Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Duavive
oestrogens conjugated, bazedoxifene

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


DUAVIVE 0.45 mg/20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

estroġeni konjugati/bazedoxifene


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


- Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu DUAVIVE u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu DUAVIVE

  3. Kif għandek tieħu DUAVIVE

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen DUAVIVE

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu DUAVIVE u għalxiex jintuża


    DIAVIVE huwa prodott mediċinali li fih żewġ sustanzi attivi msejħa estroġeni konjugati u bazedoxifene. L-estroġeni konjugati huwa prodott mediċinali li jappartjeni għal grupp ta’ prodotti mediċinali msejħa terapija ta’ sostituzzjoni tal-ormoni (HRT). Bazedoxifene jappartjeni għal grupp ta’ prodotti mediċinali mhux ormonali msejħa modulaturi selettivi għar-riċetturi tal-estroġenu (SERMs).


    DUAVIVE jintuża f’nisa li għaddew mill-menopawża li għad għandhom l-utru tagħhom (ġuf), li ma kellhomx mestrwazzjoni naturali fl-aħħar 12-il xahar.


    DUAVIVE jintuża għal:


    Tnaqqistas-sintomilijseħħuwaral-menopawża


    Matul il-menopawża, l-ammont ta’ estroġenu prodott mill-ġisem ta’ mara jonqos. Dan jista’ jikkawża sintomi bħal fwawar fil-wiċċ, l-għonq u s-sider (“fwawar”). DUAVIVE inaqqas dawn is-sintomi wara l-menopawża. Inti ser tingħata dan il-prodott mediċinali biss jekk is-sintomi tiegħek qed ifixklu serjament il-ħajja tiegħek ta’ kuljum u t-tabib tiegħek jistabbilixxi li tipi oħra ta’ HRT mhumiex adatti għalik.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu DUAVIVE Storja medika u visti regolari

    1. użu ta’ DUAVIVE fih riskji, li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta tkun se tiddeċiedi jekk tibdiex teħodha, jew jekk tkomplix teħodha.


      M’hemm l-ebda esperjenza fit-trattament ta’ nisa b’menopawża prematura (minħabba insuffiċjenza tal-ovarji jew operazzjoni) b’DUAVIVE.

      Qabel tibda tieħu din il-mediċina, it-tabib tiegħek se jistaqsik dwar l-istorja medika tiegħek u tal- familja tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwettaq eżami fiżiku. Dan jista’ jinkludi eżami tas- sider u/jew eżami intern, jekk meħtieġ, jew jekk għandek kwalunkwe tħassib speċjali. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek kwalunkwe problema medika jew mard.


      Meta tibda tieħu din il-mediċina għandek tara lit-tabib tiegħek għal visti regolari (tal-anqas darba fis- sena). Matul dawn il-visti, iddiskuti mat-tabib tiegħek il-benefiċċji u r-riskji jekk tkompli tieħu DUAVIVE. Inti tingħata parir li:

      • tmur għal skrinjar regolari tas-sider u smear tests ċervikali, kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.

      • tiċċekkja b’mod regolari sidrek għal kwalunkwe tibdil bħal id-dehra ta’ ħofor żgħar fil- ġilda, bidliet fil-bżieżel jew kwalunkwe boċoċ li tara jew tħoss.


    Tiħux DUAVIVE

    • Jekk inti allerġika għall-estroġeni konjugati, bazedoxifene jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • Jekk inti għandek jew kellek kanċer tas-sider, jew jekk hemm suspett li għandek dan.

    • Jekk inti għandek jew kellek kanċer li huwa sensittiv għall-estroġeni, bħal kanċer tat- tessut li jiksi l-utru (l-endometriju), jew jekk hemm suspett li għandek dan.

    • Jekk reċentement kellek fsada vaġinali mingħajr spjegazzjoni.

    • Jekk għandek tixħin eċċessiv tat-tessut li jiksi l-utru (iperplasja endometrijali) li mhux qed jiġi ttrattat.

    • Jekk għandek jew qatt kellek embolu f’vina (trombożi), bħar-riġlejn (trombożi profonda fil-vini), il-pulmun (emboliżmu pulmonari) jew l-għajnejn (trombożi tal-vina

      tar-retina).

    • Jekk għandek disturb ta’ emboli fid-demm (bħal nuqqas ta’ proteina C, proteina S jew ta’ antitrombini).

    • Jekk għandek jew reċentement kellek marda kkawżata minn emboli fl-arterji, bħal attakk tal-qalb, puplesija jew anġina.

    • Jekk għandek jew qatt kellek mard tal-fwied u t-testijiet tal-funzjoni tal-fwied tiegħek ma ġewx lura għan-normal.

    • Jekk inti tqila jew għadek tista’ tinqabad tqila jew jekk qed tredda’.

    • Jekk għandek problema tad-demm rari bħal porfirja, li tista’ tintiret fil-familja.


    Jekk m’intix ċert minn kwalunkwe wieħed mill-punti msemmija hawn fuq, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jekk tfeġġ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għall-ewwel darba waqt li qed tieħu din il-mediċina, waqqafha u itlob parir lit-tabib tiegħek minnufih.


    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina jekk qatt kellek kwalunkwe waħda minn dawn il-problemi li ġejjin, għaliex dawn jistgħu jerġgħu jfeġġu jew jiggravaw matul it-trattament b’DUAVIVE. Jekk huwa l-każ, għandek tara lit-tabib tiegħek aktar ta’ spiss għal visti:

    • fibrojdi fl-utru

    • tkabbir tat-tesssut li jiksi l-utru fuq barra tal-utru (endometrijożi) jew storja ta’ tħaxxin eċċessiv tat-tessut li jiksi l-utru (iperplasja endometrijali)

    • żieda fir-riskju ta’ żvilupp ta’ emboli [ara “Emboli fil-vini (trombożi)”]

    • żieda fir-riskju li jkollok kanċer sensittiv għall-estroġenu (bħal li jkollok l-omm, l-oħt jew in-nanna li kellhom kanċer tas-sider)

    • pressjoni tad-demm għolja

    • disturb tal-fwied, bħal tumur beninn tal-fwied

    • dijabete

    • ġebel fil-marrara

    • emigranja jew uġigħ ta’ ras sever

    • marda rari tas-sistema immuni li taffettwa ħafna organi tal-ġisem (lupus erythematosus sistemika, SLE)

    • aċċessjonijiet (epilessija)

    • ażma

    • marda li taffettwa t-tanbur tal-widnejn u s-smigħ (otosklerożi)

    • livell għoli ta’ xaħam fid-demm tiegħek (trigliċeridi)

    • akkumulazzjoni ta’ fluwidi minħabba problemi tal-qalb jew tal-kliewi


    Ieqaf milli tieħu DUAVIVE u ara tabib minnufih


    Jekk tinnota kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin:

    • kwalunkwe kundizzjoni imsemmija taħt “Tiħux DUAVIVE”

    • tisfar il-ġilda tiegħek jew jisfar l-abjad ta’ għajnejk (suffejra). Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ mard tal-fwied

    • tiżdied b’mod sinifikanti l-pressjoni tad-demm (is-sintomi jistgħu jkunu uġigħ ta’ ras, għeja, sturdament)

    • tibda tbati minn uġigħ ta’ rasijiet li jixbħu l-emigranja, li jseħħ għall-ewwel darba

    • tinqabad tqila

    • tinnota sinjali ta’ embolu, bħal nefħa bl-uġigħ u ħmura fir-riġlejn, uġigħ f’daqqa fis-sider, jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Għal aktar informazzjoni, ara “Emboli fil-vini

    (trombożi)”


    DUAVIVE u l-kanċer


    Tiħxin eċċessiv tat-tessut li jiksi l-utru (iperplasja endometrijali) u kanċer tat-tessut li jiksi l-utru (kanċer endometrijali)

    Din il-mediċina fiha l-estroġeni konjugati u bazedoxifene u tintuża biex tittratta n-nisa li għandhom

    utru.


    Meta tieħu DUAVIVE, tiħux estroġeni addizzjonali għaliex dan jista’ jżid ir-riskju ta’ iperplasija endometrijali.


    Jekk ikollok fsada vaġinali mhux mistennija, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.


    Kanċer tas-sider

    L-evidenza turi li jekk tieħu terapija ta’ sostituzzjoni tal-ormoni (HRT) li jkun fiha estroġenu biss, dan iżid ir-riskju ta’ kanċer tas-sider. Ir-riskju addizzjonali jiddependi minn kemm iddum tuża l-HRT. Ir-

    riskju addizzjonali jsir evidenti fi żmien 3 snin ta’ użu. Wara li twaqqaf l-HRT, ir-riskju żejjed se

    jonqos maż-żmien, iżda r-riskju jista’ jippersisti għal 10 snin jew aktar jekk tkun użajt l-HRT għal aktar minn 5 snin.


    1. effett ta’ DUAVIVE fuq ir-riskju ta’ kanċer tas-sider jista’ jkun fl-istess medda bħal bl-HRT b’kombinazzjoni tal-ormoni estroġenu u progestin.


      Iċċekkja sidrek regolarment. Ara lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk tinnota kwalunkwe bidla f’sidrek, bħal:

      • ħofor żgħar fil-ġilda

      • bidliet fil-bżieżel

      • kwalunkwe boċoċ li tista’ tara jew tħoss


    Kanċer fl-ovarji

    Il-kanċer tal-ovarji huwa rari– aktar rari mill-kanċer tas-sider. L-użu fit-tul ta’ HRT b’estroġenu biss ġie assoċjat ma’ żieda żgħira fir-riskju ta’ kanċer tal-ovarji.


    Ir-riskju ta’ kanċer tal-ovarji jvarja skont l-età. Pereżempju, f’nisa li għandhom minn 50 sa 54 li mhumiex qed jieħdu l-HRT, madwar 2 nisa minn kull 2,000 sejrin jiġu dijanjostikati bil-kanċer tal- ovarji fuq perjodu ta’ 5 snin. Għal nisa li ilhom jieħdu HRT għal 5 snin, ser ikun hemm madwar 3

    każijiet f’kull 2,000 utent (jiġifieri sa wieħed addizzjonali). Ikkuntattja lit-tabib jekk ikollok xi mistoqsijiet.


    L-effett ta' DUAVIVE fuq ir-riskju tal-kanċer tal-ovarji mhuwiex magħruf.


    DUAVIVE u l-qalb jew iċ-ċirkolazzjoni tiegħek


    Emboli fil-vini (trombożi)

    DUAVIVE jista’ jżid ir-riskju ta’ emboli.


    Monoterapija tal-estroġeni biss u bazedoxifene iżżid ir-riskju ta’ emboli fil-vini (imsejħa wkoll trombożi profonda fil-vini, jew DVT), b’mod speċjali matul l-ewwel sena li tibda tieħu dawn il- mediċini.


    1. emboli jistgħu jkunu serji, u jekk waħda tivvjaġġa lejn il-pulmun, tista’ tikkawża uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs, kollass jew anki mewt.


      Peress li huwa aktar probabbli li jkollok embolu fil-vini meta tikber fl-età u jekk xi waħda milli ġejjin tapplika għalik, informa mill-iktar fis lit-tabib tiegħek:

      • jekk ma tistax timxi għal perjodu twil ta’ żmien minħabba kirurġija maġġuri, korriment jew mard (ara wkoll sezzjoni 3, jekk ikollok bżonn ta’ kirurġija)

      • jekk għandek ħafna piż żejjed (BMI >30 kg/m2)

      • jekk għandek kwalunkwe problema ta’ emboli li teħtieġ trattament fit-tul b’mediċina li tintuża biex tipprevjeni l-emboli

      • jekk xi ħadd mill-qraba tiegħek qatt kellu emboli fir-riġel, pulmun jew organu ieħor

      • jekk għandek lupus erythematosus sistemika (SLE).

      • jekk għandek kanċer.


    Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tapplika għalik, kellem lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.


    Mard tal-qalb (attakk tal-qalb)

    M’hemm l-ebda evidenza li HRT se tipprevjeni attakk tal-qalb. Dejta kkontrollata li ntgħażlet b’mod każwali ma sabet l-ebda żieda fir-riskju ta’ mard tal-arterji koronarji f’nisa li kellhom isterektomija li

    jkunu jużaw terapija li jkun fiha estroġenu biss.


    Puplesija

    Ir-riskju li jkollok puplesija hu ta’ madwar 1.5 darba ogħla f’dawk li jużaw HRT milli f’dawk li ma jużawx HRT. In-numru ta’ każijiet addizzjonali ta’ puplesija minħabba l-użu ta’ HRT se jiżdied mal-

    età.


    Għal nisa li jkollhom bejn 50 u 59 sena u li ma jkunux qed jieħdu HRT, bħala medja, 8 minn kull

    1 000 se jkunu mistennija li jkollhom puplesija fuq perjodu ta’ 5 snin. Għal nisa li jkollhom bejn 50 u 59 sena u li jkunu qed jieħdu HRT, se jkun hemm 11-il każ minn kull 1 000 utenta, fuq perjodu ta’ 5

    snin (jiġifieri, 3 każijiet addizzjonali).


    1. effett ta’ DUAVIVE fuq ir-riskju ta’ puplesija jista’ jkun fl-istess medda bħal bl-HRT b’kombinazzjoni tal-ormoni estroġenu u progestin.


      Affarijiet oħra li jistgħu jżidu r-riskju ta’ puplesija jinkludu:

      • li tikber fl-età

      • pressjoni tad-demm għolja

      • it-tipjip

      • li tixrob wisq alkoħol

      • taħbit tal-qalb irregolari

        Jekk se tagħmel operazzjoni


        Jekk tkun se tgħaddi minn kirurġija, għid lill-kirurgu li qed tieħu DUAVIVE. Jista’ jkollok tieqaf tieħu DUAVIVE madwar 4 sa 6 ġimgħat qabel l-operazzjoni, sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ embolu (ara sezzjoni 2, Emboli fil-vini). Staqsi lit-tabib tiegħek meta għandek terġa’ tibda tieħu din il-mediċina.


        F’każ ta’ xi dubju, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.


        Kundizzjonijiet oħra


        Jekk għandek kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin, it-tabib tiegħek għandu jimmonitorjak:

        • problemi fil-kliewi

        • livell għoli eżistenti minn qabel ta’ xaħam fid-demm (trigliċeridi)

        • problemi fil-fwied

        • ażma

        • aċċessjonijiet (epilessija)

        • emigranja

        • lupus erythematosus sistemika (SLE - marda rari tas-sistema immuni li taffettwa ħafna organi tal-ġisem)

        • ritenzjoni ta’ fluwidi


        It-terapija bl-estroġeni mhux se tipprevjeni kontra t-telf tal-memorja. Hemm ftit evidenza ta’ riskju ogħla ta’ telf tal-memorja f’nisa li jibdew jużaw terapija bl-estroġeni wara l-età ta’ 65. Kellem lit-tabib tiegħek għal parir.


        Tfal u adolexxenti


        Din il-mediċini mhijiex għall-użu fit-tfal u l-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.


        Mediċini oħra u DUAVIVE


        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


        Xi mediċini jistgħu jinterferixxu mal-effett ta’ DUAVIVE. Dan jista’ jwassal għal fsada irregolari. Dan japplika għall-mediċini li ġejjin:

      • Mediċini għall-epilessija (bħal phenobarbital, phenytoin u carbamazepine);

      • Mediċini għat-tuberkolożi (bħal rifampicin, rifabutin);

      • Mediċini għall-infezzjoni tal-HIV (bħal nevirapine, efavirenz, ritonavir u nelfinavir);

      • Rimedji erbali li fihom is-St. John’s Wort (Hypericum perforatum)


    Tqala u treddigħ


    Din il-mediċina hija għall-użu biss minn nisa li għaddew mill-menopawża. Tiħux din il-mediċina jekk inti tqila, jew taħseb li tista’ tkun tqila. Tiħux din il-mediċina jekk qed tredda’.


    Sewqan u tħaddim ta’magni


    DUAVIVE għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.


    Jekk tħossok sturduta wara li tieħu din il-mediċina, ma għandekx issuq jew tħaddem magni.


    Il-komponent ta’ bazedoxifene ta’ din il-mediċina kien irrapportat li jikkawża problemi bil-vista bħal vista mċajpra. Jekk dan iseħħ, ma għandekx issuq jew tħaddem magni sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek li huwa sikur li tagħmel dan.

    DUAVIVE fih il-lattożju, is-sukrożju, maltitol likwidu, il-glukożju u sorbitol


    Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti intolleranti għal ċerti tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tibda tuża dan il-prodott mediċinali.

    Din il-mediċia fiha 0.0088 mg sorbitol f’kull pillola.


  3. Kif għandek tieħu DUAVIVE


    It-tabib tiegħek se jipprova jagħtik id-doża l-iżjed baxxa biex tittratta s-sintomu tiegħek għall-iqsar perjodu meħtieġ. Kellem lit-tabib tiegħek jekk taħseb li din id-doża hija qawwija wisq jew mhux qawwija biżżejjed.


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek . Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija pillola waħda darba kuljum. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.


    Tista’ tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata, mal-ikel jew fuq stonku vojt; madankollu, huwa rakkomandat li tieħu l-pillola fl-istess ħin kuljum għaliex dan jgħinek tiftakar tieħu l-mediċina.


    Għandek tkompli tieħu din il-mediċina għall-perjodu kollu li t-tabib jgħidlek biex tagħmel dan. Sabiex din il-mediċina taħdem, għandha tittieħed kuljum skont ir-riċetta.


    Jekk tieħu DUAVIVE aktar milli suppost


    Ċempel lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

    Jekk tieħu wisq pilloli tista’ tħossok imdardra (tħossok ma tiflaħx) jew tirremetti. Jista’ jkollok sensittività fis-sider, sturdament, uġigħ addominali, ħedla/għeja jew tista’ tesperjenza perjodu qasir ta’ fsada vaġinali.


    Jekk tinsa tieħu DUAVIVE


    Jekk tinsa tieħu pillola, ħudha malli tiftakar Madankollu, jekk ikun kważi sar il-ħin biex tieħu l-pillola li jmiss, aqbeż il-pillola li tkun insejt tieħu u ħu biss il-pillola li jmiss. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu DUAVIVE


    Jekk tiddeċiedi li tieqaf tieħu din il-mediċina qabel ma tispiċċa l-kors preskritt ta’ trattament, għandek l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Waqqaf DUAVIVE u ara tabib minnufih jekk ikollok kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:


    Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 100 persuna

    • Jekk tibda tbati minn uġigħ ta’ rasijiet li jixbħu l-emigranja, jew uġigħ ta’ rasijiet severi

      Rari: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 1 000 persuna

    • Sinjali ta’ embolu, bħal nefħa bl-uġigħ u ħmura fir-riġlejn, uġigħ f’daqqa fis-sider jew diffikultà biex tieħu n-nifs.

    • Sinjali ta’ embolu fl-għajn (vini tar-retina), bħal disturb viżiv f’għajn waħda, inkluż telf tal-vista, uġigħ u nefħa fl-għajnejn speċjalment jekk f’daqqa.

    • Reazzjoni allerġika severa - is-sintomi jistgħu jinkludu tħarħir f’daqqa u uġigħ jew għafsa fis-sider, nefħa fil-kappell tal-għajnejn, il-wiċċ, ix-xofftejn, il-ħalq, l-ilsien jew il- griżmejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, kollass

    • Nefħa fl-għajnejn, l-imnieħer, ix-xofftejn, il-ħalq, l-ilsien jew il-griżmejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, sturdament sever jew ħass ħażin, raxx fil-ġilda (sintomi ta’ anġjoedema)

    • Sintomi ta’ pankreatite li jistgħu jinkludu uġigħ addominali sever fin-naħa ta’ fuq li jista’ jinfirex għal dahrek, akkumpanjat minn nefħa addominali, deni, dardir u rimettar

    • Bidu f’daqqa ta’ uġigħ addominali u tgħaddi demm aħmar jgħajjat fl-ippurgar, bid- dijarrea jew mingħajr minħabba imblukkar f’daqqa ta’ arterja li tissupplixxi l-intestini

      (kolite iskemika)

    • Attakk tal-qalb - sintomi li normalment jinkludu uġigħ, inkluż uġigħ fis-sider li jinfirex għax-xedaq, l-għonq u d-dirgħajn ta’ fuq Mal-uġigħ tista’ tħossok għarqana, jinqatalek nifsek, tkun għajjiena, imdardra u tħossok ħażin


      Rari ħafna: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 000 persuna

    • Titlagħlek f’daqqa l-pressjoni tad-demm (is-sintomi jistgħu jkunu uġigħ ta’ ras, għeja, sturdament)

    • Eritema multiforme: is-sintomi jistgħu jinkludu raxx fil-ġilda bi tbabar roża fl-aħmar speċjalment fuq il-pali tal-idejn jew tas-saqajn li jistgħu jsiru nfafet. Jista’ jkollok ukoll

      ulċeri fil-ħalq, l-għajnejn jew il-partijiet ġenitali u deni


      Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli

    • Reazzjonijiet okulari oħra (tara xrar jew teptip ta’ dawl, tidjiq tal-kamp viżiv, u nefħa tal- għajn jew tal-kappell tal-għajn)


      Effetti sekondarji addizzjonali


      Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni

    • Uġigħ addominali (uġigħ fl-istonku)


      Komuni: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni

    • Spażmi fil-muskoli (inkluż bugħawwieġ fir-riġlejn)

    • Stitikezza

    • Dijarea

    • Dardir

    • Traxx (infezzjoni vaġinali kkawżata minn fungi)

    • Żieda fil-livelli tat-trigliċeridi (sustanzi xaħmin fid-demm)


      Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 100 persuna

    • Mard tal-bużżieqa tal-marrara (eż. ġebel fil-marrara, infjammazzjoni tal-bużżieqa tal- marrara (koleċistite))


      1. effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati meta ntużaw estroġeni konjugati u/jew bazedoxifene (l- ingredjenti attivi f’din il-mediċina) waħedhom u jistgħu jseħħu ukoll b’din il-mediċina:


        Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni

        • Fwawar

        • Bugħawwieġ fil-muskoli

        • Nefħa viżibbli tal-wiċċ, l-idejn, ir-riġlejn, is-saqajn jew l-għekiesi (edema periferali)

          Komuni: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 persuni

        • Uġigħ fis-sider, sensittività fis-sider, nefħa fis-sider

        • Tnixxija mill-bżieżel

        • Uġigħ fil-ġogi

        • Alopeċja (telf ta’ xagħar)

        • Bidliet fil-piż (żieda jew tnaqqis)

        • Żieda fl-enżimi tal-fwied (identifikati fl-ittestjar ta’ rutina tal-funzjoni tal-fwied)

        • Nixfa fil-ħalq

        • Ħedla

        • Ħorriqija (urtikarja)

        • Raxx

        • Ħakk


          Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 100 persuna

        • Infjammazzjoni vaġinali

        • Tnixxija vaġinali

        • Erożjoni ċervikali li tiġi skoperta f’eżami mediku

        • Embolu fil-vini tar-riġlejn

        • Embolu fil-pulmun

        • Embolu fil-vina fuq in-naħa ta’ wara tal-għajn (vina tar-retina) li jista’ jwassal għal telf tal-vista

        • Dardir (iħossok ħażin)

        • Uġigħ ta’ ras

        • Emigranja

        • Sturdament

        • Bidliet fil-burdata

        • Tħossok nervuża

        • Dipressjoni

        • Telf ta’ memorja (dimenzja)

        • Bidliet fl-interess tiegħek fis-sess (jiżdid jew jonqos il-libido)

        • Skolorazzjoni tal-ġilda fuq il-wiċċ jew partijiet oħra tal-ġisem

        • Jikber iktar xagħar

        • Diffikultà biex tilbes il-lentijiet tal-kuntatt


          Rari: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 1 000 persuna

        • Uġigħ pelviku

        • Bidliet fit-tessut tas-sider

        • Rimettar

        • Tħossok irritabbli

        • Effett fuq il-mod kif jiġu kkontrollati l-livelli taz-zokkor fid-demm (glukożju) inkluż żieda fil-livelli tal-glukożju fid-demm

        • Aggravament tal-ażma

        • Aggravament tal-epilessija (aċċessjonijiet)

        • Żvilupp ta’ meninġjoma beninna, tumur mhux kanċeruż tal-membrani ta’ madwar il- moħħ jew l-ispina dorsali


          Rari ħafna: jistgħu jaffettwaw lil persuna 1 minn kull 10 000 persuna

        • Ħotob ħomor fuq il-ġilda li jweġġgħu

        • Aggravament tal-korea (disturb newroloġiku eżistenti kkaratterizzat minn movimenti spasmodiċi involontarji tal-ġisem)

        • Tkabbir tal-emanġjomi epatiċi, tumur beninn (mhux kanċeruż) tal-fwied

        • Livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm (ipokalċemija); frekwentament ma jkunx hemm sintomi li jissuġġerixxu li l-kalċju tad-demm tiegħek huwa baxx, iżda meta l-ipokalċemija hija severa tista’ tħossok għajjiena, ma tiflaħx b’mod ġenerali, dipressa u ssir deidrata. Dan

          jista’ jkun akkumpanjat minn uġigħ fl-għadam u uġigħ addominali. Jistgħu jiżviluppaw ġebel fil-kliewi u jikkawżaw uġigħ sever fil-parti tan-nofs tad-dahar (kolika renali)

        • Aggravament tal-porfirja, disturb rari tad-demm li jista’ jintiret fil-familja.


          Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-dejta disponibbli

        • Palpitazzjonijiet (tkun konxja tat-taħbit tal-qalb tiegħek)

        • Għajn xotta, uġigħ fl-għajnejn, tnaqqis fl-akutezza fil-vista, vista batuta, blefarospażmu (anormali, teptip involontarju jew spażmu tal-kpiepel tal-għajnejn)


      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen DUAVIVE


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperaturi ’l fuq minn 25 C.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Wara li tiftaħ il-pakkett b’folja, uża fi żmien 60 jum.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih DUAVIVE

Is-sustanzi attivi huma estroġeni konjugati u bazedoxifene. Kull pillola fiha 0.45 mg ta’ estroġeni konjugati u bazedoxifene acetate ekwivalenti għal 20 mg bazedoxifene.


Is-sustanzi l-oħra huma: lactose monohydrate, sucrose, sucrose monopalmitate, polydextrose (E1200, li fih glukożju u sorbitol) u maltitol likwidu (ara sezzjoni 2), microcrystalline cellulose, powdered cellulose, hydroxypropylcellulose, hydroxyethylcellulose, magnesium stearate, ascorbic acid, hypromellose (E464), povidone (E1201), poloxamer 188, calcium phosphate, titanium dioxide (E171), macrogol (400), red iron oxide (E172), black iron oxide (E172) u propylene glycol (E1520).


Kif jidher DUAVIVE u l-kontenut tal-pakkett


DUAVIVE 0.45 mg/20 mg pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat hija roża, ovali, u mmarkata fuq naħa waħda b’“0.45/20”.


Il-pilloli b’rilaxx modifikat huma pprovduti f’pakketti b’folja tal-PVC/Aclar/PVC li fihom 28 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Pfizer Europe MA EEIG, Boulevard de la Plaine 17, 1050 Bruxelles, il-Belġju.


Manifattur


Pfizer Ireland Pharmaceuticals, Little Connell, Newbridge, County Kildare, L-Irlanda.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België / Belgique / Belgien Luxembourg / Luxemburg Pfizer NV/SA

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Ten: +359 2 970 4333

Magyarország

Pfizer Kft

Tel: +36 1 488 3700


Česká Republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel: +420-283-004-111

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: +35621 344610


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 201 100

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01


Deutschland

PFIZER PHARMA GmbH Tel: +49 (0) 30 550055-51000

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 526 100


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0


Ελλάδα

Pfizer Hellas A.E.

Τηλ.: +30 210 6785 800

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 335 61 00


España

Organon Salud, S.L. Tel.: +34 91 591 12 79

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: + 351 21 423 5500


France

Pfizer

Tel +33 (0)1 58 07 34 40

România

Pfizer Romania S.R.L Tel: +40 (0) 21 207 28 00


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: + 385 1 3908 777

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free)

+44 (0)1304 616161

Slovenská Republika Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: + 421 2 3355 5500


Ísland

Icepharma hf

Simi: +354 540 8000

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040


Italia

Organon Italia S.r.l. Tel: +39 06 3336407

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Kύπρος

Pfizer Hellas (Cyprus Branch) A.E. Τηλ: +357 22 817690

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0) 1304 616161


Latvijā

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata din dwar il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: .