Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Laventair Ellipta (previously Laventair)
umeclidinium bromide, vilanterol

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


LAVENTAIR ELLIPTA 55 mikrogramma/22 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel


umeclidinium/vilanterol


imageDan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


(elenkati fis-sezzjoni 6).

Jekk taħseb li dan japplika għalik, tużax din il-mediċina qabel ma tivverifika mat-tabib tiegħek.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina jekk għandek:

- jekk għandek l-ażżma (Tużax LAVENTAIR ELLIPTA biex tikkura l-ażżma)


Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li xi waħda minn dawn tista’ tapplika għalik.


Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs

Jekk tħoss rassa f’sidrek, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża l-inalatur LAVENTAIR ELLIPTA tiegħek:

Ieqaf tieħu din il-mediċina u fittex għajnuna medika immedjatament, billi jista’ jkollok

kondizzjoni serja magħrufa bħala bronkospażmu paradossali.


Problemi fl-għajnejn

Jekk ikollok uġigħ jew skumdità fl-għajnejn, tiċpir temporanju tal-vista, dbabar fil-vista jew immaġini

kkuluriti b’rabta ma’ għajnejn ħomor waqt kura b’LAVENTAIR ELLIPTA:


Ieqaf uża din il-mediċina u fittex għajnuna medika immedjatament, dawn jistgħu jkunu sinjali ta’

attakk akut ta’ glawkoma b’angolu dejjaq.


Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal jew adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.


Mediċini oħra u LAVENTAIR ELLIPTA

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Jekk ikollok xi dubju dwar x’fiha l-mediċina tiegħek, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


Xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-mod kif din il-mediċina taħdem , jew jagħmluha aktar probabbli li jkollok effetti sekondarji. Dawn jinkludu:


- mediċini li jbaxxu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek, bħal xi dijuretiċi (pilloli tal-awrina) jew

xi mediċini li jintużaw biex jikkuraw l-ażma (bħal methylxanthine jew sterojdi)

- mediċini oħra li jaħdmu fit-tul simili għal din il-mediċina li jintużaw għall-kura ta’ problemi tan-nifs,

eż. tiotropium, indacaterol. Tużax LAVENTAIR ELLIPTA jekk diġà qiegħed tuża dawn il-mediċini.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina. Tużax din il-mediċina jekk inti tqila sakemm it- tabib tiegħek ma jgħidlekx li tista' tagħmel dan.


Mhux magħruf jekk is-sustanzi ta’ LAVENTAIR ELLIPTA jistgħux jgħaddu għal ġol-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda’, inti għandek tiċċekkja mat-tabib tiegħek qabel tuża LAVENTAIR ELLIPTA. Tużax din il- mediċina jekk qed tredda sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li tista' tagħmel dan.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhuwiex probabbli li LAVENTAIR ELLIPTA se jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


LAVENTAIR fih il-lactose

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tuża

din il-mediċina.


  1. Kif għandek tuża LAVENTAIR ELLIPTA


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija inalazzjoni waħda kuljum, fl-istess ħin tal-ġurnata. Għandek bżonn inalazzjoni waħda biss kuljum minħabba li l-effett ta’ din il-mediċina jdum għal 24 siegħa.

    Tużax aktar minn kemm jgħidlek tuża t-tabib tiegħek.


    Uża LAVENTAIR ELLIPTA b’mod regolari

    Huwa importanti ħafna li tuża LAVENTAIR ELLIPTA kuljum, kif jgħidlek it-tabib. Dan jgħin biex iżommok ħieles mis-sintomi matul il-ġurnata u billejl.


    LAVENTAIR ELLIPTA m’għandux jintuża biex itaffi attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk

    jagħtik dan it-tip ta’ attakk, inti għandek tuża inalatur li jaħdem malajr (bħal salbutamol)


    Kif tuża l-inalatur

    Ara l-‘Istruzzjonijiet pass wara pass’ f’dan il-fuljett għal informazzjoni sħiħa.


    LAVENTAIR ELLIPTA qiegħed sabiex jittieħed man-nifs. Biex tuża LAVENTAIR ELLIPTA, tiġbdu għal ġol-pulmuni tiegħek minn ħalqek billi tuża l-inalatur ELLIPTA.


    Jekk is-sintomi tiegħek ma jitjibux

    Jekk is-sintomi tal-COPD tiegħek (qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla) ma jitjibux jew imorru għall-agħar, jew

    jekk qed tuża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr aktar ta’ spiss:

    ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.


    Jekk tuża LAVENTAIR ELLIPTA aktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tuża wisq minn din il-mediċina, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir minnufih peress li tista' tkun teħtieġ attenzjoni medika. Jekk ikun possibbli, urihom l-inalatur , il- pakkett jew dan il-fuljett. Tista’ tinnota li qalbek qiegħda tħabbat aktar mgħaġġel mis-soltu, tħossok instabbli, ikollok disturbi fil-vista, ikollok ħalq xott, jew ikollok uġigħ ta’ ras.


    Jekk tinsa tuża LAVENTAIR ELLIPTA

    M’għandekx tieħu man-nifs doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Sempliċement ħu

    man-nifs id-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

    Jekk tibda tħarħar jew taqta’ nifsek, uża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr (bħal salbutamol), imbagħad

    fittex parir mediku.


    Jekk tieqaf tuża LAVENTAIR ELLIPTA

    Uża din il-mediċina sakemm jirrakkomandalek it-tabib tiegħek. Huwa se jkun effettiv biss sakemm tużah. Tiqafx tużah sakemm it-tabib tiegħek ma jagħtikx parir biex tagħmel dan, anki jekk tħossok aħjar, billi s- sintomi tiegħek jistgħu jmorru għall-agħar.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Reazzjonijiet allerġiċi

    Jekk ikollok kwalunkwe wieħed mis-sintomi li ġejjin wara li tieħu LAVENTAIR ELLIPTA waqqaf l-użu ta’ din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek minnufih.


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100):

    • raxx tal-ġilda (ħorriqija) jew ħmura


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000):

    • nefħa, xi kultant tal-wiċċ jew tal-ħalq (anġjoedema)

    • ikollok ħafna tħarħir man-nifs, sogħla jew ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

    • tħossok għajjien/a jew stordut/a f’daqqa (dan jista’ jwassal għal ħass ħażin jew li tintilef minn sensik)


      Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs

      Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs wara l-użu ta’ LAVENTAIR ELLIPTA huma rari. Jekk tħoss rassa f’sidrek, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża din il-mediċina:

      Ieqaf uża din il-mediċina u fittex għajnuna medika immedjatament peress li jista’ jkollok

      kundizzjoni serja magħrufa bħala bronkospażmu paradossali.


      Effetti sekondarji komuni

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni:

      • awrina frekwenti u bl-uġigħ (jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni fl-apparat urinarju)

      • kombinazzjoni ta’ wġigħ fil-griżmejn u mnieħer inixxi

      • uġigħ fil-griżmejn

      • sensazzjoni ta’ pressjoni jew uġigħ fil-ħaddejn u l-ġbin (jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tas- sinus imsejħa sinusite)

      • uġigħ ta’ ras

      • sogħla

      • uġigħ u irritazzjoni fil-parti ta’ wara tal-ħalq u tal-gerżuma

      • stitikezza

      • ħalq xott

      • infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-passaġġi tal-arja


        Effetti sekondarji mhux komuni

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna:

      • taħbita tal-qalb irregolari

      • taħbita tal-qalb aktar mgħaġġla

      • tkun konxju/a tar-rata ta’ taħbit tal-qalb (palpitazzjonijiet)

      • raxx

      • rogħda

      • disturb fit-togħma

      • ħanqa.


        Effetti sekondarji rari

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna:

      • vista mċajpra

      • żieda fil-pressjoni tal-għajn imkejla

      • tnaqqis fil-vista jew uġigħ f’għajnejk minħabba pressjoni għolja (sinjali possibbli ta’ glawkoma).

      • diffikultà u uġigħ meta tgħaddi l-awrina - dawn jistgħu jkunu sinjali ta 'ostruzzjoni tal-bużżieqa tal- awrina jew ta ' ritenzjoni tal-awrina.


        Frekwenza mhux magħrufa

        Ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli:

      • sturdament.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen LAVENTAIR ELLIPTA


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, it-trej u l-inalatur wara ‘JIS’. Id-

    data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Żomm l-inalatur fit-trej issiġillat sabiex tilqa’ mill-umdità u neħħih biss immedjatament qabel l-ewwel użu. Wara li t-trej jinfetaħ, l-inalatur jista’ jintuża sa 6 ġimgħat, mid-data meta jinfetaħ it-trej. Ikteb id-data meta l-inalatur għandu jintrema fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut. Id-data għandha tinkiteb malli l-inalatur jitneħħa mit-trej.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Jekk kien maħżun fi friġġ, ħalli l-inalatur jiġi lura għat-temperatura tal-kamra għal mill-anqas siegħa qabel l-

    użu.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih LAVENTAIR ELLIPTA

Is-sustanzi attivi huma umeclidinium bromide u vilanterol.


Kull inalazzjoni waħdanija tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ mill-biċċa tal-ħalq) ta’

55 mikrogramma ta’ umeclidinium (ekwivalenti għal 65 mikrogramma ta’ umeclidinium bromide) u 22 mikrogramma ta’ vilanterol (bħala trifenatate).


Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 taħt “LAVENTAIR ELLIPTA fih il-lactose”) u magnesium stearate.

Kif jidher LAVENTAIR ELLIPTA u l-kontenut tal-pakkett

LAVENTAIR ELLIPTA huwa trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel.

L-inalatur Ellipta jikkonsisti minn korp tal-plastik griż ċar, għatu tal-biċċa tal-ħalq aħmar u counter tad-dożi. Jiġi ppakkjat fi trej tal-laminat tal-fojl b’għatu tal-fojl li jista’ jitneħħa. It-trej fih qartas b’dessikant, biex inaqqas l-umdità fil-pakkett.


Is-sustanzi attivi huma preżenti bħala trab abjad f’folji separati fl-inalatur. Kull inalatur fih jew 7 jew

30 doża. Huma disponibbli wkoll pakketti multipli li fihom 90 (3 inalaturi ta’ 30) doża. Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jitqiegħdu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


GlaxoSmithKline (Ireland) Limited 12 Riverwalk

Citywest Business Campus Dublin 24

L-Irlanda


Manifattur:

Glaxo Wellcome Production

Żona Industrijali Nru 2,

23 Rue Lavoisier,

27000 Evreux, Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-

Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Lietuva

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI BALTIC” Tel: +370 52 691 947

lt@berlin-chemie.com


България

Берлин-Хеми/А. Менарини България” EООД

Teл.: +359 2 454 0950

bcsofia@berlin-chemie.com

Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00


Česká republika GlaxoSmithKline, s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Magyarország

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft.

Tel.: +36 23501301

bc-hu@berlin-chemie.com


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: +356 80065004


Deutschland

BERLIN-CHEMIE AG Tel.: + 49 (0) 30 67070

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0)33 2081100


Eesti

OÜ Berlin-Chemie Menarini Eesti Tel: +372 667 5001

ee@berlin-chemie.com


Ελλάδα

Guidotti Hellas A.E.

Τηλ: + 30 210 8316111-13

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00


Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España

FAES FARMA, S.A. Tel: + 34 900 460 153

aweber@faes.es

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

MENARINI France

Tél: + 33 (0)1 45 60 77 20

Portugal

BIAL, Portela & Ca. SA. Tel: + 351 22 986 61 00

info@bial.com


Hrvatska

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o.

Tel: +385 1 4821 361

office-croatia@berlin-chemie.com

România

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: +40 800672524


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 01 300 2160

slovenia@berlin-chemie.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Slovakia s.r.o.

Tel: +421 2 544 30 730

slovakia@berlin-chemie.com


Italia

  1. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite s.r.l. Tel: +39 (0)55 56801

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

Finland.tuoteinfo@gsk.com


Κύπρος

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

Τηλ: +357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic Tel: +371 67103210

lv@berlin-chemie.com

United Kingdom (Northern Ireland) GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.

Istruzzjonijiet pass wara pass


X’inhu l-inalatur?

L-ewwel darba li tuża LAVENTAIR ELLIPTA m'għandekx bżonn tiċċekkja li l-inalatur qed jaħdem sew; fih dożi mkejla minn qabel u huwa lest biex jintuża minnufih.


Il-kartuna tal-inalatur tiegħek LAVENTAIR ELLIPTA fiha


image

Għatu tat-trej



Inalatur


Kartuna


Dan il-fuljett


Dessikant


Trej


L-inalatur huwa ppakkjat fi trej li fih. Tiftaħx it-trej sakemm tkun lest biex tibda tuża l-inalatur il-ġdid tiegħek. Meta tkun lest biex tuża l-inalatur tiegħek, iġbed l-għatu lura biex tiftaħ it-trej. It-trej fih qartas b’dessikant, sabiex inaqqas l-umdità. Armi dan il-qartas b’dessikant – m’għandekx tiftħu, tieklu jew tiġbdu man-nifs.


image

Dessikant


Meta toħroġ l-inalatur mill-kaxxa tiegħu (trej issiġillat), dan se jkun fil-pożizzjoni ‘magħluq’. Tiftaħx l- inalatur sakemm tkun lest biex tiġbed man-nifs doża tal-mediċina. Meta t-trej jinfetaħ, ikteb id-data “Armi sa” fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data “Armi sa” hija 6 ġimgħat mid-data meta

tiftaħ it-trej. Wara din id-data, l-inalatur ma għandux jintuża aktar. It-trej jista' jintrema wara li jinfetaħ l- ewwel darba.


L-istruzzjonijiet pass murija hawn taħt għall-inalatur Ellipta ta’ 30 doża (provvista ta’ 30 jum) japplikaw

ukoll għall-inalatur b’7 dożi (provvista ta '7 ijiem).


  1. Aqra dan qabel tibda

    Jekk tiftaħ u tagħlaq l-għatu mingħajr ma tiġbed man-nifs il-mediċina, titlef id-doża.

    Id-doża mitlufa tinżamm b’mod sigur fl-inalatur, iżda ma tkunx aktar disponibbli.

    image

    Kull darba li jinfetaħ, tipprepara doża waħda tal-mediċina

    Mhuwiex possibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.


    Il-Counter tad-dożi


    Dan juri kemm dożi tal-mediċina jitħallew fl- inalatur.


    Qabel ma jintuża l-inalatur, din turi eżattament 30 doża.


    Kull darba li l-għatu jinfetaħ, il-counter jonqos b’1.


    Meta jkun għad baqa’ inqas minn 10 dożi nofs il- counter isir aħmar.


    Wara l-aħħar użu tal-aħħar doża nofs il-counter jkun

    aħmar u juri n-numru 0. Issa l-inalatur ikun vojt.

    L-Għatu

    Jekk l-għatu jerġa’ jinfetaħ, il-counter isir minn nofsu aħmar, għal aħmar kollu.

  2. Ipprepara doża

    Stenna biex tiftaħ l-għatu sakemm tkun lest biex tieħu man-nifs id-doża tiegħek. Tħawwadx l-inalatur.

    image

    • Żerżaq l-għatu ’l isfel sakemm tisma’ “klikk”.


      Parti tal-ħalq


      Fetħa tal-arja


      Il-mediċina tiegħek issa hija lesta biex tinġibed man-nifs. Il-counter tad-dożi jnaqqas b’1 biex tikkonferma.

    • Jekk il-counter tad-dożi ma jnaqqasx b’1 malli tisma’ l-“klikk”, l-inalatur ma jagħtikx il- mediċina.

      Ħudu lura għand l-ispiżjar għal parir.

  3. Iġbed man-nifs il-mediċina tiegħek

    • Waqt li żżomm l-inalatur ’il bogħod minn ħalqek, ħu nifs ’il barra sakemm huwa komdu. Tiħux nifs ’il barra fl-inalatur.

      image

    • Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn xofftejk, u agħlaq sod xofftejk b’mod sod madwarha. Timblukkax il-fetħa tal-arja b’subgħajk.



      Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn xofftejk, u agħlaq sod xofftejk b’mod sod madwarha.Timblukkax il- fetħa tal-arja b’subgħajk.


    • Ħu nifs twil u sod fil-fond ’il ġewwa. Żomm dan in-nifs kemm tista’ (mill-inqas 3-4 sekondi).

    • Neħħi l-inalatur minn ħalqek.

    • Ħu nifs ’il barra bil-mod u b’ġentilezza.


      Għandek mnejn ma tkunx tista’ ttiegħem jew tħoss il-mediċina, anki meta tuża l-inalatur sewwa. Jekk trid tnaddaf il-biċċa tal-ħalq, uża tissue niexfa, qabel ma tagħlaq l-għatu.

  4. Agħlaq l-inalatur


image

Żerżaq l-għatu ’l fuq safejn jasal, biex tgħatti l-biċċa tal-ħalq.