma jew ħasil b’xampu fi żmien 24 siegħa wara t-trattament jista’ jnaqqas l- effikaċja tal-prodott. Jekk tixtieq taħsel il-kelb tiegħek, ħalli ta’ lanqas jum bejn it-trattament u l-ħasil bix-xampu.


    Meta tagħti l-prodott, ipprova evita li l-pil jixxarrab għax dan jista’ jikkaġuna dehra mxekkla tal-pil fil-post tat-trattament. Madankollu, jekk dan iseħħ, din tisparixxi fi żmien 24 siegħa.


    Is-solvent fi Prac-Tic jista’ jtebba’ ċerti materjali inkluż ġilda, tessut, plastik u uċuh irfinuti. Ħalli s-sit tal-applikazzjoni jinxef qabel tippermetti kuntatt ma’ materjal bħal dan.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju li ma ġiex użat jew materjal għar-rimi li huwa derivat minn dan il-prodott mediċinali veterinarju għandhom jintremew skont kif jitolbu r-regolamenti tal-pajjiż.


    Prac-Tic m’għandux jitħalla jidħol fl-ilma ġieri, peress li jista’ jkun ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi. Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-briegħed adulti jiġu maqtula qabel ma jbidu mill-anqas 4 ġimgħat qabel it-trattament. Billi Prac-tic jelimina kompletament il-produzzjoni tal-bajd, huwa jkisser iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bergħud.


Kartuna li fiha 1, 2 jew 10 blisters li kull waħda fiha 3 pipetti. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-sid tal- awtorizzazzjoni tal-kummerċ.