Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Fuzeon
enfuvirtide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Fuzeon 90 mg/ml trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Enfuvirtide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


image

Li ġej hija gwida bażika, pass wara pass biex tinjetta l-mediċina tiegħek.


Pass A: Biex Tibda


  1. Iġbor l-oġġetti li ġejjin flimkien:

    • Kunjett wieħed ta’ Fuzeon (kontenitur tal-ħġieġ b’trab abjad ġewwa)

    • Kunjett wieħed ta’ Ilma għall-Injezzjonijiet (kunjett tal-ħġieġ b’likwidu ċar u bla kulur ġewwa)

    • Siringa waħda ta’ 3 ml (is-siringa l-kbira) b’labra ta’ 25 mm

    • Siringa waħda ta’ 1 ml (is-siringa ż-żgħira) b’labra ta’ 13 mm

    • Tliet imsielaħ bl-alkoħol

    • Kontenitur spejali għall-iskart b’għatu, għar-rimi sikur tal-materjal ta’ skart.

      image

  2. Iftaħ il-pakketti tas-siringi u neħħi l-għotjien tal-kunjett.

    • Armi l-pakketti u l-għotjien tal-kunjett fil-kontenitur speċjali għall-iskart b’għatu.

    • Poġġi s-siringi u l-kunjetti fuq wiċċ nadif.

  3. Aħsel idejk sew.

    • Wara li taħsel idejk, tmiss xejn ħlief l-oġġetti għall-injezzjoni u l-post fejn se tingħata l- injezzjoni.

  4. Naddaf il-parti ta’ fuq tal-kunjetti.


Pass B: Biex Tħallat Fuzeon


Iġbed l-Ilma għall-Injezzjonijiet


  1. Aqbad is-siringa l-kbira tat-3 ml. B'subghek il-werrej, mexxi l-apparat ta’ protezzjoni kkulurit tal- labra ’l bogħod mill-labra.

  2. Biex tassigura li l-labra hija mwaħħla sew fuq is-siringa:


image


  • żomm l-għatu tal-plastik taħt l-apparat ta’ protezzjoni tal-labra

  • issikka l-labra u l-għatu billi ddawwar bil-mod lejn il-lemin. Tużax ħafna saħħa għax il-labra tista’ tillaxka.

3. Biex tneħħi l-għatu trasparenti tal-plastik:

  • imbotta lejn is-siringa u mbagħad iġbed u aqla’ l-għatu.


image


  1. Iġbed lura 1.1 ml arja.

  2. Imbotta l-labra tas-siringa minn ġol-wiċċ tal-gomma tal-kunjett bl-Ilma għall-Injezzjonijiet u


agħfas il-plunġer. Dan jinjetta l-arja.


image

image

  1. Dawwar il-kunjett rasu l-isfel bil-mod. Ara li l-ponta tal-labra tibqa’ dejjem taħt il-wiċċ tal- Ilma għall-Injezzjonijiet sabiex tgħin biex bżieżaq tal-arja ma jidħlux fis-siringa.


  2. Iġbed il-plunġer lura bil-mod sakemm l-ilma jilħaq is-sinjal ta’ 1.1 ml. Jekk jogħoġbok għandek tkun taf li l-kunjett fih aktar likwidu milli għandek bżonn (2 ml); għandek tiġbed biss

    1.1 ml biex tipprepara l-injezzjoni tiegħek kif jixraq.


  3. Tektek is-siringa bil-mod biex jekk ikun hemm xi bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ.


jogħġbok kellem lit-tabib lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.