Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Zoledronic acid Actavis
zoledronic acid

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Zoledronic acid Actavis 4 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

zoledronic acid


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tqala u treddigħ

M’għandekx tingħata Zoledronic acid Actavis jekk ħriġt tqila. Avża lit-tabib tiegħek jekk ħriġt tqila,

jew taħseb li tista’ tkun ħriġt tqila.


M’għandekx tingħata Zoledronic acid Actavis jekk qed tredda’.


Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew meta tkun qed tredda’.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kien hemm każijiet rari ħafna ta’ ħedla u ngħas bl-użu ta’ Zoledronic acid Actavis. Għalhekk għandek toqgħod attent meta tkun qed issuq, tħaddem magni jew tagħmel xi attivitajiet oħra li jeħtieġu

attenzjoni sħiħa.

Zoledronic acid Actavis fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kunjett, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa

mis-sodium’.


  1. Kif jintuża Zoledronic acid Actavis


    • Zoledronic acid Actavis għandu jingħata biss minn professjonisti fil-kura tas-saħħa mħarrġa fl-

      għoti ta’ bisfosfonati ġol-vini, jiġifieri minn vina.

    • It-tabib tiegħek se jirrakkomandalek biex qabel kull darba li tingħata l-kura inti tixrob biżżejjed ilma sabiex tilqa’ kontra d-deidratazzjoni.

    • Segwi sew l-istruzzjonijiet l-oħra kollha li jingħatawlek mit-tabib, mill-ispiżjar jew mill- infermier tiegħek.


    Kemm jingħata Zoledronic acid Actavis

    • Id-doża waħda tas-soltu mogħtija hija ta’ 4 mg.

    • Jekk għandek problema tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jagħtik doża aktar baxxa skond il-gravità

      tal-problema fil-kliewi.


      Kemm spiss jingħata Zoledronic acid Actavis

    • Jekk qed tingħata l-kura għall-prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet fl-għadam minħabba l-

      metastasi fl-għadam, inti tingħata infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Actavis kull tlieta sa erba’ ġimgħat.

    • Jekk qed tingħata l-kura sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ calcium fid-demm tiegħek, normalment tingħata biss infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Actavis.


      Kif jingħata Zoledronic acid Actavis

    • Zoledronic acid Actavis jingħata bħala dripp (infużjoni) ġo vina li mill-anqas għandu jdum 15-

    il minuta u għandu jingħata bħala soluzzjoni waħda minn ġol-vina f’linja ta’ infużjoni separata.


    Dawk il-pazjenti li l-livelli tal-kalċju fid-demm għandhom mhumiex għoljin wisq għandhom jingħataw ukoll supplimenti tal-kalċju u vitamina D biex jittieħdu kuljum.


    Jekk tingħata Zoledronic acid Actavis aktar milli suppost

    Jekk ingħatajt dożi aktar għoljin minn dawk irrakkomandati għandek tinżamm taħt osservazzjoni

    b’attenzjoni mit-tabib tiegħek. Dan għaliex tista’ tiżviluppa anormalitajiet tal-elettroliti fis-serum (eż. livelli anormali ta’ kalċju, fosfru u manjesju) u/jew bidliet fil-funzjoni tal-kliewi, inkluża insuffiċjenza severa tal-kliewi. Jekk il-livell tal- kalċju tiegħek jaqa’ baxx wisq, jista’ jkollok bżonn tingħata suppliment tal- kalċju permezz ta’ infużjoni.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd. Dawk l-effetti l-aktar komuni ta’ spiss ikunu ħfief u probabbli jegħbu wara żmien qasir.

    Kellem lit-tabib tiegħek minnufih rigward kwalunkwe effett sekondarju fost dawn li ġejjin: Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

    • Indeboliment sever tal-kliewi (li normalment jiġi stabbilit mit-tabib tiegħek permezz ta’ ċerti testijiet speċifiċi tad-demm).

    • Livell baxx ta’ kalċju fid-demm.


      Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

    • Uġigħ fil-ħalq, fis-snien u/jew fix-xedaq, nefħa jew selħiet fil-ħalq li ma jfiqux, jew tisfija tax- xedaq, tnemnin jew sensazzjoni ta’ toqol fix-xedaq, jew iċ-ċaqliq ta’ xi sinna. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fix-xedaq (osteonekrożi). Kellem lit-tabib jew lid-dentist

      tiegħek minnufih jekk tħoss sintomi bħal dawn waqt li tkun qed tiġi ikkurat b’Zoledronic acid

      Actavis jew wara li tieqaf mill-kura.

    • Ritmu irregolari tal-qalb (fibrillazzjoni tal-atrija) deher f’pazjenti li kienu qegħdin jingħataw zoledronic acid għall-osteoporożi ta’ wara l-menopawża. Fil-preżent għadu m’ huwiex magħruf jekk zoledronic acid jikkawżawx dan ir-ritmu irregolari tal-qalb iżda għandek tirrapporta lit- tabib tiegħek jekk tħoss sintomi bħal dawn wara li tkun ingħatajt zoledronic acid.

    • Reazzjonijiet avversi severi: qtugħ ta’ nifs, nefħa l-aktar fil-wiċċ u l-griżmejn.


      Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 ruħ):


      • Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi ta' kalċju: taħbit tal-qalb irregolari (arritmija kardijaka; sekondarju lill ipokalċimija).


      • Disturb fill-funzjoni tal-kliewi, msejjaħ sindrome ta. Fanconi (normalment tiġi determinata mit-tabib tiegħek permezz ta’ ċerti testijiet tal-awrina) .


        Rari ħafna (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000):

    • Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi tal-kalċju: taħbit irregolari tal-qalb (arritmija tal-qalb; kawża ta’ ipokalċimija), aċċessjonijiet, titrix u tetanja (kawża ta’ ipokalċimija).

    • Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek uġigħ fil-widnejn, tnixxija mill-widna, u / jew infezzjoni

      fil-widnejn. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam ta’ ġol widna.

    • B’mod rari ħafna osteonekrożi kienet osservata li sseħħ ukoll f’għadam ieħor minbarra x-xedaq, speċjalment fil-ġenbejn jew fil-koxxa. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sintomi bħal bidu ġdid jew aggravar ta’ weġgħat, uġigħ jew ebusija waqt li tkun qed tiġi ttrattat b’Zoledronic acid Actavis jew wara li twaqqaf it-trattament.

      Avża lit-tabib tiegħek dwar xi waħda minn dawn l-effetti sekondarji mill-aktar fis possibli: Komuni ħafna (tista' taffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10):

    • Livell baxx ta’ fosfat fid-demm.


      Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

    • Uġigħ ta’ ras u sindrome bħal tal-influwenza b’deni, għeja, debbulizza, ngħas, tkexkix ta’ bard u uġigħ fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli. F’ħafna każijiet ma jkunx hemm bżonn kura speċifika għal dawn is-sintomi għax jitilqu fi żmien qasir (wara ftit sigħat jew ġranet).

    • Reazzjonijiet gastrointestinali bħal dardir u remettar kif ukoll nuqqas ta’ aptit.

    • Konġunktivite.

    • Livell baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija).


    Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

    • Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva.

    • Pressjoni baxxa.

    • Uġigħ fis-sider.

    • Reazzjonijiet fil-ġilda (ħmura u nefħa) fis-sit tal-infużjoni, raxx, ħakk.

    • Pressjoni għolja, qtugħ ta’ nifs, sturdament, ansjetà, disturb fl-irqad, disturbi fit-togħma, tregħid, tingiż jew titrix fl-idejn jew fis-saqajn, dijarea, stitikezza, uġigħ addominali, ħalq xott.

    • Għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm u ta’ plejtlits tad-demm.

    • Livell baxx ta’ manjesju u potassju fid-demm. It-tabib tiegħek se jissorvelja dan u se jieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa.

    • Żieda fil-piż.

    • Żieda fl-għaraq.

    • Ngħas.

    • Vista mċajpra, ħruġ ta’ dmugħ fl-għajnejn, sensittività tal-għajn għad-dawl.

    • Kesħa f’daqqa b’ħass ħażin, dgħjufija jew kollass.

    • Diffikultà fit-teħid tan-nifs bi tħarħir jew sogħla.

    • Urtikarja.

      Rari (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000):

    • Qalb tħabbat bil-mod.

    • Konfużjoni.

    • B’mod rari jista’ jseħħ ksur mhux tas-soltu tal-għadam tal-koxxa b’mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jieħdu kura għall-osteoporożi għal tul ta’ żmien. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tħoss uġigħ, dgħufija jew skumdità fil-koxxa, fil-ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa minħabba li dan jista’ jkun sinjal bikri li jista’ jkun hemm ksur fl-għadma tal-koxxa.

    • Mard tal-pulmun interstizjali (infjammazzjoni tat-tessut madwar il-boroż tal-arja tal-pulmuni).

    • Sintomi jixbħu lill-influwenza inkluż artrite u nefħa fil-ġogi.

    • Ħmura u/jew nefħa fl-għajn li tkun bl-uġigħ.


      Rari ħafna (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000):

    • Ħass ħażin minħabba pressjoni baxxa.

    • Uġigħ qawwi fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli, li xi kultant jikkawża diżabilità.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi

    xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezztas-sistemata’rappurtarnazzjonalimniżżlaf’AppendiċiV. Billi

    tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’

    din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Zoledronic acid Actavis


    It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jafu kif għandhom jaħżnu Zoledronic acid Actavis kif

    suppost.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Zoledronic acid Actavis


Kif jidher Zoledronic acid Actavis u l-kontenut tal-pakkett

Zoledronic acid Actavis jiġi bħala konċentrat ċar u bla kulur għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili) f’kunjett tal-plastik. Kunjett wieħed fih 5ml ta’ soluzzjoni.Zoledronic acid Actavis jiġi f’pakketti ta’ 1, 4 jew 10 kunjetti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu

għalskop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Actavis Group PTC ehf.

Reykjavíkurvegur 76 78

220 Hafnarfjörður

Iceland


Manifattur

Actavis Italy S.p.A. Via Pasteur 10

20014 Nerviano (MI)

Italy

Għal kull tagħrif dwar din il- mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics

Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S

Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland

L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland ratiopharm GmbH Tel: +49 73140202

Nederland

Teva Nederland B.V.

Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal

Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS

Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U.

Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911

Italia

Teva Italia S.r.l.

Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E. Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland

Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’



---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss: Kif tipprepara u tagħti Zoledronic acid Actavis

Għal kondizzjonijiet ta’ ħażna ta’ Zoledronic acid Actavis wara d-dilwizzjoni, ara “Żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara d-dilwizzjoni”.