Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pregabalin Mylan Pharma
pregabalin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Pregabalin Mylan Pharma 25 mg kapsuli iebsin Pregabalin Mylan Pharma 50 mg kapsuli iebsin Pregabalin Mylan Pharma 75 mg kapsuli iebsin Pregabalin Mylan Pharma 100 mg kapsuli iebsin Pregabalin Mylan Pharma 150 mg kapsuli iebsin Pregabalin Mylan Pharma 200 mg kapsuli iebsin Pregabalin Mylan Pharma 225 mg kapsuli iebsin Pregabalin Mylan Pharma 300 mg kapsuli iebsin Pregabalin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



F'dan il-fuljett


  1. X'inhu Pregabalin Mylan Pharma u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Mylan Pharma

  3. Kif għandek tieħu Pregabalin Mylan Pharma

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Pregabalin Mylan Pharma

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Pregabalin Mylan Pharma u għalxiex jintuża


    Pregabalin Mylan Pharma fih is-sustanza attiva pregabalin li tappartjeni għal grupp ta' mediċini li jintużaw għall-kura ta' l-epilessija u d-Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata (GAD - Generalised Anxiety Disorder) fl-adulti.


    Epilessija: Pregabalin Mylan Pharma tintuża sabiex tiġi kkurata ċerta forma ta' epilessija (aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja) fl-adulti. It-tabib tiegħek jordnalek Pregabalin Mylan Pharma biex jgħin fil-kura ta' l-epilessija meta l-kura li tkun qed tieħu ma tkunx qiegħda tikkontrolla l-kondizzjoni tiegħek. Pregabalin Mylan Pharma għandu jittieħed mal-kura li tkun qiegħed/qiegħda tieħu. Pregabalin Mylan Pharma mhuwiex maħsub sabiex jintuża waħdu, iżda għandu dejjem jintuża ma' trattament ieħor kontra l-epilessija.


    Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata: Pregabalin Mylan Pharma jintuża għall-kura ta' Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata (GAD). Is-sintomi ta' GAD huma ansjetà eċċessiva fit-tul u tħassib li jkunu diffiċli biex tikkontrollahom. GAD jista' jikkawża wkoll irrekwitezza jew tħossok eċċitat jew fuq ix- xwiek, tegħja malajr (għajjien), diffikulta' biex tikkonċentra jew ma tiftakar xejn, tħossok irritabbli, ikollok tensjoni fil-muskoli jew disturb fl-irqad. Dan huwa differenti mit-tensjonijiet tal-ħajja ta' kuljum.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Mylan Pharma Tiħux Pregabalin Mylan Pharma

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk int allerġiku għal pregabalin jew għal xi sustanzi oħra ta' din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).


    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Pregabalin Mylan Pharma.


    • Xi pazjenti li jużaw Pregabalin Mylan Pharma irrappurtaw sintomi li jindikaw reazzoni allerġika. Dawn iss-sintomi

      jinkludu nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, kif ukoll raxx diffus tal-ġilda. Jekk tħoss kwalunkwe minn dawn is-sintomi għandek tkellem immedjatament lit-tabib tiegħek.


    • Pregabalin Mylan Pharma ġie assoċjat ma' sturdament u ngħas, li jistgħu jżidu l-okkorrenza ta' korriment aċċidentali (waqgħat) f'pazjenti anzjani. Għalhekk, inti għandek toqgħod attent sakemm tidra l-effetti li jista' jkollha l-mediċina.


    • Pregabalin Mylan Pharma jista jikkawża viżjoni mċajpra jew telf tal-vista, jew bidliet oħra fil- vista, li l-maġġorparti minnhom huma temporanji. Għandek tirreferi immedjament għand it- tabib tiegħek jekk tesperjenza xi bdil fil-viżta.


    • Xi pazjenti bid-dijabete li jżidu fil-piż waqt li jkunu qegħdin jieħdu pregabalin jista' jkollhom bżonn bidla fil-mediċini li jkunu qegħdin jieħdu kontra d-dijabete.


    • Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta' dawn l- effetti tista' tiżdied meta jittieħdu flimkien.


    • Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb konġestiva f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu Pregabalin Mylan Pharma; dawn il-pazjenti kienu il-biċċa l’kbira anzjani b’kundizzjonijiet karjovaskulari. Qabel ma tieħu din il-mediċina għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok storja ta’ mard tal-qalb.


    • Kien hemm rapporti ta’ indeboliment tal-kliewi f’xi pajenti waqt li kienu qed jieħdu Pregabalin Mylan Pharma.Jekk waqt li tieħu Pregabalin Mylan Pharma tinnota tnaqqis fil-passaġġ tal-urina, għandek tinforma lit-tabib, minħabba li ti twaqqif tal-mediċina tista ssolvi din il-problema.


    • Numru zgħir ta’ pazjenti li jkunu qed jirċievu kura bi prodotti mediċinali kontra l-epilessija bħal-Pregabalin Mylan Pharma, kellhom ħsibijiet li jweġġgħu lilhom infushom jew li jagħmlu suwiċidju. Jekk f’xi hin ikollok dawn il-ħsibijiet kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.


    • Meta Pregabalin Mylan Pharma tkun qed tittieħed ma’ mediċini oħrajn li jikkawżaw l- istitikezza (bħal ċerti tipi ta’ mediċini li jingħataw għall-uġigħ) jista’ jkun possibli li jkun hemm problemi gastroinestinali (eż. stitikezza, imsaren imblukkati jew paralizzati). Avża lit-tabib jekk tesperjenza stitikezza, speċjalment jekk inti suxxettibli għal din il-problema.


    • Qabel tieħu din il-mediċina, għandek tgħid li-tabib jekk għandek storja ta’ vizzju tax-xorb jew kwalunkwe abbuż jew dipendenza ta’ droga. Tieħux aktar mediċina milli miktub fuq ir-riċetta.


    • Kien hemm rapporti ta’ aċċessjonijiet waqt l-użu ta’ pregabalin jew ftit wara li twaqqfet il-kura bi pregabalin. Jekk tesperjenza xi aċċessjoni kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

    • Kien hemm rapporti ta’ nuqqas tal-funzjoni tal-moħħ (enċefalopatija) f’xi pazjenti li qed jieħdu Pregabalin Mylan Pharma u li għandhom kundizzjonijiet oħrajn. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ kundizzjonijiet mediċi serji, li jinkludu mard tal-fwied u l-kliewi.


    • Kien hemm rapporti ta’ diffikultajiet biex wieħed jieħu n-nifs. Jekk tbati minn disturbi

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      fis-sistema nervuża, disturbi respiratorji, indeboliment tal-kliewi, jew jekk għandek aktar minn 65 sena, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik reġim tad-doża differenti. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok problemi biex tieħu n-nifs jew jekk tieħu nifsijiet qosra u mgħaġġlin.


      Tfal u adolexxenti


      Is-sigurtà u l-effikaċja fit-tfal u adoloxxenti (ta' taħt it-18 -il sena) ma ġewx determinati s’issa u għalhekk, pregabalin m’għandux jintuża f’dan il-grupp ta’ etajiet.


      Mediċini oħra u Pregabalin Mylan Pharma


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Pregabalin Mylan Pharma u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin (interazzjoni). Meta Pregabalin Mylan Pharma tiġi meħuda ma’ ċertu mediċini oħra li għandhom effetti sedattivi (inklużi l- opjojdi), tista tqawwi l-effetti u tista twassal għal insuffiċjenza respiratorja, koma u mewt. Il-livell ta' sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa jista' jiżdied jekk Pregabalin Mylan Pharma jittieħed ma' prodotti mediċinali oħra li fihom:


      Oxycodone – (użat biex itaffi l-uġigħ) Lorazepam – (użat għall-kura ta' ansjetà) Alkoħol


      Pregabalin Mylan Pharma jista' jittieħed ma' kontraċettivi orali.


      Meta tieħu Pregabalin Mylan Pharma ma’ ikel, xorb, u alkoħol


      Il-kapsuli Pregabalin Mylan Pharma jistgħu jittieħdu ma' l-ikel jew waħedhom.


      Huwa rakkomandat li wieħed ma jixrobx alkoħol waqt li jkun qed jieħu Pregabalin Mylan Pharma.


      Tqala u treddigħ


      Pregabalin Mylan Pharma m'għandux jittieħed waqt it-tqala jew waqt li tkun qed tredda’, sakemm it- tabib ma jgħidlekx mod ieħor. Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva f'nisa li jistgħu joħorġu tqal. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta' magni


      Pregabalin Mylan Pharma jista' jikkawża sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa. Issuqx, tħaddimx makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f'attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il-mediċina taffettwax il-ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.


      Kontenut tas-sodju

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

  3. Kif għandek tieħu Pregabalin Mylan Pharma


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    It-tabib tiegħek jistabbilixxi liema doża hi adattata għalik. Pregabalin Mylan Pharma huwa għal użu orali biss. Epilessija jew Disturb ta' Ansjetà Ġeneralizzata:

    • Ħu l-ammont ta' kapsuli kif ordnalek it-tabib tiegħek.

    • Id-doża, li tiġi aġġustata għalik u għall-kondizzjoni tiegħek, ġeneralment tkun bejn 150 mg u 600 mg kuljum.

    • It-tabib tiegħek se jgħidlek biex tieħu Pregabalin Mylan Pharma jew darbtejn jew tliet darbiet kuljum. Fil-każ ta' darbtejn kuljum ħu Pregabalin Mylan Pharma darba filgħodu u darba fil- għaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata. Għal tliet darbiet kuljum ħu Pregabalin Mylan Pharma darba filgħodu, darba wara nofsinhar u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl- istess ħinijiet tal-ġurnata.


      Jekk ikollok l-impressjoni li l-effett ta' Pregabalin Mylan Pharma huwa qawwi żżejjed jew dgħajjef iżżejjed, tkellem mat-tabib jew ma' l-ispiżjar tiegħek.


      Jekk int pazjent aktar anzjan ('il fuq minn 65 sena), inti għandek tieħu Pregabalin Mylan Pharma b'mod normali ħlief jekk ikollok problemi bil-kliewi.


      It-tabib tiegħek jista' jordnalek skeda ta' dożaġġ u/jew doża differenti jekk ikollok problemi bil-kliewi tiegħek.


      Ibla' l-kapsula sħiħa bl-ilma.


      Kompli ħu Pregabalin Mylan Pharma sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf.


      Jekk tieħu Pregabalin Mylan Pharma aktar milli suppost


      Ċempel lit-tabib tiegħek jew mur immedjatament fit-taqsima ta' l-emerġenza ta' l-eqreb sptar. Ħu l- kaxxa jew il-flixkun tal-kapsuli Pregabalin Mylan Pharma miegħek. Jekk tieħu Pregabalin Mylan Pharma aktar milli suppost tista’ tħossok bin-ngħas, konfuż, aġitat jew bla mistrieħ. Kienu rrapportati wkoll aċċessjonijiet.


      Jekk tinsa tieħu Pregabalin Mylan Pharma


      Importanti li tieħu l-kapsuli Pregabalin Mylan Pharma tiegħek b'mod regolari fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin għad-doża li jmiss. F'dak il- każ, kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. Tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li nsejt.


      Jekk tieqaf tieħu Pregabalin Mylan Pharma


      Twaqqafx Pregabalin Mylan Pharma sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan. Jekk il- kura tiegħek titwaqqaf, dan għandu jsir b'mod gradwali fuq perijodu minimu ta' ġimgħa.


      Wara li twaqqaf kura fit-tul jew fil-qasir b’Pregabalin Mylan Pharma, jeħtieġ li tkun taf li tista' tesperjenza ċerti effetti sekondarji. Dawn jinkludu diffikulta' biex torqod, uġigħ ta' ras, dardir, tħossok ansjuż, dijarea, sintomi bħall-influwenza, aċċessjonijiet, nervożità, depressjoni, uġigħ, tagħriq u sturdament. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b'mod aktar komuni jew sever jekk tkun ilek tieħu Pregabalin Mylan Pharmagħal perijodu ta' żmien aktar fit-tul.

      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni:


    • Sturdament, ħedla, uġigħ ta' ras


      Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10:


    • Żieda fl-aptit

    • Sensazzjoni ta' ferħ kbir, konfużjoni, diżorjentament, tnaqqis fl-interess sesswali, irritabilità

    • Nuqqas ta' attenzjoni, guffaġni, indeboliment tal-memorja, telf tal-memorja, tregħid, diffikulta' biex titkellem, sensazzjoni ta' tnemnim, tmewwit, sedazzjoni, letarġija, nuqqas ta’ rqad, għeja, tħossok stramb u mhux bħas-soltu

    • Vista mċajpra, vista doppja

    • Vertigo, problemi fil-bilanċ, waqgħat

    • Ħalq xott, stitikezza, rimettar, gass fl-istonku, dijarea, dardir, nefħa fiż-żaqq

    • Diffikultajiet bl-erezzjoni

    • Nefħa fil-ġisem, inkluż l-estremitajiet

    • Sensazzjoni ta' wieħed fis-sakra, mod mhux normali kif timxi

    • Żieda fil-piż

    • Bugħawwieġ, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn u fis-saqajn

    • Uġigħ fil-griżmejn


      Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100:


    • Telf tal-aptit, tnaqqis fil-piż, zokkor baxx fid-demm, zokkor ogħli fid-demm.

    • Bidla fil-mod kif tħares lejk innifsek, irrekwitezza, depressjoni, aġitazzjoni, bidliet fil-burdata, diffikulta' biex issib il-kelma, alluċinazzjonijiet, ħolm anormali, attakk ta’ paniku, apatja, agressjoni, burdata ta’ entużjażmu, indeboliment mentali, diffikulta' biex taħseb, żieda fl- interess sesswali, problemi fil-funzjoni ta' natura sesswali li jinkludu inkapaċità li tilħaq orgażmu, dewmien fl-ejakulazzjoni.

    • Bidliet fil-viżta tal-għajnejn, moviment mhux normali tal-għajnejn, bidliet fil-viżta ta’ l- għajnejn li jinkludu telf tal-viżta periferali, tberrieq ta’ dawl, movimenti bl-iskossi, tnaqqis fir- riflessi, attività akbar, sturdament meta tkun qiegħed bil-wieqfa, ġilda sensittiva, telf tat-togħma, sensazzjoni ta' ħruq, rogħda meta tiċċaqlaq, koxjenza mnaqqsa, tintilef minn sensik, ħass ħażin, sensittivita’ akbar għall-ħsejjes, tħossok ma tiflaħx.

    • Għajnejn xotti, nefħa fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn dgħajfa, għajnejn idemmgħu, irritazzjoni fl-għajnejn.

    • Disturbi fir-ritmu tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, tibdil fit-taħbit tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb.

    • Fwawar, fwawar tal-menopawsa.

    • Diffikulta' biex tieħu nifs, nixfa fl-imnieħer, konġestjoni fl-imnieħer.

    • Produzzjoni akbar ta' bżieq, ħruq ta' stonku, tmewwit madwar il-ħalq

    • Tagħriq, raxx, tkexkix ta’ bard, deni.

    • Ġbid fil-muskoli, nefħa fil-ġogi ,ebusija fil-muskoli, uġigħ li jinkludi uġigħ fil-muskoli, ,uġigħ fl-għonq.

    • Uġigħ fis-sider.

    • Diffikulta' jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, inkontinenza, volum anqas ta' awrina.

    • Indeboliment, għatx, tagħfis fis-sider.

    • Bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm u tal-fwied (żieda fil-kreatina phosphokinase fid- demm, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-għadd ta' pjastrini, newtropenja, żieda fil-kreatinina fid-demm, tnaqqis fil-potassju fid-demm).

    • Sensittività eċċessiva, nefħa fil-wiċċ, ħakk, urtikarja, imnieħer inixxi, fsada mill-imnieħer, sogħla, inħir.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Uġigħ waqt il-mestruwazzjoni.

    • Idejn u saqajn kesħin.


    Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000:


    • Sens tax-xamm mhux normali, problemi fil-viżta fejn l-affarijiet jidhru jiċċaqalqu, perċezzjoni alterata tal-fond, viżta għad-dawl aktar qawwija, telf tal-viżta.

    • Twessigħ tal-pupilli, twerriċ, irritazzjoni fl-għajnejn.

    • Għaraq kiesaħ, dwejjaq fil-gerżuma, ilsien minfuħ.

    • Infjammazjoni tal-frixa.

    • Diffikultà biex tibla.

    • Movimenti tal-ġisem bil-mod jew imnaqqsa.

    • Diffikultà biex tikteb kif suppost.

    • Żieda ta’ fluwidu fiż-żaqq.

    • Ilma fil-pulmun.

    • Aċċessjonijiet.

    • Tibdil fir-riżultati elettriċi (ECG) tal-qalb li jirrifletttu disturbi fir-ritmu tal-qalb.

    • Ħsara fil-muskoli.

    • Tnixxija mis-sider, żieda mhux normali fid-daqs tas-sider, żieda fid-daqs tas-sider tal-irġiel.

    • Waqfien fil-mestruwazzjoni.

    • Insuffiċjenza tal-kliewi, volum anqas ta’awrina, ritenzjoni urinarja.

    • Tnaqqis fl-għadd ta' ċelloli bojod tad-demm.

    • Mġiba mhux xierqa.

    • Reazzjonijiet allerġiċi (dawn jistgħu jinkludu diffikulta’ biex tieħu n-nifs, infjammazzjoni fl- għajnejn (keratite) u reazzjoni serja fil-ġilda karatterizzata minn raxx, nfafet, ġilda mqaxxra u uġigħ.

    • Suffejra (sfurija tal-ġilda jew ta’ l-għajnejn).


      Rari Ħafna: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000


    • Insuffiċenzja tal-fwied

    • Epatite (infjammazzjoni tal-fwied)


    Inti għandek tfittex parir mediku immedjat jekk tesperjenza nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien, jew jekk tiħmarlek il-ġilda u tibda titqaxxar jew ittella’ l-imfafet.


    Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta' dawn l-effetti tista' tiżdied meta jittieħdu flimkien.


    Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhumiex elenkati f’dan il-fuljett.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  5. Kif taħżen Pregabalin Mylan Pharma


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Folja: Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’. Flixkun: Żomm il-flixkun magħluq tajjeb sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X'fih Pregabalin Mylan Pharma

X’fih Pregabalin Mylan

Is-sustanza attiva hi pregabalin. Kull kapsula iebsa fiha 25 mg, 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg jew 300 mg pregabalin.


Is-sustanzi l-oħra huma: hydroxylpropylcellulose, maize starch, talc, ġelatina, titanium dioxide (E171), sodium laurilsulfate, ilma ppurifikat, shellac, black iron oxide (E172), propylene glycol, potassium hydroxide u soluzzjoni ta’ ammonia konċentrata), yellow iron oxide (E172) u erythrosine (E127).


Kif jidher Pregabalin Mylan u l-kontenut tal-pakkett


Kapsula, iebsa.


Id-dehra ta' Pregabalin Mylan Pharma u l-kontenut tal-pakkett


Pregabalin Mylan Pharma 25 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il- kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB25 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 21, 56, 84, 100 kapsula u

f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 56 x 1, 84 x 1, 100 x 1 kapsula.


Pregabalin Mylan Pharma 50 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ skur u korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-

kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB50 b’linka sewda fuq

l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 21, 56, 84, 100 kapsula u f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 84 x 1, 100 x 1 kapsula.


Pregabalin Mylan Pharma 75 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak ta’ lewn il-ħawħ ċar, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti

fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB75 b’linka

sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula, f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 14 x 1, 56 x 1, 100 x 1 kapsula u fi fliexken li jkun fihom 200 kapsula.


Pregabalin Mylan Pharma 100 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ skur u korp opak ta’ lewn il-ħawħ skur, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB100

b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 21, 84, 100 kapsula u


f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 84 x 1, 100 x 1 kapsula.


Pregabalin Mylan Pharma 150 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, , b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il- kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB150 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula, f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 14 x 1, 56 x 1, 100 x 1 kapsula u fi fliexken

li jkun fihom 200 kapsula.


Pregabalin Mylan Pharma 200 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak ta’ lewn il-ħawħ ċar, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB200 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 21, 84, 100 kapsula u f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 84 x 1, 100 x 1 kapsula.


Pregabalin Mylan Pharma 225 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ skur u korp opak ta’ lewn il-ħawħ skur, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB225 b’linka sewda fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula u f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 56 x 1, 100 x 1 kapsula.


Pregabalin Mylan Pharma 300 mg kapsula iebsa

Kapsula tal-ġelatina b’qoxra iebsa, b’għatu opak ta’ lewn il-ħawħ ċar u korp opak abjad, mimlija bi trab minn abjad sa abjad jagħti fil-griż. Il-

kapsula hi stampata b’mod assjali b’MYLAN fuq PB300 b’linka sewda

fuq l-għatu u fuq il-korp.

Disponibbli f'pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 56, 100 kapsula, f'pakketti ta' folji perforati li jkun fihom 56 x 1, 100 x 1 kapsula u fi fliexken li jkun fihom 200 kapsula.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Mylan S.A.S

117 Allée des Parcs 69800 Saint-Priest Franza


Manifattur

Mylan Hungary Kft, Mylan utca 1, Komárom, 2900, L-Ungerija


McDermott Laboratories Limited t/a Gerard Laboratories, 35/36 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, L-Irlanda


image

Mylan B.V., Dieselweg 25, 3752 LB Bunschoten, L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 32 (0)2 658 61 00

Lietuva

Mylan Healthcare UAB Tel: +370 5 205 1288


България

Майлан ЕООД

Teл.: +359 2 44 55 400

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Luxembourg/Luxemburg

Mylan bvba/sprl

Tel: + 32 (0)2 658 61 00

(Belgique/Belgien)


Česká republika

Mylan Healthcare CZ .s.r.o. Tel: +420 222 004 400

Magyarország

Mylan EPD Kft

Tel: + 36 1 465 2100


Danmark

Mylan Denmark ApS Tel: +45 28 11 69 32

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd. Tel: + 356 21 22 01 74


Deutschland

Mylan Healthcare GmbH Tel: +49 800 0700 800

Nederland

Mylan BV

Tel: + 31 (0)20 426 3300


Eesti

BGP Products Switzerland GmbH Eesti filiaal

Tel: +372 6363 052

Norge

Mylan Healthcare Norge AS Tel: + 47 66 75 33 00


Ελλάδα

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ Τηλ: +30 210 993 6410

Österreich

Arcana Arzneimittel GmbH Tel: +43 1 416 2418


España

Mylan Pharmaceuticals, S.L Tel: + 34 900 102 712

Polska

Mylan Healthcare Sp. z.o.o. Tel: + 48 22 546 64 00


France

Mylan S.A.S

Tel: +33 4 37 25 75 00

Portugal

Mylan, Lda.

Tel: + 351 21 412 72 56


Hrvatska

Mylan Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 23 50 599

România

BGP Products SRL Tel: +40 372 579 000


Ireland

Mylan Ireland limited Tel: +353 (0) 87 1694982

Slovenija

Mylan Healthcare d.o.o. Tel: + 386 1 23 63 180


Ísland

Icepharma hf

Tel: +354 540 8000

Slovenská republika

Mylan s.r.o.

Tel: +421 2 32 199 100

Italia

Mylan Italia S.r.l.

Tel: + 39 02 612 46921

Suomi/Finland

Mylan Finland OY Puh/Tel: +358 20 720 9555


Κύπρος

Varnavas Hadjipanayis Ltd

Τηλ: +357 2220 7700

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Sverige

Mylan AB

Tel: + 46 855 522 750


Latvija

Mylan Healthcare SIA Tel: 371 676 055 80

United Kingdom Generics [UK] Ltd Tel: +44 1707 853000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.