Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Celvapan
influenza vaccine (H1N1)v (whole virion, Vero cell derived, inactivated)

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT


CELVAPAN suspensjoni għall-injezzjoni

Vaċċin kontra l-influwenza (H1N1)v (virijon sħiħ, derivat minn ċelluli Vero, inattivat)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti jseħħ, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib jew infermier tiegħek minnufih.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina


  1. Kif taħżen Celvapan


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2C – 8C).

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl. Tagħmlux fil-friża.


    Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba, il-kunjett għandu jintuża f’ħin massimu ta’ 3 sigħat.


    Zāles vairs nav reğistrētas

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Celvapan

Sustanza attiva:


Vaċċin ta’ kontra l-influwenza ta’ virjon sħiħ, inattivat, li fih antiġen ta’ razza*:


A/California/07/2009 (H1N1)v 7.5 mikrogrammi** għal kull doża ta’ 0.5 ml


* propagati f’ċelluli Vero (razza ta’ ċelluli kontinwi ta’ oriġini mammifera)

** emaglutinin Sustanzi oħra:

Is-sustanzi l-oħra huma: trometamol, sodium chloride, ilma għall-injezzjonijiet, polysorbate 80.


Kif jidher Celvapan u l-kontenut tal-pakkett


Celvapan huwa likwidu minn ċar sa opalexxenti u transluċidu.

Pakkett wieħed ta’ Celvapan fih 20 kunjett b’ħafna dożi ta’ 5 ml ta’ suspensjoni għall-injezzjoni għal 10 dożi.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Nanotherapeutics Bohumil, s.r.o. Bohumil 138

28163 Jevany

Repubblika Ċeka

Manifattur:


Baxter AG Uferstrasse 15

A-2304 Orth/Donau L-Awstrija


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar SSSS}



.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Qabel l-għoti, it-tilqima għandha titħalla tilħaq it-temperatura tal-kamra u l-kunjett għandu jitħawwad tajjeb.


Zāles vairs nav reğistrētas

Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba, il-kunjett għandu jintuża f’ħin massimu ta’ 3 sigħat. Kull doża ta’ tilqima ta’ 0.5 ml tinġibed ġo siringa għall-injezzjoni.

It-tilqima m’għandhiex tingħata ġol-vini/arterji.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.