Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Kaletra
lopinavir, ritonavir

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Kaletra (80 mg + 20 mg) / ml soluzzjoni orali

(lopinavir + ritonavir)


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċinaperess li fih informazzjoni importanti għalik jew għat-tifel/tifla tiegħek.


Għal tagħrif dwar ċerti mediċini oħra li jeħtieġu attenzjoni speċjali qabel tibda toħodhom, aqra l-lista ta’ mediċini li ssib iktar ‘l isfel taħt ‘Mediċini oħra u Kaletra’.


Jekk f’dan il-waqt qed tieħu kwalinkwe minn dawn il-mediċini, saqsi lit-tabib tiegħek jagħmillek it- tibdil meħtieġ jew fit-tratatment għall-kundizzjoni(jiet) tiegħek jew fit-trattament antiretrovirali li qed tieħu.


Twissijiet u prekawzjonijiet


Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Kaletra.


Informazzjoni Importanti



Għal tagħrif fuq mediċini li m’għandekx tieħu ma’ Kaletra, aqra l-lista tal-mediċini iktar ‘il fuq taħt ‘Tieħux Kaletra ma’ xi waħda mill-mediċini li ġejjin’.


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


Mediċini għad-disfunzjoni erettili(avanafil, vardenafil, sildenafil, tadalafil)



Sewqan u tħaddim ta’ magni


Kaletra ma ġiex ittestjat speċifikament għall-effetti possibbli tiegħu fuq il-ħila li ssuq karozza jew li tħaddem magni. Issuqx jew tħaddimx magni jekk inti tesperjenza xi effetti sekondarji (eż. nawseja) li jaffetwaw l-ħila tiegħek li tagħmel dan mingħajr periklu. Minflok, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.


Kaletra fih 42% v/v alcoħol. L-ammont ta’ alkoħol f’din il-mediċina jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni u jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju u reazzjoni tiegħek.


Informazzjoni importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Kaletra


Kaletra fih 42% v/v alkoħol u 15% propylene glycol w/v. Kull ml ta’ Kaletra soluzzjoni orali fiha356.3 mg ta’ alkoħol u 152.7 mg ta’ propylene glycol. Alkoħol u propylene glycol jistgħu jikkawżaw ħsara lil dawk il-persuni li jbatu b’mard tal-fwied, mard tal-kliewi, alkoħoliżmu, epilessija, ħsara jew mard fil- moħħ, kif ukoll lil nisa tqal u lit-tfal. Dawn jistgħu jbiddlu jew iżidu l-effett ta’ mediċini oħra.


Fid-doża(i) rrakkomandata għall-adulti ta’ din il-mediċina, il-konċentrazzjoni stmata ta’ alkoħol fid- demm fil-ġisem tiegħek huwa dwar 0.002-0.01 g/dL. Dan huwa simili għal adult li jixrob 4-22 ml ta’ birra jew 1-4 ml ta’ inbid.


Mediċini oħra jistgħu jkun fihom ukoll l-alkoħol u l-alkoħol jista’ jiġi kkunsmat fl-ikel u x-xorb. L- effetti kombinati jistgħu jwasslu għal żieda fil-livelli tal-alkoħol fid-demm u jżidu l-effetti sekondarji tal-alkoħol.


Dan il-prodott mediċinali fih sa 0.8 g fruktows kull doża meta jittieħed skond id-dożaġġ irrakkomandat. M’huwiex tajjeb għal dawk li jbatu minn intolleranza għall-fruktows li hi ereditarja. Minħabba l- possibilità li jista’ jkun li pazjent ikun jbati minn intolleranza għall-fruktows mingħajr ma jkun jaf, dan il-prodott mediċinali għandu jingħata biss lil trabi u tfal żgħar wara li tkun saret konsultazzjoni mat- tabib.


Kaletra fih glycerol li jikkawża ħsara jekk jittieħed f’doża għoljin. Jista’ jikkawża uġigħ ta’ ras u taqlib fl-istonku u dijarea.


Kaletra fih polyoxyl 40 hydrogenated castor oil. Meta jittieħed f’dożi għoljin, dan jista’ jikkawża nawseja, vumtar, kolika, purgar sever. Dan m’għandux jingħata meta jkun hemm sadd fl-intestini.


Kaletra fih il-potassju bħala acesulfame potassium, li jista’ jikkawża ħsara f’persuni li jkunu qegħdin fuq dieta li fiha ammont baxx ta’ potassju. Livell għoli ta’ potassju fid-demm jista’ jikkawża taqlib fl- istonku u dijarea.

Kaletra fih is-sodju bħala saccharin sodium, sodium chloride and sodium citrate, li jista’ jikkawża ħsara f’persuni li qegħdin fuq dieta li fiha ammont baxx ta’ sodju.


  1. Kif għandek tieħu Kaletra


Kaletra huwa rrakkomandat għall-użu minn adulti u tfal ta’ 14-il ġurnata u ikbar jew akbar li huma nfettati bl-HIV.

Oqgħod attent meta tkun qiegħed tagħti d-dożaġġ lit-tfal. F’każ ta’ tfal li jiżnu inqas minn 40 kg, id- dożaġġ għandu jkun ta’ inqas minn 5 ml darbtejn kuljum.


Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek intkom kapaċi li tibilgħu pilloli, Kaletra jiġi fornut ukoll bħala pilloli miksija b’rita li fihom 200 mg ta’ lopinavir u 50 mg ta’ ritonavir u pilloli miksija b’rita li fihom 100 mg ta’ lopinavir u 25 mg ta’ ritonavir.



Użu mill-adulti



Mhux komuni:jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100


Kif għandi narmi Kaletra li ma jkunx intuża?


Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ.Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża..

Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  1. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Kaletra

    Is-sustanzi attivi huma lopinavir u ritonavir.

    Kull ml ta’ Kaletra soluzzjoni orali fihlopinavir 80 mg u ritonavir 20 mg.


    Is-sustanzi l-oħra huma:


    Alkoħol (42% v/v), high fructose corn syrup, propylene glycol, ilma ppurifikat, glycerol, povidone, magnasweet-110 flavour (taħlita ta’ monoammonium glycyrrhizinate u glycerol), vanilla flavour (fih p- hydroxybenzoic acid, p-hydroxybenzaldehyde, vanillic acid, vanillin, heliotropin, ethyl vanillin), polyoxyl 40 hydrogenated castor oil, cotton candy flavour (fih ethyl maltol, ethyl vanillin, acetoin, dihydrocoumarin, propylene glycol), acesulfame potassium, saccharin sodium, sodium chloride, peppermint oil, sodium citrate, citric acid, levomenthol.


    Id-dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakket:


    Is-soluzzjoni orali Kaletra tiġi fi fliexken kulur ambra għal dożi multipli, ta’ daqs ta’ 60 ml. Kull ml

    Kaletra fih 80 mg lopinavir u 20 mg ritonavir.


    Żewġ daqsijiet tal-pakkett huma disponibbli:

    • 120 ml (2 fliexken x 60 ml). Iż-2 pakketti tal-fliexken fihom ukoll 2 ml siringi bi gradazzjonijiet ta’ 0.1 ml. Għal volumi sa 2 ml. Għal volumi akbar hemm disponibbli pakkett alternattiv.

    • 300 ml (5 fliexken x 60 ml). Il-5 pakketti tal- fliexken fihom ukoll 5 ml siringi bi gradazzjonijiet ta’ 0.1 ml. Għal volumi akbar minn 2 ml. Għal volumi iżgħar hemm disponibbli pakkett alternattiv.


Detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG, Knollstrasse, 67061 Ludwigshafen, Il-Ġermanja


Manifattur:

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG, Knollstrasse, 67061 Ludwigshafen, Ġermanja AbbVie Logistics B.V., Zuiderzeelaan 53, 8017 JV Zwolle, l-Olanda


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


België/Belgique/Belgien

AbbVie SA

Tél/Tel: +32 10 477811

Lietuva

AbbVie UAB

Tel: + 5 205 3023


България

АбВи ЕООД

Тел.: +359 2 90 30 430

Luxembourg/Luxemburg AbbVie SA Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 10 477811


Česká republika

AbbVie s.r.o.

Tel: + 420 233 098 111

Magyarország

AbbVie Kft.

Tel.: +36 1 455 8600

Danmark

AbbVie A/S

Tlf: +45 72 30-20-28

Malta

V.J.Salomone Pharma Limited Tel: +356 22983201


Deutschland

AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG Tel: 00800 222843 33 (gebührenfrei)

Tel: +49 (0) 611 / 1720-0

Nederland

AbbVie B.V.

Tel: +31 (0)88 322 2843


Eesti

AbbVie OÜ

Tel: + 372 623 1011

Norge

AbbVie AS

Tlf: +47 67 81 80 00


Ελλάδα

AbbVie ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ Α.Ε. Τηλ: +30 214 4165 555

Österreich

AbbVie GmbH Tel: +43 1 20589-0


España

AbbVieSpain, S.L.U. Tel: +34 9 1 384 0910

Polska

AbbVie Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 37278 00


France

AbbVie

Tél: +33 (0)1 45 60 13 00

Portugal

AbbVie, Lda.

Tel: +351 (0)21 1908400


Hrvatska

AbbVie d.o.o.

Tel: +385 (0)1 5625 501

România

AbbVie S.R.L.

Tel: +40 21 529 30 35


Ireland

AbbVie Limited

Tel: +353 (0)1 4287900

Slovenija

AbbVie Biofarmacevtska družba d.o.o. Tel: +386 (1)32 08 060


Ísland

Vistor hf.

Tel: +354 535 7000

Slovenská republika

AbbVie s.r.o.

Tel: +421 2 5050 0777


Italia

AbbVie S.r.l.

Tel: +39 06 928921

Suomi/Finland

AbbVieOy

Puh/Tel: +358 (0)10 2411 200


Κύπρος

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd Τηλ: +357 22 34 74 40

Sverige

AbbVie AB

Tel: +46 (0)8 684 44 600


Latvija

AbbVie SIA

Tel: +371 67605000

United Kingdom (Northern Ireland) AbbVie Deutschland GmbH & Co. KG Tel: +44 (0)1628 561090


Dan il-fuljett kien rivedutl-aħħar f’ {MM/YYYY}

.