Desloratadine ratiopharm
desloratadine
desloratadine
Għall-adulti
Dejjem ħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif qallek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Staqsi lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun trid aktar informazzjoni jew pariri.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett
sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
Jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tmur għall-agħar għandek tkellem tabib wara 7 ijiem.
X’inhu Desloratadine ratiopharm u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Desloratadine ratiopharm
3. Kif għandek tieħu Desloratadine ratiopharm
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Desloratadine ratiopharm
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Desloratadine ratiopharm fih desloratadine li hi antiistamin.
Desloratadine ratiopharm hija mediċina kontra l-allerġiji li ma traqqdekx. Tgħinek tikkontrolla r- reazzjoni allerġika tiegħek u s-sintomi tagħha.
Desloratadine ratiopharm itaffi s-sintomi assoċjati ma’ rajnajtis allerġiku (infjammazzjoni tal-passaġġi fl-imnieħer ikkawżata minn allerġija, per eżempju hay fever jew allerġija għad-dust mites) fl-adulti. Dawn is-sintomi jinkludu għatis, imnieħer inixxi jew ħakk fl-imnieħer, ħakk fis-saqaf tal-ħalq u ħakk, ħmura jew dmugħ fl-għajnejn.
Desloratadine ratiopharm jintuża wkoll biex itaffi s-sintomi assoċjati ma’ urtikarja idjopatika kronika (kundizzjoni tal-ġilda b’kawża mhux magħrufa), inizjalment iddijanjostikata mit-tabib tiegħek. Dawn is-sintomi jinkludu ħakk u ħbiebeż.
Is-serħan minn dawn is-sintomi jibqa’ ġurnata sħiħa u jgħinek terġa tibda l-attivitajiet ta’ kuljum u fl-
irqad.
Jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tmur għall-agħar għandek tkellem tabib wara 7 ijiem. Jekk tinnota diffikultajiet fit-teħid tan-nifs jew nefħa fix-xufftejn, ilsien jew gerżuma għandek tkellem tabib minnufih.
jekk inti allerġiku għal desloratadine, loratadine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).
Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Desloratadine ratiopharm:
jekk il-funzjoni tal-kliewi hija batuta jew jekk għandek mard sever tal-fwied.
jekk għandek storja medika ta’ aċċessjonijiet jew storja ta’ aċċessjonijiet fil-familja.
Jekk tbati minn urtikarja idjopatika kronika, din għandha tkun iddijanjostikata mit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Desloratadine ratiopharm.
Tagħtix din il-mediċina lil adolexxenti u tfal iżgħar minn 18-il sena.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. M’hemmx tagħrif dwar interazzjonijiet ta’ Desloratadine ratiopharm ma’ mediċini oħra.
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
It-teħid ta’ Desloratadine ratiopharm mhuwiex rakkomandat jekk inti tqila.
It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk għandekx tieqaf tredda’ lit-tarbija tiegħek jew twaqqafx it-trattament b’Desloratadine ratiopharm.
M’hemmx dejta disponibbli dwar il-fertilità tal-irġiel/tan-nisa.
Fid-doża rakkomandata, din il-mediċina mhijiex mistennija li taffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew li tħaddem magni. Għalkemm ħafna nies ma jesperjenzawx ħedla, huwa rakkomandat li ma tinvolvix
ruħek f’attivitajiet li jeħtieġu prontezza mentali bħas-sewqan ta’ karozza jew tħaddim ta’ makkinarju
qabel inti tkun stabbilixxejt ir-rispons tiegħek personali għall-prodott mediċinali.
Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib
tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.
Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles
mis-sodium’.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Id-doża rakkomandata hija pillola waħda kuljum mal-ilma.
Il-pillola tista’ tittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Ibla’ l-pillola sħiħa.
It-tul tat-trattament jiddependi mit-tip, it-tul u l-kors tas-sintomi tiegħek. Għandek tkellem tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tmur għall-agħar wara 7 ijiem. Jekk tinnota diffikultajiet fit-teħid tan-nifs jew nefħa fix-xufftejn, ilsien jew gerżuma għandek tkellem tabib immedjatament.
Jekk is-sintomi tiegħek ta’ rinite allerġika kienu jdumu anqas minn 4 ijiem fil-ġimgħa jew anqas minn 4 ġimgħat fil-passat, jekk jogħġbok uża din il-mediċina sakemm is-sintomi tiegħek jgħaddu. Tista’ terġa’ tibda tuża din il-mediċina, meta jerġgħu jibdew is-sintomi.
Jekk is-sintomi allerġiċi tiegħek kienu jdumu għal perjodu itwal fil-passat (4 ijiem fil-ġimgħa jew aktar u għal aktar minn 4 ġimgħat), jista’ jkun meħtieġ trattament kontinwu matul il-perjodu ta’ esponiment għall-allerġen.
Għal urtikarja idjopatika kronika, jista’ jkun meħtieġ trattament għal aktar minn 6 ġimgħat, skont is- sintomi tiegħek. Jekk is-sintomi jerġgħu jitfaċċaw wara li twaqqaf it-trattament, tista’ terġa tieħu din il-mediċina mill-ġdid.
Mhux mistennija problemi serji b’doża eċċessiva aċċidentali. Madankollu, jekk tieħu aktar
Desloratadine ratiopharm milli suppost, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minnufih.
Jekk tinsa tieħu id-doża fil-ħin, ħudha malli tiftakar u mbagħad erġa’ lura għall-iskeda regolari
tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux
f’kulħadd.
reazzjonijiet allerġiċi qawwija (diffikultà fit-teħid tan-nifs, tħarħir, ħakk, ħorriqija u nefħa).
Effetti sekondarji oħra li jistgħu jseħħu:
għeja kbira
ħalq xott
uġigħ ta’ ras
raxx
qalb tħabbat b’mod qawwi jew irregolari, qalb tħabbat b’mod mgħaġġel
uġigħ fl-istonku, tħossok se tirremetti (dardir), rimettar, stonku mdardar, dijarea
sturdament, ngħas, ma tkunx tista’ torqod, aċċessjonijiet, irrekwitezza b’żieda fil-moviment tal-
ġisem
uġigħ fil-muskoli
alluċinazzjonijiet
infjammazjoni tal-fwied, testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali
Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)
dgħufija mhux tas-soltu
il-ġilda u/jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru
żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx, anke f’każ ta’ xemx imċajpra, u għal dawl UV, per eżempju għal dwal UV ta’ solarju
qalb tħabbat bil-mod, bidliet fil-mod kif tħabbat il-qalb
imġiba mhux normali, aggressjoni
żieda fil-piż, żieda fl-aptit
burdata depressa
għajnejn xotti
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi tibdil fid-dehra tal-pilloli.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif
għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi desloratadine. Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg desloratadine.
Is-sustanzi l-oħra huma:
Il-qalba tal-pillola: poloxamer tip 188, citric acid monohydrate, microcrystalline cellulose, maize starch, croscarmellose sodium, lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 “Desloratadine ratiopharm fih lactose u sodium”), talc.
Il-kisja tal-pillola: polyvinyl alcohol (part. hydrolysed), titanium dioxide (E171), macrogol/PEG
3350, talc u indigo carmine aluminium lake (E132).
Pilloli tondi, bikonvessi u blu miksija b’rita.
Desloratadine ratiopharm pilloli ta’ 5 mg miksija b’rita jiġu f’pakketti b’folji tal-PVC/PVdC/aluminju ta’ 7, 10, 14, 15, 20 u 30 pillola miksija b’rita. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
ratiopharm GmbH Graf-Arco-Straße 3
89079 Ulm
Il-Ġermanja
Merckle GmbH
Ludwig-Merckle-Straße 3
89143 Blaubeuren
Il-Ġermanja jew
Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13
4042 Debrecen
L-Ungerija jew
Pharmachemie B.V.
Swensweg 5
2031 GA Haarlem
L-Olanda jew
Teva Czech Industries s.r.o.
Ostravaská 29, c.p. 305
74770 Opava-Komárov Ir-Repubblika Ċeka
jew
Teva Operations Poland Sp. z o.o.
ul. Mogilska 80
31-546 Kraków Il-Polonja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373
UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203
Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585
Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111
Teva Gyógyszergyár Zrt.
Tel: +36 12886400
Teva Denmark A/S
Tlf: +45 44985511
Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda
Tel: +44 2075407117
Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400
UAB Teva Baltics Eesti filiaal
Teva Norway AS
Tel: +372 6610801 Tlf: +47 66775590
Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000
ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070
Teva Pharma, S.L.U.
Tel: +34 913873280
Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300
Teva Santé
Tél: +33 155917800
ratiopharm - Comércio e Indústria de Produtos
Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 214767550
Pliva Hrvatska d.o.o.
Tel: +385 13720000
Teva Pharmaceuticals S.R.L.
Tel: +40 212306524
Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117
Pliva Ljubljana d.o.o.
Tel: +386 15890390
Teva Pharma Iceland ehf.
Sími: +354 5503300
TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911
Teva Italia S.r.l.
Tel: +39 028917981
Teva Finland Oy
Puh/Tel: +358 201805900
Specifar Α.Β.Ε.Ε. Ελλάδα
Τηλ: +30 2118805000
Teva Sweden AB
Tel: +46 42121100
UAB Teva Baltics filiāle Latvijā
Tel: +371 67323666
Teva Pharmaceuticals Ireland
Ireland
Tel: +44 2075407117