Sildenafil ratiopharm
sildenafil
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib u lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett
sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Sildenafil ratiopharm u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil ratiopharm
Kif għandek tieħu Sildenafil ratiopharm
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Sildenafil ratiopharm
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Sildenafil ratiopharm fih is-sustanza attiva sildenafil li jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase ta’ tip 5 (PDE5). Din il-mediċina tippermetti li sseħħ erezzjoni għal ħin twil biżżejjed biex inti tista’ jkollok attività sesswali sodisfaċenti b’mod sħiħ. Inaqqas l-azzjoni tal- kimika naturali f’ġismek, li ġġiegħel li ma jkunx hemm erezzjonijiet. Sildenafil ratiopharm ser jaħdem biss meta tkun stimulat sesswalment.
Sildenafil ratiopharm hu kura għal irġiel adulti b’disfunzjoni erettili, xi kultant tissejjaħ impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb erezzjoni jew iżomm pene iebes u erett biżżejjed biex ikollu attività sesswali.
jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).
jekk qed tieħu mediċini li fihom in-nitrates (eż. glycerol trinitrate) jew donaturi ta’ nitric oxide (eż. amyl nitrite, imsejħa wkoll “poppers”). Dawn il-mediċini ta’ spiss jintużaw biex itaffu s- sintomi ta’ wġigħ fis-sider (anġina pectoris). Li tieħu dawn il-mediċini ma’ Sildenafil ratiopharm jista’ jaffettwa serjament il-pressjoni tad-demm tiegħek Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin. Jekk ma tkunx ċert, staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.
qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal sildenafil, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.
jekk għandek problema severa tal-qalb.
jekk dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb.
jekk għandek pressjoni tad-demm baxxa.
jekk għandek problema severa tal-fwied.
jekk għandek ċertu mard ereditarju rari tal-għajnejn (bħal retinite pigmentosa).
jekk xi darba kellek telf ta’ vista minħabba kundizzjoni tal-għajnejn magħrufa bħala “puplesija
tal-għajnejn” (newropatija ottika iskemika anterjuri mhux arteritika, NAION).
Kellem lit-tabib u l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Sildenafil ratiopharm
jekk għandek problemi tal-qalb. F’dak il-każ, it-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk
qalbek tiflaħx għall-istress addizzjonali meta tkun qed tagħmel attività sesswali.
jekk tbati minn kwalunkwe minn dawn id-disturbi jew sintomi li ġejjin, għax jista’ jkollok iktar effetti sekondarji:
anormalità taċ-ċelluli tad-demm ħomor (anemija taċ-ċelluli sickle);
kanċer tad-demm (lewkimja);
kanċer tal-mudullun (majeloma multipla);
kwalunkwe marda jew deformità tal-pene.
jekk tbati minn kwalunkwe minn dawn id-disturbi li ġejjin, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek, u dan ser jiċċekkja bir-reqqa jekk din il-mediċina hijiex adattata għalik:
jekk bħalissa għandek ulċera fl-istonku;
jekk għandek disturb biex jagħqad id-demm (eż. emofilja).
jekk tbati minn problemi tal-kliewi jew tal-fwied. Jekk jogħġbok għid lit-tabib dwar dan. F’dan il-każ, hu jista’ jiddeċiedi li jagħtik doża iktar baxxa.
M’għandekx tieħu din il-mediċina
jekk diġà qed tieħu kuri oħrajn għal disfunzjoni erettili.
jekk diġà qed tieħu kuri oħrajn għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihomsildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.
jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.
jekk inti mara.
Jekk ikollok tnaqqis jew telf ta’ vista għal għarrieda, tiħux aktar Sildenafil ratiopharm u ikkuntattja lit- tabib tiegħek IMMEDJATAMENT.
Din il-mediċina m’għandhiex tingħata lil tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista' tieħu xi mediċina oħra.
F’emerġenza medika, għandek tgħid lil xi persuna li tkun qed tieħu ħsiebek li ħadt Sildenafil
ratiopharm.
TIĦUX Sildenafil ratiopharm jekk qed tieħu mediċini li fihom in-nitrati (eż. glycerol trinitrate) jew donaturi ta’ nitric oxide (eż. amyl nitrite, imsejħa wkoll “poppers”). Dawn il-mediċini ta’ spiss jintużaw biex itaffu s-sintomi ta’ wġigħ fis-sider (anġina pectoris). It-teħid fl-istess ħin ta’ nitrates jew donaturi ta’ nitric oxide ma’ Sildenafil ratiopharm jista’ jkollu effetti qawwija fuq il-pressjoni tad- demm tiegħek.
Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.
Li tieħu Sildenafil ratiopharm flimkien ma’ xi mediċini jista’ jwassal għal problemi. Għalhekk, għid
lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:
ritonavir jew saquinavir (mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet bl-HIV);
ketoconazole jew itraconazole (mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet fungali);
erythromycin (antibijotiku);
cimetidine (mediċina għall-kura ta’ qrusa fl-istonku u ulċeri peptiċi);
alpha blockers (grupp ta’ mediċini għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja jew prostata
mkabbra [iperplasija prostatika beninna]).
Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu alpha blockers jista’ jkollhom sturdament jew mejt meta jqumu bilwieqfa. Dawn huma sintomi ta’ tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum malajr minn pożizzjoni bilqiegħda jew mimduda (pressjoni baxxa li tiddependi mill-qagħda). Dawn is- sintomi normalment iseħħu fi żmien 4 sigħat minn x’ħin tkun ħadt Sildenafil ratiopharm. Sabiex tnaqqas il-probabbiltà li jseħħu dawn is-sintomi, għandek tibda tieħu Sildenafil ratiopharm biss meta tkun diġà kkontrollat tajjeb fuq doża regolari ta’ kuljum tal-alpha blocker.
mediċini li fihom sacubitril/valsartan, użati biex jittrattaw l-insuffiċjenza tal-qalb.
Jekk qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek jista’ jibdiek fuq l-inqas doża (25 mg) ta’ Sildenafil ratiopharm. Jekk qed tieħu ritonavir, ma tistax taqbeż doża massima ta’ 25 mg ta’ sildenafil f’perijodu ta’ 48 siegħa.
Meta din il-mediċina tittieħed mal-ikel jista’ jkun li Sildenafil ratiopharm idum xi ftit aktar biex
jaħdem.
Ix-xorb alkoħoliku jista’ jagħmel id-diffikultajiet li wieħed jikseb erezzjoni xierqa. Sabiex tikseb il- benefiċċju massimu mill-mediċina tiegħek, hu rrakkomandat li tevita l-alkoħol qabel ma tieħu din il- mediċina.
Din il-mediċina tista’ tikkawża xi sturdament, jew taffettwa l-viżta jew is-smigħ. Jekk tħossok stordut, jew jekk il-viżta jew is-smigħ tiegħek jiġu affettwati wara li tieħu Sildenafil ratiopharm, m’għandekx issuq jew tħaddem kwalunkwe għodda jew magni.
Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola miksija b’rita, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem
għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Hu pillola Sildenafil ratiopharm waħda miksija b’rita madwar siegħa qabel l-attività sesswali. Ibla’ l- pillola miksija b’rita sħiħa ma’ tazza ilma.
M’għandekx tieħu iktar pilloli miksija b’rita milli jgħidlek it-tabib tiegħek.
M’għandekx tieħu Sildenafil ratiopharm iktar minn darba kuljum.
Din il-mediċina se tgħinek tikseb erezzjoni jekk tkun sesswalment stimulat biss. L-ammont ta’ ħin li jieħu Sildenafil ratiopharm biex jaħdem ivarja minn persuna għall-oħra, iżda normalment jieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Tista’ tinnota li din il-mediċina se tgħinek tieħu aktar żmien biex taħdem jekk teħodha ma’ ikla kbira.
Jekk din il-mediċina ma tgħinekx tikseb erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni tiegħek ma ddumx biżżejjed
biex ikun jista’ jkollok att sesswali sodisfaċenti, għandek tgħid lit-tabib tiegħek.
Irġiel li jieħu Sildenafil ratiopharm iżżejjed jista’ jkollhom iktar effetti sekondarji jew jista’ jkollhom uġigħ sever fil-muskoli. Jekk tieħu iktar Sildenafil ratiopharm minn dak li hemm fuq ir-riċetta, għid it- tabib tiegħek.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati ma’ l-użu ta’ sildenafil huma ġeneralment ħfief għal moderati u ma jdumux.
Reazzjoni allerġika - din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa persuna 1 minn kull 100).
Is-sintomi jinkludu tħarħir tan-nifs f’daqqa, diffikulta’ biex tieħu n-nifs u sturdament,
nefħa fil-kapell ta’ l-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.
Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni.
Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:
Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.
- Erezzjonijiet li jdumu żmien twil u kultant bl-uġieħ -dawn iseħħu b’mod rari
(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000).
Jekk ikollok erezzjoni bħal din, li ddum kontinwament għal iktar minn 4 sigħat, għandek
tikkuntattja tabib immedjatament.
Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa - dan iseħħ b’mod rari.
Reazzjonijiet serji tal-ġilda - dawn iseħħu b’mod rari.
Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.
Puplesiji jew aċċessjonijiet - dawn iseħħu b’mod rari. Effetti sekondarji oħrajn:
Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrappurtati każijiet ta’anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) mewt għall-għarrieda. Ta’ min wieħed jinnota li l-biċċa l-kbira tal-irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il- mediċina. Mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk dawn l-avvenimenti kinux marbuta direttament ma’ Sildenafil ratiopharm.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun ta’ barra u fuq il- folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi sildenafil.
Kull pillola miksija b’rita fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 25 mg ta’ sildenafil.
Is-sustanzi l-oħra huma: microcrystalline cellulose, hypromellose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, calcium hydrogen phosphate, talc, macrogol 6000, titanium dioxide, iron oxide red.
Sildenafil ratiopharm huma pilloli miksija b’rita, minn bojod sa bojod jagħtu fil-griż, oblunga b’tarf.
Sildenafil ratiopharm hu fornut f’pakketti ta’ 1, 2, 4, 8 jew 12-il pillola miksija b’rita fil-folji. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.
ratiopharm GmbH Graf-Arco-Straße 3
89079 Ulm
Il-Ġermanja
Merckle GmbH
Ludwig-Merckle-Straße 3
89143 Blaubeuren Il-Ġermanja
Teva Operations Poland Sp. z o.o. ul. Mogilska 80
31-546 Kraków
Il-Polonja
HBM Pharma s.r.o Sklabinská 30
036 80 Martin Is-Slovakkja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373
UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203
Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585
Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111
Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400
Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511
Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda
Tel: +44 2075407117
Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400
UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801
Teva Norway AS Tlf: +47 66775590
Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000
ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070
Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280
Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300
Teva Santé
Tél: +33 155917800
ratiopharm - Comércio e Industria de Produtos Farmacêuticos, Lda.
Tel: +351 214767550
Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000
Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524
Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117
Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390
Teva Finland Oy Finnland
Sími: +358 201805900
TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911
Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981
Teva Finland Oy
Puh/Tel: +358 201805900
Specifar Α.Β.Ε.Ε. Ελλάδα
Τηλ: +30 2118805000
Teva Sweden AB Tel: +46 42121100
UAB Teva Baltics filiāle Latvijā
Tel: +371 67323666
Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland
Tel: +44 2075407117