Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Ammonaps
sodium phenylbutyrate

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


AMMONAPS 500 mg pilloli

Sodium phenylbutyrate


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Hu rakkomandat li minflok jintużaw granijiet ta’ AMMONAPS.

AMMONAPS għandu jittieħed flimkien ma’ dieta b’ammont limitat ta’ proteini, li hi maħduma apposta għalik mit-tabib jew minn espert tad-dieta. Int għandek issegwi din id-dieta sew.


AMMONAPS ma jevitax kompletament l-okkorrenza ta’ eċċess akut ta’ ammonia fid-demm u

mhuwiex adattat biex jikkura din il-kundizzjoni, li hi emerġenza medika.


Jekk ikollok bżonn ta’ testijiet tal-laboratorju, hu importanti li tfakkar it-tabib tiegħek li int qed tieħu AMMONAPS, għax is-sodium phenylbutyrate jista’ jinfluwenza ċerti riżultati tat-testijiet tal- laboratorju.


Mediċini oħra u AMMONAPS

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


B’mod speċjali hu importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu mediċini oħra li fihom:


Dawn il-mediċini jistgħu jibdlu l-effett ta’ AMMONAPS u inti ser ikollok bżonn ta’ testijiet tad- demm iktar frekwenti. Jekk m’intix ċert/a jekk il-mediċini tiegħek fihomx dawn is-sustanzi, għandek tiċċekkja mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek.


Tqala u treddigħ

Tużax AMMONAPS jekk inti tqila, għaliex din il-mediċina tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija mhux

imwielda tiegħek. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni,

matul il-kura b’AMMONAPS.

Tużax AMMONAPS jekk tkun qed tredda’, għaliex din il-mediċina tista’ tgħaddi fil-ħalib tas-sider u

tagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.


AMMONAPS fih sodium

Kull pillola ta’ AMMONAPS fiha 62 mg ta’ sodium.


Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk teħtieġ 6 pilloli jew aktar kuljum għal żmien itwal, speċjalment jekk ngħatajt parir biex issegwi dieta bi ftit melħ (sodju).


  1. Kif għandek tieħu AMMONAPS


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Dożaġġ

    Id-doża ta’ kuljum ta’ AMMONAPS tinħadem fuq it-tolleranza tiegħek għall-proteini, id-dieta u l-piż tal-ġisem jew is-superfiċje tal-ġisem. Int ser ikollok bżonn ta’ eżamijiet regolari tad-demm biex tkun

    determinata d-doża korretta ta’ kuljum. It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek kemm għandek tieħu pilloli.


    Mnejn jingħata

    Int għandek tieħu AMMONAPS minn ħalqek u tqassam id-doża b’mod ugwali ma’ kull ikla (eżempju tliet darbiet kuljum). Għandek tieħu AMMONAPS ma’ ammont kbir ta’ ilma.


    AMMONAPS għandu jittieħed ma’ dieta speċjali b’ammont imnaqqas ta’ proteina.

    Il-pilloli AMMONAPS m’għandhomx jingħataw lit-tfal li mhumiex kapaċi jibilgħu l-pilloli. Hu rakkomandat li jintużaw il-granijiet ta’ AMMONAPS minflok.


    Ser ikollok bżonn tieħu l-kura u ssegwi dieta matul ħajtek kollha, ħlief jekk ikollok trapjant tal-fwied li jkun irnexxa.


    Jekk tieħu AMMONAPS aktar milli suppost

    Pazjenti li ħadu dożi qawwija ħafna ta’ AMMONAPS kellhom:

    • ngħas, għeja, sturdament, u b’mod inqas frekwenti, konfużjoni,

    • uġigħ ta’ ras,

    • tibdil fit-togħma (disturbi fit-togħma),

    • tnaqqis fis-sens tas-smigħ,

    • diżorjentament,

    • indeboliment tal-memorja

    • aggravament ta’ kundizzjonijiet newroloġiċi eżistenti.


      Jekk inti jkollok kwalunkwe minn dawn is-sintomi, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-isptar immedjatament għal kura ta’ sapport.


      Jekk tinsa tieħu AMMONAPS

      Għandek tieħu doża kemm jista’ jkum malajr l-ewwel darba li tiekol. Dejjem kun ċert li hemm ta’ l- inqas tliet (3) sigħat bejn żewġ dożi. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun

      insejt tieħu.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Il-frekwenza tal-effetti sekondarji possibbli hija mogħtija hawn taħt. Komuni ħafna: Taffettwa aktar minn utent 1 minn kull 10

    Komuni: Taffettwa aktar minn utent 1 minn kull 100

    Mhux komuni: Taffettwa minn 1 sa 10 utenti minn kull 1,000 Rari: Taffettwa minn 1 sa 10 utenti minn kull 10,000 Rari ħafna: Taffettwa inqas minn utent 1 minn kull 10,000

    Mhux magħruf: Il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli


    Effettisekondarjikomuniħafna: mestrwazzjoni irregolari u l-waqfien tal-mestrwazzjoni. Jekk inti sesswalment attiva u l-mestrwazzjoni tiegħek tieqaf għal kollox, tassumix li dan huwa ikkawżat minn AMMONAPS. Jekk iseħħ dan, jekk jogħġbok iddiskuti din il-ħaġa mat-tabib tiegħek, għaliex in- nuqqas tal-mestrwazzjoni tiegħek jista’ jkun ikkawżat minn tqala (ara s-sezzjoni Tqala u treddigħ hawn fuq).


    Effettisekondarjikomuni: tibdil fin-numru ta’ ċelloli ħomor tad-demm (ċelloli ħomor, ċelloli bojod u plejtlets), aptit imnaqqas, dipressjoni, irritabilità, uġigħ ta’ ras, ħass ħażin, żamma ta’ fluwidu (nefħa), tibdil fit-togħma (disturbi fit-togħma) uġigħ ta’ żaqq, rimettar, dardir, stitikezza, riħa fil-ġilda, raxx, funzjoni anormali tal-kliewi, żieda fil-piż valuri mibdula tat-testijiet tal-laboratorju.


    Effettisekondarjimhuxkomuni: nuqqas ta’ ċelloli ħomor tad-demm minħabba dipressjoni tal- mudullun, tbenġil, rittmu mibdul tat-taħbit tal-qalb, fsada mir-rektum, irritazzjoni fl-istonku, ulċera fl- istonku, infjammazzjoni tal-frixa.

    Jekk iseħħ rimettar persistenti, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

    image

    sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen AMMONAPS


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun u fuq it-tikketta tal- flixkun wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih AMMONAPS

    • Is-sustanza attiva hi sodium phenylbutyrate.

      Kull pillola AMMONAPS fiha 500 mg ta’ sodium phenylbutyrate.

    • Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, magnesium stearate u colloidal anhydrous silica.


Kif jidher AMMONAPS u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli AMMONAPS huma bojod jagħtu fil-griż, ovali u bl-ittri “UCY 500” imnaqqxa fuqhom.


Il-pilloli huma ppakkjati fi fliexken tal-plastik b’għatjien li huma reżistenti ghat-tfal. Kull flixkun fih

250 jew 500 pillola.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Immedica Pharma AB SE-113 29 Stokkolma L-Iżvezja


Manifattur

PATHEON France – BOURGOIN JALLIEU

40 boulevard de Champaret

BOURGOIN JALLIEU

38300

Franza


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.