Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Regranex
becaplermin

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Regranex® 0.01% Ġell

Becaplermin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu REGRANEX u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tuża REGRANEX

  3. Kif għandek tuża REGRANEX

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen REGRANEX

  6. Aktar tagħrif


  1. X’INHU REGRANEX U GĦALXIEX JINTUŻA


    L-isem tal-mediċina tiegħek hija REGRANEX. Huwa fih sustanza msejħa becaplermin. Becaplermin huwa Fattur tat-Tkabbir Derivat mill-Platelet uman rikombinanti (rhPDGF-BB).

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    REGRANEX jintuża biex jgħin it-tkabbir ta’ tessut normali biex jitfejqu ulċeri fil-ġilda. Huwa jintuża flimkien ma’ miżuri tajbin oħra għall-kura tal-feriti biex jgħin fil-fejqan tal-ulċeri.


    Miżuri tajbin oħra għall-kura tal-feriti jinkludu:

    • It-tabib jew professjonista fil-kura tas-saħħa tiegħek ineħħi l-ġilda mejta/debris minn ġol- ferita kull meta hemm il-bżonn

    • Tneħħi l-piż minn fuq saqajk, forsi billi tilbes żarbun ortopediku speċjali jew b’metodi oħra

    • It-tabib jew professjonista fil-kura tas-saħħa tiegħek jittratta kull infezzjoni fil-ferita – trattament b’REGRANEX għandu jitwaqqaf jekk il-ferita tinfetta ruħha

    • Tkompli tara t-tabib jew professjonista fil-kura tas-saħħa tiegħek u ssegwi il-pjan ta’ trattament tiegħek


      REGRANEX jintuża għall-ulċeri fil-ġilda li:

      • Mhumiex akbar minn 5 ċentimetri kwadri (ara d-diagramma fuq in-naħa l-oħra) u għandhom provvista tajba ta’ demm

      • Huma konsegwenza ta’ kumplikazzjonijiet tad-dijabete.


        Insert diagram of size (circle measuring 2.524 cm in diameter)


        Bl-użu ta’ Regranex, huwa aktar probabbli li l-ulċeri fil-ġilda tiegħek ifiequ aktar malajr u għalkollox.


  2. QABEL MA TUŻA REGRANEX Tużax REGRANEX:

    • Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal becaplermin jew kwalunkwe sustanzi oħra ta’ Regranex (elenkati f’sezzjoni 6 hawn taħt)

    • Jekk int għandek jew xi darba kellek kanċer

    • Jekk l-ulċera tiegħek hija infettata

    • Jekk l-ulċera tiegħek hija akbar minn 5 ċentimetri kwadri (ara d-diagramma hawn fuq)

    • Jekk inti għandek anqas minn 18-il sena.


      Tużax din il-mediċina jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċert/a, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża REGRANEX.


      Oqgħod attent ħafna b’REGRANEX

      Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina jekk:

    • Inti għandek kwalunkwe tipi ta’ kanċer qawwija jew sejrin għall-agħar b’mod peristenti

    • Inti għandek infezzjonijiet tal-għadam li jistgħu jkunu jidhru bħala deni, uġigħ qawwi madwar l-għadma milquta, nefħa u ħmura fil-ġogi

    • Inti għandek mard tal-arterji.


      Meta tieħu mediċini oħra

      Tapplikax mediċini fuq l-ulċera tiegħek waqt li tuża REGRANEX, ħlief is-soluzzjoni tal-melħ (saline) jew l-ilma biex tnaddaf l-ulċera.


      Jekk jogħoġbok għid lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta jew mediċini tal-ħxejjex.


      Tqala u treddigħ

    • Tużax din il-mediċina jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila jew tista’ toħroġ tqila

    • Tużax din il-mediċina jekk qed tredda’.


      Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina jekk inti tqila jew qed tredda’.


      Tagħrif important dwar allerġiji li jista’ jkun hemm għal xi wħud mis-sustanzi

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      REGRANEX fih E218 (methyl parahydroxybenzoate) u E216 (propyl parahydroxybenzoate). Dawn jistaw jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi (li jistgħu jittardjaw).


  3. KIF GĦANDEK TUŻA REGRANEX


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża tas-soltu hija applikazzjoni darba kuljum għal mhux iktar minn 20 ġimgħa.


    Qabel ma tuża REGRANEX

    • Aħsel idejk sewwa ħafna. Għamel dan qabel tapplika REGRANEX

    • L-ulċera tiegħek għandha titnaddaf b’soluzzjoni ta’ melħ jew ilma. Dan huwa importanti biex tiżgura li l-ulċera tfieq kemm jista’ jkun malajr u għalkollox, u biex jitneħħa xi ġell REGRANEX li jkun għad fadal mill-applikazzjoni ta’ qabel.


      Kif tapplika REGRANEX

    • Applika l-ġell REGRANEX darba kuljum billi tuża stikka tat-tajjar nadifa jew spatula tal- injam. Applika saff irqiq ta’ ġell REGRANEX fil-parti kollha tal-ferita. Inti tista’ tikseb spatuli tal-injam mingħand l-ispiżjar tiegħek

    • Għatti l-ulċera b’biċċa garża niedja bis-saline. Il-garża għanda tinbidel mill-anqas darba kuljum biex il-ferita tibqa’ niedja.


      Aktar tagħrif

    • Applika REGRANEX fil-parti fejn hemm il-ferita biss. Evita li tmissu ma’ xi parti oħra tal-

      ġisem

    • Tmissx il-ferita bit-tarf tat-tubu

    • Tużax gareż li jagħlqu l-arja jew l-ilma (okklussivi) fuq il-ferita. Jekk m’intix ċert/ċerta, iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek

    • Tagħfasx u timxix fuq l-ulċera waqt il-kura. Segwi l-parir tat-tabib tiegħek biex ittaffi l-għafis minn fuq il-ferita.


      It-tabib tiegħek se jsegwi l-progress tal-kura tiegħek.


      Ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk tinnota sinjali ta’ infezzjoni tal-ulċera (ħmura, nefħa, deni, uġigħ, jew riħa). Inti għandek tieqaf tużah sakemm tfieq l-infezzjoni.


      Meta għandek tieqaf tuża REGRANEX

      REGRANEX m’għandux jibqa’ jintuża b’mod kontinwu għal aktar minn 20 ġimgħa.


      Jekk m’hemm l-ebda sinjal ta’ fejqan fl-ewwel għaxar ġimgħat ta’ kura, ikkuntattja lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk inti għandekx tkompli tuża REGRANEX.


      Jekk l-ulċera tiegħek tfieq imbagħad terġa’ titfaċċa, terġax tuża REGRANEX qabel ma tiċċekkja mat-tabib tiegħek.


      Jekk tuża REGRANEX aktar milli suppost


      Jekk tapplika wisq REGRANEX, dan aktarx li mhux se jagħmillek ħsara. Dejjem ipprova segwi l- istruzzjonijiet għall-użu eżatt.


      Jekk tinsa tuża REGRANEX

      • Applika l-kura li jmiss malajr kemm jista’ jkun. Jekk kważi sar il-ħin għall-applikazzjoni li jmiss, insa l-kura li tlift u kompli bħas-soltu

      • M’għandekx tapplika ammont doppju biex tpatti għal kura li tkun insejt tieħu.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, REGRANEX jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Il-frekwenza ta’ reazzjonjiet avversi possibli li huma mnizzla taħt huma ddefiniti skont il-konvenzjoni li jmiss:

    komuni ħafna (jistgħu jseħħu f’aktar minn pazjent wieħed minn kull 10)

    komuni (jistgħu jseħħu f’1 sa 10 pazjenti minn kull 100)

    mhux komuni (jistgħu jseħħu f’ 1 sa 10 pazjenti minn kull 1000) rari (jistgħu jseħħu f’1 sa 10 pazjenti minn kull 10,000)

    rari ħafna (jistgħu jseħħu f’inqas minn pazjent wieħed minn kull 100,000) mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).


    Tkomplix tuża REGRANEX u għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk tinnota jew tissuspetta dawn li ġejjin:

    • Tkabbir eċċessiv ta’ tessut ġdid fil-ferita (rari)

    • Ulċera infettata fil-ġilda (komuni ħafna)


      Effetti sekondarji oħra:


      Komuni

    • Infezzjonijiet tal-għadam li jistgħu jidhru bħala deni, uġigħ qawwi, nefħa u ħmura madwar l- għadma milquta

    • Ħmura u uġigħ fil-ġilda

      Mhux komuni

    • Sensazzjoni ta’ ħruq fis-sit tal-applikazzjoni


      Rari

    • Nfafet u nefħa taħt il-ġilda


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  5. KIF TAĦŻEN REGRANEX


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Tużax REGRANEX wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tubu u fuq il-kartuna ta’ barra wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C sa 8°C). Tagħmlux fil-friża. Għalaq it-tubu sewwa wara kull darba li tużah.

    Uża fi żmien 6 ġimgħat minn meta tkun ftaħt is-siġill tat-tubu. Jekk jogħġbok ikteb id-data ta’ meta jinfetaħ fuq it-tikketta tat-tubu.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF X’fih REGRANEX

Is-sustanza attiva f’REGRANEX hi becaplermin. Kull gramma ta’ REGRANEX fiha 100 mikrogramma ta’ becaplermin.


L-ingredjenti l-oħra huma: carmellose sodium (E466), sodium chloride, sodium acetate, glacial acetic acid (E260), methyl parahydroxybenzoate (methylparaben) (E218), propyl parahydroxybenzoate (propylparaben) (E216), metacresol, lysine hydrochloride u ilma għall-injezzjonijiet.


Id-Dehra ta’ REGRANEX u l-kontenuti tal-pakkett


REGRANEX huwa preżentat bħala ġell u jimtela f’tubi ta’ 15-il gramma li fihom ħafna dożi. REGRANEX huwa ġell trasparenti mingħajr kulur sa kulur it-tiben.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq


JANSSEN-CILAG INTERNATIONAL NV

Turnhoutseweg, 30 B-2340 Beerse

Il-Belġju


Il-Manifattur


JANSSEN PHARMACEUTICA NV

Turnhoutseweg, 30

B-2340 Beerse Il-Belġju


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien JANSSEN-CILAG N.V./S.A. Tel: +32 3 280 54 11

Luxembourg/Luxemburg

JANSSEN-CILAG N.V./S.A.

Belgique/Belgien

Tel: +32 3 280 54 11


БЪЛГАРИЯ

Представителство на Johnson & Johnson, d.o.o.

Тел.: +359 2 489 94 00

Magyarország JANSSEN-CILAG Kft. Tel: +36 23 513-800


Česká republika

JANSSEN-CILAG s.r.o. Tel: +420 227 012 222

Malta A.M.Mangion Ltd Tel: +356 2397 6000

Danmark

JANSSEN-CILAG A/S Tlf: +45 45 94 82 82

Nederland

JANSSEN-CILAG B.V. Tel: +31 13 583 73 73


Deutschland

JANSSEN-CILAG GmbH Tel: +49 2137-955-0

Norge

JANSSEN-CILAG AS Tlf: +47 24 12 65 00


Eesti

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

Österreich

JANSSEN-CILAG Pharma GmBH Tel: +43 1 610 300


Ελλάδα

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

JANSSEN-CILAG Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Τηλ: +30 210 809 0000

Polska

JANSSEN–CILAG Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 237 6000


España

Laboratorios Dr. Esteve, S.A. Tel: +34 93 446 60 00

Portugal

JANSSEN-CILAG FARMACÊUTICA, LDA Tel: +351 21-436 88 35

France

ETHICON

Tel: +33 1 55 00 22 00

Info. Méd. Tel: +33 1 55 00 22 33

Romania

Johnson & Johnson d.o.o. Janssen-Cilag Romania Tel: +40 21 207 1800


Ireland

JANSSEN-CILAG Ltd.

United Kingdom

Tel: +44 1 494 567567

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 30


Ísland

JANSSEN-CILAG AB, c/o Vistor hf Tel: +354 535 7000

Slovenská republika Johnson & Johnson s.r.o. Tel: +421 233 552 600


Italia

JANSSEN-CILAG SpA Tel: +39 022510.1

Suomi/Finland

JANSSEN-CILAG OY Puh/Tel: +358 9 4155 5300


Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ

Tηλ: +357 22 755 214

Sverige

JANSSEN-CILAG AB Tel: +46 8 626 50 00


Latvija

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Janssen-Cilag Polska Sp.z o.o. filiāle Latvijā Tel: + 371 678 93561

United Kingdom JANSSEN-CILAG Ltd. Tel: +44 1 494 567567


Lietuva

UAB „Johnson & Johnson“ Tel: +370 5 278 68 88


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’xx/ssss


https://www.emea.europa.eu