Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Stelara
ustekinumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


STELARA 130 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

ustekinumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Dan il-fuljett inkiteb għall-persuna li qed tieħu l-mediċina.



F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Stelara u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Stelara

  3. Kif se jingħata Stelara

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Stelara

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Stelara u għalxiex jintuża X’inhu Stelara

    Stelara fih is-sustanza attiva ‘ustekinumab’ li huwa antikorp monoklonali. Antikorpi monoklonali huma proteini li jagħrfu u jeħlu speċifikament ma’ ċerti proteini fil-ġisem.


    Stelara huwa wieħed minn grupp ta’ mediċini msejħa ‘immunosoppressanti’. Dawn il-mediċini jaħdmu billi jdgħajfu parti mis-sistema immuni.


    Għalxiex jintuża Stelara

    Stelara jintuża biex jittratta l-mard infjammatorju li ġej:

    • Il-marda moderata sa severa ta’ Crohn - fl-adulti

    • Kolite ulċerattiva minn moderata sa severa - fl-adulti


      Il-Marda ta’ Crohn

      Il-marda ta’ Crohn hija marda infjammatorja tal-musrana. Jekk għandek il-marda ta’ Crohn l-ewwel se tingħata mediċini oħra. Jekk ma jkollokx rispons tajjeb biżżejjed jew tkun intolleranti għal dawn il- mediċini, inti tista’ tingħata Stelara biex tnaqqas is-sinjali u s-sintomi tal-marda tiegħek.


      Kolite ulċerattiva

      Kolite ulċerattiva hija marda infjammatorja tal-musrana. Jekk inti għandek kolite ulċerattiva inti l- ewwel se tingħata mediċini oħra. Jekk ma tirrispondix tajjeb biżżejjed jew tkun intolleranti għal dawn il-mediċini, inti tista’ tingħata Stelara biex inaqqas is-sinjali u s-sintomi tal-marda tiegħek.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Stelara Tużax Stelara

    • Jekk inti allerġiku għal ustekinumab jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • Jekk inti għandek infezzjoni attiva li t-tabib tiegħek jikkunsidraha importanti.

      Jekk inti m’intix ċert/a, jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplikax għalik, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża Stelara.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Stelara. It-tabib tiegħek se jiċċekkja kemm int b’saħħtek qabel il-kura. Kun żgur li tgħid lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe mard li għandek qabel il-

      kura. Għid ukoll lit-tabib tiegħek jekk inti riċentament kont qrib xi ħadd li seta’ kellu t-tuberkolożi. It-

      tabib tiegħek se jeżaminak u jagħmillek test għat-tuberkolożi, qabel ma jagħtik Stelara. Jekk it-tabib tiegħek jaħseb li inti qiegħed f’riskju ta’ tuberkulożi, tista’ tingħata mediċini biex tikkuraha.


      Oqgħod attent għal effetti sekondarji serji

      Stelara jista’ jikkawża effetti sekondarji serji, inklużi reazzjonijiet allerġiċi u infezzjonijiet. Inti għandek toqgħod attent għal ċerti sinjali ta’ mard waqt li tkun qed tieħu Stelara. Ara ‘Effetti

      sekondarji serji’ fit-taqsima 4 għal lista sħiħa ta’ dawn l-effetti sekondarji.


      Qabel ma tuża Stelara għid lit-tabib tiegħek:

    • Jekk qatt kellek xi reazzjoni allerġika għal Stelara. Staqsi lit-tabib tiegħek jekk m’intix ċert.

    • Jekk qatt kellek xi tip ta’ kanċer – dan huwa peress li immunosuppressanti bħal Stelara jnaqqsu l-attività tas-sistema immuni. Dan jista’ jżid ir-riskju ta’ kanċer.

    • Jekk għandek jew kellek infezzjoni riċenti jew jekk għandek xi fetħiet mhux normali fil- ġilda (fistuli).

    • Jekk għandek xi feriti ġodda jew li qed jinbidlu fiż-żona psorijatika jew fuq il-ġilda normali.

    • Jekk qed tieħu xi kura oħra għal psorijasi u/jew artrite psorjatika – bħal pereżempju immunosuppressant ieħor jew fototerapija (meta ġismek jiġi kkurat b’dawl speċifiku ultravjola (UV)). Dawn il-kuri wkoll jistgħu jdgħajfu parti mis-sistema immuni. L-użu ta’ dawn it-terapiji flimkien ma’ Stelara għadu ma ġiex investigat. Madankollu huwa possibbli li dan jista’ jżid iċ- ċans ta’ mard relatat ma’ sistema immuni aktar dgħajfa.

    • Jekk qed tieħu jew ġieli ħadt injezzjonijiet biex jikkuraw allerġiji – mhuwiex magħruf jekk Stelara jistax jaffettwahom.

    • Jekk għandek 65 sena jew iktar – jista’ jkun li jkun aktar probabbli li int tieħu infezzjonijiet


      Jekk m’intix ċert/a jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplikax għalik, kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek qabel tuża Stelara.


      Tfal u adoloxxenti

      Stelara mhuwiex irrakkomandat biex jintuża fi tfal ta’ taħt it-18-il sena bil-marda ta’ Crohn jew b’kolite ulċerattiva peress li ma ġiex studjat f’dan il-grupp ta’ etajiet.


      Mediċini oħra, tilqim u Stelara

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek:

    • Jekk qed tieħu, ħadt riċentement jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

    • Jekk riċentement ħadt jew se tieħu tilqima. Xi tipi ta’ tilqim (tilqim b’vajrus ħaj imma mgħaxxex ) m’għandhomx jingħataw waqt li tuża Stelara.


      Tqala u treddigħ

    • Hu preferribli li tevita l-użu ta’ Stelara waqt it-tqala. L-effetti ta’ Stelara fuq in-nisa tqal m’humiex magħrufa. Jekk inti mara li jista’ jkollok it-tfal, inti għandek tevita li tinqabad tqila u li tuża kontraċettivi xierqa waqt li tkun qed tuża Stelara u għal mill-anqas 15-il ġimgħa wara l- aħħar kura bi Stelara.

    • Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, kellem lit-tabib tiegħek.

    • Ustekinumab jista’ jgħaddi fil-ħalib tas-sider. Kellem lit-tabib tiegħek jekk inti qed tredda’ jew jekk qed tippjana li tredda’. Inti u t-tabib tiegħek għandkom tiddeċiedu jekk għandekx tredda’ jew tuża Stelara – tagħmilhomx it-tnejn.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Stelara m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


      Stelara fih sodium

      Stelara fih inqas minn mmol 1 sodium (23 mg) f’kull doża, li tista’ tgħid huwa essenzjalment ‘bla sodium’. Madanakollu, qabel jingħatalek, Stelara jitħallat ma’ soluzzjoni li fiha s-sodium. Kellem lit-

      tabib tiegħek jekk inti qiegħed/a fuq dieta b’ammont baxx ta’ melħ.


  3. Kif se jingħata Stelara


    Stelara hu intenzjonat għall-użu taħt il-gwida u s-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fid-dijanjosi u l- kura tal-marda ta’ Crohn jew kolite ulċerattiva.


    Stelara 130 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni se jingħatalek mit-tabib tiegħek, permezz ta’ dripp fil-vini f’dirgħajk (infużjoni fil-vini) fuq mill-inqas siegħa waħda. Kellem lit-tabib tiegħek dwar meta se tieħu l-injezzjonijiet u meta għandek l-appuntamenti ta’ sorveljanza.


    Kemm jingħata Stelara

    It-tabib tiegħek jiddeċiedi kemm għandek bżonn tirċievi Stelara u għal kemm tul ta’ żmien.


    Adulti li għandhom 18-il sena u aktar

    image

    • It-tabib se jikkalkula d-doża rakkomandata għalik għall-infużjoni fil-vini ibbażat fuq il-piż tal- ġisem tiegħek.


      Il-piż tal-ġisem tiegħek Doża

      ≤ 55 kg 260 mg

      > 55 kg sa ≤ 85 kg 390 mg

      > 85 kg 520 mg


    • Wara d-doża tal-bidu fil-vini, inti se jkollok id-doża li jkun imiss ta’ 90 mg Stelara permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda tiegħek (injezzjoni taħt il-ġilda) 8 ġimgħat wara, imbagħad, wara dan, kull 12-il ġimgħa.


      Kif jingħata Stelara

    • L-ewwel doża ta’ Stelara għat-trattament tal-marda ta’ Crohn jew kolite ulċerattiva tingħata minn tabib bħala dripp fil-vina ta’ driegħ (infużjoni fil-vini).

      Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet dwar it-teħid ta’ Stelara.


      Jekk tinsa tuża Stelara

      Jekk tinsa jew taqbeż l-appuntament biex tirċievi d-doża, ikkuntattja lit-tabib biex tagħmel appuntament ieħor.


      Jekk tieqaf tuża Stelara

      M’huwiex perikoluż li tieqaf tuża Stelara. Madankollu, jekk inti tieqaf, is-sintomi tiegħek jistgħu jerġgħu jitfaċċaw.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Effetti sekondarji serji

    Xi pazjenti jista’ jkollhom effetti sekondarji serji li jista’ jkollhom bżonn kura urġenti.


    Reazzjonijiet allerġiċi – dawn jistgħu jeħtieġu kura urġenti. Għid lit-tabib tiegħek jew sejjaħ għajnuna medika ta’ emerġenza immedjatament jekk tosserva xi wieħed mis-sinjali li ġejjin.

    • Reazzjonijiet allerġiċi serji (‘anafilassi’) huma rari fin-nies li jieħdu Stelara (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000 persuna). Is-sinjali jinkludu:

      • diffikultà biex tieħu nifs jew tibla’

      • pressjoni baxxa tad-demm, li tista’ tikkawża sturdament

      • nefħa fil-wiċċ, xufftejn, il-ħalq jew il-gerżuma.

    • Sinjali komuni ta’ reazzjoni allerġika jinkludu raxx u urtikarja (dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100).


      Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni – Jekk qed tiġi trattat għal marda Crohn’s jew kolite ulċerattiva, l-ewwel doża ta’ Stelara ser tingħata permezz tad-dripp ġol vina (infużjoni

      ġol-vina). Xi pazjenti esperjenzaw reazzjonijiet allerġiċi serji waqt l-infużjoni.


      F’każijiet rari, ġew irrappuratati reazzjonijiet allerġiċi fil-pulmun u infjammazzjoni fil- pulmun f’pazjenti li jirċievu ustekinumab. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa sintomi bħal sogħla, qtugħ ta’ nifs, u deni.


      Jekk għandek reazzjoni allerġika serja, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li m’għandekx terġa’ tuża Stelara.


      Infezzjonijiet – dawn jistgħu jeħtieġu kura urġenti. Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tosserva xi wieħed mis-sinjali li ġejjin.

    • Infezzjonijiet fl-imnifsejn u l-griżmejn u riħ komuni huma komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • Infezzjonijiet fis-sider mhumiex komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • Infjammazzjoni tat-tessut taħt il-ġilda (‘ċellulite’) mhijiex komuni (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 100)

    • Ħruq ta’ Sant’Antnin (tip ta’ raxx li jweġġa’ bl-infafet) mhuwiex komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 100 persuna)


      Stelara jista’ jġiegħlek tkun inqas kapaċi tikkumbatti infezzjonijiet. Xi wħud mill-infezzjonijiet jistgħu jsiru serji u jistgħu jinkludu infezzjonijiet minn viruses, moffa jew bakterja, ikluż infezzjonijiet li jistgħu jseħħu prinċipalment f’persuni li għandhom sistema immuni mdgħajfa (infezzjonijiet opportunistiċi).

      Għandek toqgħod attent għal sinjali ta’ infezzjoni waqt li tkun qed tuża Stelara. Dawn jinkludu:

    • deni, sintomi jixbhu l-influwenza, għaraq matul il-lejl

    • tħossok għajjien/a jew bi qtugħ ta’ nifs; sogħla persistenti

    • sħana, ħmura u uġiegħ fil-ġilda, jew raxx fil-ġilda b’infafet u uġiegħ

    • ħruq meta tgħaddi l-awrina

    • dijarea.


      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tosserva xi wieħed minn dawn is-sinjali ta’ infezzjoni. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjonijiet bħal infezzjonijiet fis-sider, infezzjonijiet fil-ġilda, ħruq ta’ Sant’Antnin li jista’ jkollhom kumplikazzjonijiet serji. Għid lit- tabib tiegħek jekk ikollok xi tip ta’ infezzjoni li ma tkunx trid titlaq jew li terġa tiġi lura. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li m’għandekx tuża Stelara qabel ma titlaq l-infezzjoni. Għid lit-tabib ukoll jekk ikollok xi feriti miftuħin jew selħiet, peress li jistgħu jiġu infettati.


      Ġilda titqaxxar– żieda fil-ħmura ta’ ġilda li titqaxxar aktar fuq parti kbira tal-ġisem tista’ tkun sintomu ta’ psorijasi eritrodermika jew dermatite fejn il-ġilda taqa’ qxur qxur, li

      huma kundizzjonijiet serji fil-ġilda. Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi.


      Effetti sekondarji oħra


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni):

    • Dijarea

    • Dardir

    • Rimettar

    • Għeja

    • Sturdament

    • Uġigħ ta’ ras

    • Ħakk (‘pruritus’)

    • Uġigħ f’dahrek, il-muskoli jew fl-għekiesi

    • Uġigħ ta’ griżmejn

    • Ħmura u wġigħ fejn tkun ingħatat l-injezzjoni

    • Infezzjoni fis-sinus


      Effetti skondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 persuna):

    • Infezzjonijiet fis-snien

    • Infezzjoni fil-vaġina kkawżata mill-moffa

    • Dipressjoni

    • Imnieħer imblukkat jew misdud

    • Ħruġ ta’ demm, tbenġil, ebusija, nefħa u ħakk fejn tkun ingħatat l-injezzjoni

    • Tħossok debboli

    • Tebqet il-għajn imdendla jew muskoli mitluqin fuq naħa waħda tal-wiċċ (‘paraliżi tal- wiċċ’ jew ‘paraliżi ta’ Bell’), li ġeneralment huwa temporanju.

    • Bidla fil-psorijasi bi ħmura u nfafet sofor jew bojod ġodda żgħar ħafna fuq il-ġilda, xi kultant akkumpanjati minn deni (psorijasi bil-ponot)

    • Ġilda titqaxxar

    • Akne


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

    • Ħmura u ġilda titqaxxar fuq parti kbira tal-ġisem, li tista’ tkun bil-ħakk jew bl-uġigħ (dermatite fejn il-ġilda taqa’ qxur qxur). Sintomi simili xi drabi jiżviluppaw bħala bidla naturali fit-tip ta’ sintomi tal-psorijasi (psorijasi eritrodermika)

    • Infjammazzjoni tal-kanali tad-demm żgħar, li tista’ twassal għal raxx fil-ġilda b’ħotob żgħar ħomor jew vjola, deni jew uġigħ fl-ġogi (vaskulite)


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

    • Infafet fuq il-ġilda li jistgħu jkunu ħomor, iqabbduk il-ħakk, u bl-uġigħ (Infafet pemfigojdi).


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji permezz tas-

      sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’

      tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Stelara


    • Stelara 130 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni jingħata fi sptar jew klinika u l- pazjenti m’għandhomx bżonn li jaħżnuh jew li jimmaniġġjawh.

    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Aħżen fi friġġ (2°C–8°C). Tagħmlux fil-friża.

    • Żomm il-fjala fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

    • Tħawwadx il-fjali ta’ Stelara. Jekk ġiet imħawwda bil-qawwa għal-tul ta’ ħin il-mediċina tista’ ma tibqax tajba biex tintuża.


      Tużax din il-mediċina

    • Wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara ‘EXP’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar

    • Jekk il-likwidu tilef il-kulur, imdardar jew jekk tara frak jgħum fih (ara s-sezzjoni 6 ‘Id-dehra ta’ Stelara u l-kontenut tal-pakkett’)

    • Jekk taf, jew taħseb li huwa seta’ ġie espost għal temperaturi estremi (bħal per eżempju ġie ffriżat jew imsaħħan aċċidentalment)

    • Jekk il-prodott ġie mħawwad bil-qawwa

    • Jekk is-sigill ikun imkisser.

      Stelara qiegħed biex jintuża darba biss. Kull fdal tas-soluzzjoni għall-infużjoni dilwita jew tal-prodott li ma jkunx intuża li jibqa’ fil-fjala u fis-siringa għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Stelara


Kif jidher Stelara u l-kontenut tal-pakkett

Stelara huwa konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni ċar, trasparenti sa isfar ċar. Huwa fornut f’pakkett tal-kartun li fih fjala tal-ħġieġ ta’ 30 mL b’doża waħda. Kull fjala fiha 130 mg ustekinumab

f’26 mL ta’ konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju


Manifattur

Janssen Biologics B.V. Einsteinweg 101

2333 CB Leiden L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Janssen-Cilag NV Tel/Tél: + 32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com

Lietuva

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Tel: +370 5 278 68 88

lt@its.jnj.com


България

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД Тел.: +359 2 489 94 00

jjsafety@its.jnj.com

Luxembourg/Luxemburg

Janssen-Cilag NV Tél/Tel: +32 14 64 94 11

janssen@jacbe.jnj.com

Česká republika Janssen-Cilag s.r.o. Tel: +420 227 012 227

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.: +36 1 884 2858

janssenhu@its.jnj.com


Danmark

Janssen-Cilag A/S Tlf: +45 4594 8282

jacdk@its.jnj.com

Malta

AM MANGION LTD Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955 955

jancil@its.jnj.com

Nederland

Janssen-Cilag B.V. Tel: +31 76 711 1111

janssen@jacnl.jnj.com


Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

ee@its.jnj.com

Norge

Janssen-Cilag AS Tlf: + 47 24 12 65 00

jacno@its.jnj.com


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Janssen-Cilag Pharma GmbH Tel: +43 1 610 300


España

Janssen-Cilag, S.A. Tel: +34 91 722 81 00

contacto@its.jnj.com

Polska

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o. Tel.: + 48 22 237 60 00


France

Janssen-Cilag

Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

medisource@its.jnj.com

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Tel: +351 214 368 600


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

jjsafety@JNJCR.JNJ.com

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel. +386 1 401 18 00

Janssen_safety_slo@its.jnj.com


Ísland

Janssen-Cilag AB c/o Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

janssen@vistor.is

Italia

Janssen-Cilag SpA

Tel: 800.688.777 / +39 02 2510 1

janssenita@its.jnj.com

Slovenská republika Johnson & Johnson, s.r.o. Tel: +421 232 408 400


Suomi/Finland

Janssen-Cilag Oy

Puh/Tel: +358 207 531 300

jacfi@its.jnj.com

Κύπρος

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ Tηλ: +357 22 207 700

Sverige

Janssen-Cilag AB Tfn: +46 8 626 50 00

jacse@its.jnj.com


Latvija

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle

Latvijā

Tel: +371 678 93561

lv@its.jnj.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +44 1 494 567 444

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.


/.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa: Traċċabilità:

Sabiex titjieb it-traċċabilità tal-prodotti mediċinali bijoloġiċi, it-trejdmark u n-numru tal-lott tal- prodott li jingħata għandhom jitniżżlu b’mod ċar.


Istruzzjonijiet għad-dilwizzjoni:


STELARA konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jiġi dilwit, ippreparat u infuż minn professjonist fil-kura tas-saħħa permezz ta’ teknika asettika.


  1. Ikkalkula d-doża u n-numru ta’ kunjetti ta’ STELARA meħtieġa skont il-piż tal-pazjent (ara sezzjoni 3, Tabella 1). Kull kunjett ta’ 26 mL ta’ STELARA fih 130 mg ta’ ustekinumab.

  2. Iġbed u imbagħad armi volum mis-soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) mill-borża tal-infużjoni ta’ 250 mL daqs il-volum ta’ STELARA li għandu jiġi miżjud (armi 26 mL ta’

    sodium chloride għal kull kunjett ta’ STELARA meħtieġ, għal 2 kunjetti armi 52 mL, għal 3 kunjetti armi 78 mL, għal 4 kunjetti armi 104 mL)

  3. Iġbed 26 mL ta’ STELARA minn kull kunjett meħtieġ u żidhom mal-borża tal-infużjoni ta’

    250 mL. Il-volum finali fil-borża tal-infużjoni għandu jkun ta’ 250 mL. Ħallat bil-mod.

  4. Spezzjona s-soluzzjoni dilwita viżwalment qabel l-infużjoni. Tużax jekk ikun osservat frak opak li jidher, bidla fil-kulur jew frak barrani.

  5. Agħti s-soluzzjoni dilwita fuq perijodu ta’ mill-inqas siegħa. Ladarba dilwita, l-infużjoni

    għandha titlesta fi żmien 8 sigħat mid-dilwizzjoni fil-borża tal-infużjoni.

  6. Uża biss sett tal-infużjoni b’filtru fil-pajp, sterili, mhux piroġeniku, li ftit li xejn jorbot proteini (daqs tal-pori ta’ 0.2 mikrometri).

  7. Kull kunjett għandu jintuża darba biss u kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Ħażna

Jekk ikun meħtieġ, is-soluzzjoni ddilwita għall-infużjoni tista’ tinħażen f’temperatura ambjentali. L- infużjoni għandha titlesta fi żmien 8 sigħat mid-dilwizzjoni fil-borża tal-infużjoni. Tagħmilhiex fil-

friża.