Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Rasagiline ratiopharm
rasagiline

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Rasagiline ratiopharm 1 mg pilloli rasagiline


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


L-użu ta’ Rasagiline ratiopharm flimkien ma’ mediċini kontra d-depressjoni li fihom fluoxetine u

fluvoxamine għandhom jiġu evitati.

Biex tibda trattament b’Rasagiline ratiopharm trid tistenna mill-inqas ħames ġimgħat minn meta

twaqqaf trattament b’ fluoxetine.

Biex tibda trattament b’ fluoxetine jew fluvoxamine, trid tistenna mill-inqas 14 il-ġurnata minn meta

twaqqaf Rasagiline ratiopharm.


Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti tpejjep jew tixtieq tieqaf tpejjep. It-tipjip jista’ jnaqqas l-ammont ta’ Rasagiline ratiopharm fid-demm.


Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Għandek tevita li tieħu Rasagiline ratiopharm jekk inti tqila, peress li l-effetti ta’ Rasagiline ratiopharm fuq it-tqala u t-tarbija mhux imwielda mhumiex magħrufa.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel issuq u tħaddem magni, għaliex il-marda ta’ Parkinson stess kif ukoll it-trattament b’Rasagiline ratiopharm jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tiegħek biex tagħmel dan. Rasagiline ratiopharm jista’ jisturdik jew iħeddlek; jista’ jikkawża wkoll episodji ta’ rqad f’daqqa. Dan jista’ jiżdied jekk inti tieħu mediċini oħra biex tittratta s-sintomi tal-marda ta’ Parkinson tiegħek, jew jekk tieħu mediċini li jistgħu jħeddluk, jew jekk tixrob l-alkoħol waqt li tkun qed tieħu Rasagiline ratiopharm. Jekk qatt kellek ngħas u/jew episodji ta’ rqad f’daqqa qabel, jew waqt li qed tieħu Rasagiline ratiopharm issuqx u tħaddimx magni (ara sezzjoni 2).

  1. Kif għandek tieħu Rasagiline ratiopharm


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata ta’ Rasagiline ratiopharm hija pillola 1 ta’ 1 mg darba kuljum li tittieħed mill- ħalq. Rasagiline ratiopharm jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.


    Jekk tieħu Rasagiline ratiopharm aktar milli suppost

    Jekk taħseb li ħadt iżjed Rasagiline ratiopharm milli suppost, għarraf lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek immedjatament. Hu l-kaxxa/folja jew flixkun ta’ Rasagiline ratiopharm miegħek biex turieh lit-tabib jew lill-ispiżjar.


    Is-sintomi rrappurtati wara doża eċċessiva ta’ Rasagiline ratiopharm jinkludu burdata kemmxejn

    ewforika (forma ħafifa ta’ manija), pressjoni għolja ħafna u sindrome ta’ serotonin (ara sezzjoni 4).


    Jekk tinsa tieħu Rasagiline ratiopharm

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża li jmiss bħas- soltu, meta jkun il-ħin li teħodha.


    Jekk tieqaf tieħu Rasagiline ratiopharm

    Tiqafx tieħu Rasagiline ratiopharm qabel ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed mis-sintomi li ġejjin. Jista’ jkollok bżonn ta’ parir jew trattament mediku urġenti:

    • Jekk tiżviluppa imġiba mhux tas-soltu bħal impulsi, ħsibijiet ossessivi, logħob tal-ażżard li jivvizzjak, xiri jew infiq ta’ flus eċċessiv, imġiba impulsiva u ġibda sesswali qawwija aktar minn normal jew żieda fil-ħsibijiet sesswali (disturbi fil-kontroll tal-impuls) (ara sezzjoni 2).

    • Jekk tara jew tisma’ affarijiet li mhumiex hemm (alluċinazzjonijiet).

    • Kwalunkwe kombinazzjoni ta’ alluċinazzjonijiet, deni, irrekwitezza, rogħda u tegħreq (sindrome

      ta’ seratonin)


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk tinnota tibdil suspettuż fil-ġilda għaliex jista’ jkun hemm żieda fir-riskju ta’ kanċer tal-ġilda (melanoma) bl-użu ta’ din il-mediċina (ara sezzjoni 2).


      Effetti sekondarji oħra


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

      • Movimenti involvontarji (diskajneżja)

      • Uġigħ ta’ ras


        Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

      • Uġigħ addominali

      • Waqgħat

      • Allerġija

      • Deni

      • Influwenza

      • Sensazzjoni ġenerali li ma tħossokx f’sikktek (telqa ġenerali)

      • Uġigħ fl-għonq

      • Uġigħ fis-sider (anġina pektoris)

      • Pressjoni titbaxxa meta tqum bil-wieqfa b’sintomi bħal sturdament/ jew li ma tħossokx f’sikktek

        (ipotensjoni ortostatika)

      • Jonqos l-aptit

      • Stitikezza

      • Ħalq xott

      • Tqalligħ u rimettar

      • Gass fl-istonku

      • Riżultati abnormali tad-demm (lewkopenija)

      • Uġigħ fil-ġogi (artralġja)

      • Uġigħ muskolu-skeletriku

      • Infjammazzjoni tal-ġogi (arttrite)

      • Tirżiħ u dgħjufija fil-muskoli tal-idejn (sindrome ta’ carpal tunnel)

      • Tnaqqis fil-piż

      • Ħolm mhux normali

      • Diffikultà fil-koordinazzjoni muskolari (ataksja)

      • Depressjoni

      • Sturdament (vertigo)

      • Kontrazzjonijiet muskolari mtawla (distownja)

      • L-imnieħer iniżżel (rinite)

      • Irritazzjoni tal-ġilda (dermatite)

      • Raxx

      • Għajnejn ħomor (konġuntivite)

      • Urġenza biex tgħaddi l-awrina


        Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

      • Attakk ta’ puplesija (aċċident ċerebro-vaskulari)

      • Attakk tal-qalb (infart mijokardijaku)

      • Raxx bl-infafet ( raxx vesikolubulluż)


        Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli

      • Żieda fil-pressjoni tad-demm

      • Ħedla eċċessiva

      • Irqad f’daqqa


        Rappurtar tal-effetti sekondarji

        Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  3. Kif taħżen Rasagiline ratiopharm


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, il-flixkun jew il-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx ‘l fuq minn 30ºC.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Rasagiline ratiopharm:


Kif jidher Rasagiline ratiopharm u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Rasagiline ratiopharm huma bojod għal offwajt, tondi, ċatti, b’xifer imżerżaq, mnaqqxa b’ “GIL” u “1” minn taħt fuq naħa waħda u mingħajr ebda marka speċjali in-naħa l-oħra.


Il-pilloli issibhom f’folji ta’ 7, 10, 28, 30, 100 jew 112 pilloli, F'pakketti b'folji doża waħda perforati

ta’ 10 x 1, 30 x 1 u 100 x 1 pillola jew ġo flixkun ta’ 30 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Teva B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Manifatturi


Teva Pharmaceuticals Europe B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Pliva Croatia Ltd.

Prilaz baruna Filipovica 25 10000 Zagreb

Il-Kroazja


Teva Operations Poland Sp.z o.o. ul. Mogilska 80

31-546 Krakow Il-Polonja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Teл: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark Malta

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland ratiopharm GmbH Tel: +49 73140202

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E.

Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Laboratorios Davur, S.L.U. Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E.

Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.