Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Kuvan
sapropterin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Kuvan 100 mg pilloli li jinħallu

Sapropterin dihydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Kuvan u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Kuvan

  3. Kif għandek tieħu Kuvan

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Kuvan

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Kuvan u għalxiex jintuża


    Kuvan fih is-sustanza attiva sapropterin li hija kopja sintetika ta’ sustanza prodotta mill-ġisem magħrufa bħala tetrahydrobiopterin (BH4). Il-ġisem għandu bżonn il-BH4 sabiex jiġi uzat amino aċidu imsejjaħ phenylalanine sabiex jinbena amino aċidu ieħor jismu tyrosine.


    Kuvan huwa użat biex jikkura l-hyperphenylalaninaemia (HPA) jew phenylketonuria (PKU) f’pazjenti ta’ kull età. HPA u PKU jirriżultaw minn livelli għolja mhux normali ta’ phenylalanine fid-demm li jistgħu jkunu ta’ ħsara. Kuvan inaqqas dawn il-livelli f’xi pazjenti li jirreaġixxu għal BH4 u jista’ jgħin biex jiżdied l-ammont ta’ phenylalanine li jista’ jkun hemm fid-dieta.


    Din il-mediċina hija użata wkoll għall-kura ta’ marda ereditarja imsejħa defiċjenza ta’ BH4 f’pazjenti ta’ kull età, fejn il-ġisem ma’ jipproduċix biżżejjed BH4. Minħabba livelli baxxi ħafna ta’ BH4, il- phenylalanine ma’ jkunx immetabolizzat sew u l-livelli tiegħu jogħlew, li jġibu effetti ħżiena. Bir- rimpjazzament tal-BH4 li l-ġisem ma’ jistax jipproduċi, Kuvan inaqqas il-ħsara li jagħmel il-ħafna phenylalanine fid-demm u jżid it-tolleranza fid-dieta għal phenylalanine.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Kuvan Tiħux Kuvan

    Jekk inti allerġiku għal sapropterin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).


    Twissijiet u prekawzjonijet

    Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Kuvan, b’mod partikulari:

    • jekk għandek 65 jew aktar

    • jekk għandek problemi fil-kliewi jew fil-fwied

    • jekk int marid. Wieħed għandu jkellem lit-tabib jekk ikun ma jiflaħx minħabba li l-livelli ta’ phenylalanine fid-demm jistgħu jogħlew

    • jekk għandek predisposizzjoni għall-aċċessjonijiet

    Meta tkun ikkurat b’Kuvan, it-tabib tiegħek jagħmillek eżami tad-demm sabiex jivverifika kemm fih phenylalanine u tyrosine u jista’ jiddeċiedi li jaġġusta d-doża ta’Kuvan jew id-dieta tiegħek jekk ikun hemm bżonn.


    Għandek tkompli l-kura bid-dieta kif irrakkomandalek it-tabib tiegħek. Tbiddilx id-dieta mingħajr ma tgħid lit-tabib. Anki jekk tieħu Kuvan, jekk il-livelli ta’ phenylalanine fid-demm tiegħek ma jkunux ikkontrollati tajjeb, tista’ tiżviluppa problemi newroloġiċi severi. It-tabib tiegħek għandu jkompli jimmonitorja l-livelli ta’ phenylalanine fid-demm tiegħek ta’ spiss matul il-kura tiegħek b’Kuvan, biex jaċċerta ruħu li l-livelli ta’ phenylalanine fid-demm tiegħek ma jkunux għoljin iżżejjed jew

    baxxi żżejjed.


    Mediċini oħra u Kuvan

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. B’mod partikulari għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk qed tuża:

    • levodopa (użat fil-kura tal-Marda ta’ Parkinson)

    • medicini għall-kura tal-kanċer (eż. methotrexate),

    • mediċini għall-kura ta’ infezzjonijet batterjali (eż. trimethoprim)

    • mediċini li jikkawżaw dilatazzjoni tal-vini/arterji tad-demm (bħal glyceryl trinitrate (GTN), isosorbide dinitrate (ISDN), sodium nitroprusside (SNP), molsidomin, minoxidil).


      Tqala u treddigħ

      Jekk int tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Jekk int tqila, it-tabib jgħidlek kif tikkontrolla l-livelli ta’ phenylalanine adegwatament. Jekk dawn ma jiġux ikkontrollati strettament qabel jew meta toħroġ tqila, dan jista’ jkun ta’ periklu għalik u għat- tarbija tiegħek. It-tabib tiegħek se jimmonitorja l-ammont ta’ phenylalanine fid-dieta, qabel u matul it- tqala.


      Jekk dieta stretta ma tnaqqasx b’mod adegwat l-ammont ta’ phenylalanine fid-demm tiegħek, it-tabib tiegħek se jikkunsidra jekk għandekx tieħu din il-mediċina.


      M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk qed tredda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Mhux mistenni li Kuvan jaffettwa s-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.


      Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Kuvan

      Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Kuvan


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Dożaġġ għal PKU

    Fil-bidu, id-doża ta’ Kuvan irrakkomandata f’pazjenti li jsofru bil-PKU hija ta’ 10 mg/kg piż tal- ġisem. Ħu Kuvan bħala doża waħda għal ġurnata ma’ ikla, sabiex jiżdied l-assorbiment u dan fl-istess ħin kuljum, preferibbilment filgħodu. It-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża, normalment bejn 5 u

    20 mg/kg piż tal-ġisem darba kuljum, skond il-kundizzjoni tiegħek.

    Dożaġġ għal defiċjenza BH4

    Fil-bidu, id-doża ta’ Kuvan irrakkomandata f’pazjenti li jsofru bid-defiċjenza BH4 hija minn 2 sa 5 mg/kg piż tal-ġisem. Ħu Kuvan ma’ ikla sabiex jiżdied l-assorbiment. Aqsam id-doża totali ta’ kuljum f’2 jew 3 dożi, meħudin tul il-ġurnata. It-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża tiegħek sa 20 mg/kg piż tal-ġisem darba kuljum, skont il-kundizzjoni tiegħek.


    It-tabella hawn taħt hija eżempju ta’ kif wieħed għandu jikkalkula d-doża xierqa


    Piż tal-ġisem (kg)

    Numru ta’ pilloli ta’ 100 mg (Doża ta’ 10 mg/kg)

    Numru ta’ pilloli ta’ 100 mg (Doża ta’ 20 mg/kg)

    10

    1

    2

    20

    2

    4

    30

    3

    6

    40

    4

    8

    50

    5

    10


    Metodu ta’ kif għandu jingħata

    Għal pazjenti b’PKU, id-doża totali ta’ kuljum tittieħed darba kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata, preferibbilment filgħodu.


    Għal pazjenti b’defiċjenza ta’ BH4, id-doża totali ta’ kuljum tinqasam f’2 jew 3 dożi tul il-ġurnata.


    L-użu fil-pazjenti kollha

    Poġġi n-numru ta’ pilloli li għalih ingħatajt riċetta f’tazza jew kikkra ilma kif deskritt fid-dettall hawn taħt u ħawwad sakemm jinħallu.


    Il-pilloli jistgħu jdumu xi ftit minuti biex jinħallu. Biex tħoll il-pilloli aktar malajr, tista’ tfarrakhom. Frak żgħir jista’ jkun viżibbli fis-soluzzjoni u ma jnaqqasx l-effikaċja tal-mediċina. Ixrob il- preparazzjoni maħlula ta’ Kuvan ma’ ikla fi żmien 15 sa 20 minuta mill-preparazzjoni tagħha.


    Tiblax il-kapsula tad-dessikant li jkun hemm fil-flixkun.


    Użu f’pazjenti ta’ aktar minn 20 kg

    Poġġi l-pilloli f’tazza jew kikkra (120 sa 240 ml) ilma u ħawwad sakemm jinħallu.


    Użu fi tfal b’piż tal-ġisem sa 20 kg

    Id-doża hi bbażata fuq il-piż tal-ġisem. Din se tinbidel hekk kif it-tifel/tifla tiegħek jikbru. It-tabib tiegħek se jgħidlek:

    • in-numru ta’ pilloli Kuvan meħtieġa għal doża waħda

    • l-ammont ta’ ilma meħtieġ biex tħallat doża waħda ta’ Kuvan

    • l-ammont ta’ soluzzjoni li se jkollok bżonn tagħti lit-tifel/tifal tiegħek għad-doża tagħhom li għaliha ngħataw riċetta


      It-tifel/tifla tiegħek għandhom jixorbu is-soluzzjoni ma’ ikla.


      Agħti lit-tifel/tifal tiegħek l-ammont ta’ soluzzjoni li għalih ingħataw riċetta fi żmien 15 sa 20 minuta wara li tħollu. Jekk ma tkunx tista’ tagħti d-doża tat-tifel/tifla tiegħek fi żmien 15 sa 20 minuta wara li tħoll il-pilloli, se jkollok bżonn tipprepara soluzzjoni ġdida, għax is-soluzzjoni mhux użata m’għandhiex tintuża wara li jkunu għaddew 20 minuta.


      Affarijiet meħtieġa biex tipprepara u tagħti d-doża tat-tifel/tifla tiegħek ta’ Kuvan

    • In-numru ta’ pilloli Kuvan meħtieġa għal doża waħda

    • Tazza tal-mediċina b’marki tal-gradwazzjoni f’livelli ta’ 20, 40, 60 u 80 ml

    • Tazza jew kikkra

    • Mgħarfa żgħira jew xi ħaġa oħra nadifa biex tħawwad

    • Siringa tal-ħalq (gradwata f’diviżjonijiet ta’ 1 ml) (siringa ta’ 10 ml għall-għoti ta’ volumi ta’

      ≤10 ml jew siringa ta’ 20 ml għall-għoti ta’ volumi ta’ >10 ml)


      Staqsi lit-tabib tiegħek għat-tazza tal-mediċina biex tħoll il-pilloli, u għas-siringa tal-ħalq ta’ 10 ml jew 20 ml jekk ma jkollokx dawn l-affarijiet.


      Kif għandek tipprepara u tieħu d-doża tiegħek:

    • Poġġi n-numru ta’ pilloli li għalihom ingħatat riċetta fit-tazza tal-mediċina. Ferra’ l-ammont ta’ ilma fit-tazza tal-mediċina, kif qallek it-tabib tiegħek (eż., it-tabib tiegħek qallek biex tuża 20 ml biex tħoll pillola waħda ta’ Kuvan). Iċċekkja biex tiżgura li l-ammont ta’ linji ta’ likwidu ikun bi dritt mal-ammont li jgħidlek it-tabib tiegħek. Ħawwad b’kuċċarina żgħira jew xi ħaġa oħra nadifa sakemm il-pilloli jinħallu.

    • Jekk it-tabib tiegħek ikun qallek biex tagħti biss porzjon tas-soluzzjoni, ipponta t-tarf tas-siringa tal-ħalq ġot-tazza tal-mediċina. Iġbed lura l-planġer bil-mod biex tiġbed l-ammont kif qallek it- tabib tiegħek.

    • Ittrasferixxi s-soluzzjoni billi timbotta bil-mod fuq il-planġer sakemm is-soluzzjoni kollha fis- siringa tal-ħalq tkun ġiet ittrasferita ġo tazza jew kikkra għall-għoti (eż., jekk it-tabib tiegħek qallek biex tħoll żewġ pilloli Kuvan f’40 ml ta’ ilma u tagħti 30 ml lit-tifel/tifla tiegħek, se jkollok tuża s-siringa tal-ħalq ta’ 20 ml darbtejn biex tiġbed 30 ml (eż., 20 ml + 10 ml) tas- soluzzjoni u tittrasferiha ġo tazza jew kikkra għall-għoti). Uża siringa tal-ħalq ta’ 10 ml għall- għoti ta’ volumi ta’ ≤10 ml jew siringa tal-ħalq ta’ 20 ml għall-għoti ta’ volumi ta’ >10 ml.

    • Jekk it-tarbija tiegħek tkun żgħira wisq biex tixrob minn tazza jew kikkra, inti tista’ tagħti s- soluzzjoni permezz tas-siringa tal-ħalq. Iġbed il-volum li għalih ingħatajt riċetta mis-soluzzjoni ppreparata fit-tazza tal-mediċina u poġġi t-tarf tas-siringa tal-ħalq f’ħalq it-tarbija tiegħek. Ipponta t-tarf tas-siringa tal-ħalq lejn waħda miż-żewġ ħaddejn. Imbotta bil-mod fuq il-planġer, ammont żgħir kull darba, sakemm tingħata s-soluzzjoni kollha fis-siringa tal-ħalq.

    • Armi kwalunkwe soluzzjoni li jifdal. Neħħi l-planġer mill-bettija tas-siringa tal-ħalq. Aħsel iż- żewġ partijiet tas-siringa tal-ħalq u t-tazza tal-mediċina b’ilma sħun u ħallihom jinxfu fl-arja. Meta s-siringa tal-ħalq tinxef, poġġi l-planġer lura ġol-bettija. Aħżen is-siringa tal-ħalq u t-tazza tal-mediċina għall-użu li jmiss.


    Jekk tieħu Kuvan aktar milli suppost

    Jekk tieħu Kuvan aktar milli suppost, int tista’ tħoss effetti mhux mixtieqa li jistgħu jinkludu uġigħ ta’ ras u sturdament. Immedjatament kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tieħu aktar Kuvan milli suppost.


    Jekk tinsa tieħu Kuvan

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu.


    Jekk tieqaf tieħu Kuvan

    Peress li l-livelli ta’ phenylalanine fid-demm tiegħek jistgħu jiżdiedu, tieqafx tieħu Kuvan qabel ma tiddiskuti mat-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

    Ftit każijiet ta’ reazzjonijiet allerġiċi (bħal raxx tal-ġilda u reazzjonijiet serji) ġew irrappurtati. Il- frekwenza tagħhom mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli).


    Jekk ikollok żoni ħomor, bil-ħakk u mtella’ ’l fuq (ħorriqija), imnieħer inixxi, polz mgħaġġel jew mhux regolari, ilsienek u l-gerżuma jintefħu, għatis, tħarħir, diffikultà serja biex tieħu n-nifs jew sturdament, jista’ jkun qed ikollok reazzjoni allerġika serja għall-mediċina. Jekk tinnota dawn is- sinjali, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 minn kull 10) Uġigħ ta’ ras u flissjoni.


    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 minn kull 10)

    Ħruq fil-griżmejn, konġestjoni jew mnieħer imblukkat, sogħla, dijarea, rimettar, uġigħ fl-istonku, livelli baxxi ħafna ta’ phenylalanine kif jirriżulta mit-testijiet tad-demm, indiġestjoni u tħossok ma tiflaħx (dardir) (ara sezzjoni 2: “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


    Effetti sekondarji mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli) Gastrite (infjammazzjoni tal-kisi tal-istonku), esofaġite (infjammazzjoni tal-kisi tal-griżmejn).


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Kuvan


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara “EXP”. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

    Żomm il-flixkun magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdita’.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Kuvan


Kif jidher Kuvan u l-kontenut tal-pakkett

Kuvan 100 mg pilloli li jinħallu huma ta’ kulur li jvarja minn abjad jagħti kemmzejn fl-isfar ċar u bin- numru ‘177’ immarkat fuq naħa waħda.


Hu disponibili fi fliexken ta’ 30, 120 jew 240 pilloli jinħallu, protetti b’għatu li ma jinfetaħx mit-tfal. Kull flixkun fih tubu tal-plastiku żgħir b’desikkant (ġel siliċiku).


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

BioMarin International Limited Shanbally, Ringaskiddy County Cork

L-Irlanda


Manifattur

BioMarin International Limited Shanbally, Ringaskiddy County Cork

L-Irlanda

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: . Hemm ukoll ħolqa għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.