Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Orfadin
nitisinone

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Orfadin 2 mg kapsuli iebsin Orfadin 5 mg kapsuli iebsin Orfadin 10 mg kapsuli iebsin Orfadin 20 mg kapsuli iebsin nitisinone


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Orfadin ma’ ikel

Jekk tibda t-trattament billi tieħdu mal-ikel, huwa rrakkomandat li tkompli tieħdu flimkien mal-ikel tul il-kors kollu tat-trattament tiegħek.


Tqala u treddigħ

Is-sigurtà ta’ din il-mediċina ma ġietx studjata f’nisa tqal u f’nisa li jkunu qegħdin ireddgħu.

Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk qed tippjana li toħroġ tqila. Jekk toħroġ tqila, għandek

tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Treddax waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, ara s- sezzjoni “Tiħux Orfadin”.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina għandha effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, jekk tesperjenza effetti sekondarji li jaffettwaw il-vistai, ssuqx u tħaddimx magni, sakemm il-vista terġa’ lura għan-normal (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).


  1. Kif għandek tieħu Orfadin


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Għal tirosinemija ereditarja ta’ tip 1, it-trattament b’din il-mediċina għandu jinbeda u jiġi mmaniġġjat

    minn tabib li għandu esperjenza fit-trattament tal-marda.


    Għal tirosinemija ereditarja ta’ tip 1, id-doża rakkomandata ta’ kuljum hija ta’ 1 mg/kg għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem mogħtija mill-ħalq. It-tabib tiegħek sejjer jaġġustalek id-doża individwalment.

    Hu rakkomandat li tagħti d-doża darba kuljum. Madankollu, minħabba d-dejta limitata f’pazjenti b’piż

    tal-ġisem ta’ <20 kg, hu rakkomandat li taqsam id-doża totali ta’ kuljum f’żewġ għotjiet kuljum f’din

    il-popolazzjoni ta’ pazjenti.


    Għal AKU, id-doża rakkomandata hi ta’ 10 mg darba kuljum.


    Jekk ikollok problemi biex tibla’ l-kapsuli, tista’ tiftaħ il-kapsula u tħallat it-trab ma’ ammont żgħir

    ta’ ilma jew ma’ dieta tal-formula immedjatament qabel tieħodha.

    Jekk tieħu Orfadin aktar milli suppost

    Jekk ħadt aktar milli suppost minn din il-mediċina, inti għandek tikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek mill-iktar fis possibbli.


    Jekk tinsa tieħu Orfadin

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Jekk tinsa tieħu doża,

    ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Jekk tieqaf tieħu Orfadin

    Jekk għandek l-impressjoni li l-mediċina mhijiex qiegħda taħdem kif suppost, kellem lit-tabib tiegħek. La għandek tibdel id-doża u lanqas twaqqaf it-trattament mingħajr ma titkellem mat-tabib tiegħek

    qabel.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-

    infermier tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Jekk tinnota xi effetti sekondarji relatati mal-għajnejn, kellem lit-tabib tiegħek minnufih għal eżami tal-għajnejn. Trattament b’nitisinone twassal għal livelli ogħla ta’ tyrosine fid-demm li jistgħu jikkawżaw sintomi relatati mal-għajnejn. F’pazjenti b’tirosinemija ereditarja tat-tip 1 (HT-1) huma rrappurtati b’mod komuni effetti sekondarji relatati mal-għajnejn (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 100) kkawżati minn livelli ta’ tyrosine ogħla huma infjammazzjoni fl-għajn (konġuntivite), opaċità u infjammazzjoni fil-kornea (keratite), sensittività għad-dawl (fotofobija) u uġigħ fl-għajnejn. Infjammazzjoni tal-kappell tal-għajn (blefarite) huwa effett sekondarju mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 100).

    F’pazjenti b’AKU, irritazzjoni fl-għajnejn (keratopatija) u wġigħ fl-għajnejn huma effetti sekondarji

    rrappurtati b’mod komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)


    Effetti sekondarji oħra rrappurtati f’pazjenti b’tirosinemija ereditarja ta’ tip 1 huma elenkati

    hawn taħt:


    Effetti sekondarji komuni oħra

    • tnaqqis fin-numru ta’ plejtlets (tromboċitopenja) u ċelloli bojod tad-demm (lewkopenja), nuqqas

      ta’ ċerti ċelloli bojod tad-demm (granuloċitopenja).


      Effetti sekondarji mhux komuni oħra

    • żieda fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm (lewkoċitosi),

    • ħakk (prurite), infjammazzjoni tal-ġilda (dermatite sfoljattiva), raxx.


    Effetti sekondarji oħra rrappurtati f’pazjenti b’AKU huma elenkati hawn taħt:


    Effetti sekondarji komuni oħra

    • bronkite

    • pulmonite

    • ħakk, raxx


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  3. Kif taħżen Orfadin


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-flixkun u fuq il-kaxxa tal-kartun wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).


    Il-prodott jista’ jinħażen għal perjodu wieħed ta’ xahrejn (għall-kapsula ta’ 2 mg) jew 3 xhur (għall- kapsuli ta’ 5 mg, 10 mg u 20 mg) f’temperatura ta’ mhux iktar minn 25°C, u wara dan, għandu jintrema.


    Tinsiex tikteb fuq il-flixkun id-data ta’ meta neħħejtu minn ġol-friġġ.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Orfadin

Kontenut tal-kapsula:

Starch, pregelatinised (mill-maize) Qoxra tal-kapsula:

ġelatina

titanium dioxide (E 171) Linka tal-istampar:

iron oxide (E 172)

shellac propylene glycol

idrossidu tal-ammonju


Kif jidher Orfadin u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli huma bojod, opaki, ibsin u magħmula minn ġelatina, bil-kliem “NTBC” u l-qawwa “2 mg”, “5 mg”, “10 mg” jew “20 mg”, stampata bl-iswed fuqhom. Il-kapsula fiha trab abjad jew abjad jagħti

fil-griż.


Il-kapsuli huma ppakkjati fi fliexken tal-plastik b’għotjien li ma jistgħux jitbagħbsu. Kull flixkun fih

60 kapsula.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Swedish Orphan Biovitrum International AB SE-112 76 Stockholm

L-Isvezja


Manifattur

Apotek Produktion & Laboratorier AB

Prismavägen 2

SE-141 75 Kungens Kurva L-Isvezja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.