Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel BMS
clopidogrel

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Clopidogrel BMS 75 mg pilloli miksija b’rita

clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.

imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Clopidogrel BMS u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tieħu Clopidogrel BMS

  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel BMS

  4. Effetti sekondarju li jista jkollu

  5. Kif taħżen Clopidogrel BMS

  6. Aktar tagħrif


  1. X’INHU CLOPIDOGREL BMS U GĦALXIEX JINTUŻA


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Clopidogrel BMS jifforma parti minn grupp ta’ mediċini msejħa prodotti mediċinali ta’ kontra l- plejtlets. Plejtlets huma partijiet żgħar ħafna fid-demm, iżgħar miċ-ċelluli ħomor jew bojod tad-demm, li jinġemġħu flimkien waqt li jkun qed jagħqad id-demm. Il-prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets jilqgħu għal dan u jnaqqsu l-possibbiltajiet li jiffurmaw ċapep tad-demm (proċess imsejjaħ trombożi).


    Clopidogrel BMS jittieħed biex inaqqas ir-riskju li ċapep tad-demm (trombi) jifformaw fl-arterji mwebbsin (arterji), proċess imsejjaħ aterotrombożi, li jista’ jwassal għal konsegwenzi aterotrombotiċi (bħal puplesija, attakk tal-qalb, jew mewt).


    Ingħatajt Clopidogrel BMS biex inaqqas ir-riskju ta’ ċapep tad-demm u l-konsegwenzi severi tagħhom għaliex:

    • Għandek kundizzjoni fejn l-arterji tiegħek qegħdin jibbiesu (magħrufa wkoll bħala aterosklerożi), u

    • Kellek attakk tal-qalb, puplesija jew kundizzjoni magħrufa bħala mard periferali arterjali, jew

    • Kellek uġigħ sever f’sidrek magħruf bħala ‘anġina mhux stabbli’ jew ‘infart mijokardijaku (attakk ta’ qalb). Għatt-trattament ta’ din il-kundizzjoni t-tabib tiegħek seta’ poġġa stent fl- arterja li nstaddet jew li djieqet biex iċ-ċirkolazzjoni effettiva tad-demm tiġi restawrata.. Inti trid tingħata wkoll mit-tabib tiegħek acetylsalicylic acid ( sustanza li tinsab f’ħafna mediċini u li tintuża biex ittaffi l-uġigħ u tniżżel id-deni kif ukoll biex tippreveni li jifformaw ċapep ta’ demm).


  2. QABEL MA TIEĦU CLOPIDOGREL BMS


    Tieħux Clopidogrel BMS:


    • Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għall-clopidogrel jew sustanzi oħra ta’ Clopidogrel BMS;

    • Jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl-istonku jew fsada ġewwa l-moħħ;

    • Jekk tbati minn mard sever tal-fwied.

      Jekk taħseb li xi waħda minn dawn tgħodd għalik, jew jekk għandek xi dubju, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu clopidogrel.


      Oqgħod attent ħafna b’ Clopidogrel BMS :

      Jekk xi sitwazzjoni msemmija hawn taħt tgħodd għalik, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu clopidogrel:

    • jekk tinsab f’riskju ta’ fsada bħal:

      • kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku)

      • mard fid-demm li jwassal għal fsada interna (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’

        ġismek);

      • ferita serja riċenti;

      • operazzjoni riċenti (anki tas-snien);

      • operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.

    • jekk fl-aħħar sebat ijiem kellek ċappa ta' demm f'arterja f'moħħok (puplesija iskemika)

    • jekk qiegħed/qiegħda tieħu xi tip ta’ mediċina oħra (ara ‘Meta tieħu mediċini oħra’).

    • jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied.


      Waqt li qiegħed/qiegħda tieħu clopidogrel:

    • Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi operazzjoni ppjanata (anki tas-snien).

    • Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika li tinkludi deni u tbenġil taħt il-ġilda li jidher bħal tikek ħomor irqaq, flimkien ma' jew mingħajr għeja kbira mhux spjegata, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew ta' l-għajnejn (suffejra) (ara sezzjoni 4

      'EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA' JKOLLU').

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għalfejn tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4 'EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA' JKOLLU').

    • It-tabib tiegħek jista' jordnalek testijiet tad-demm.

    • Għandek tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tinnota xi effett mhux mixtieq li mhux imniżżel fis-sezzjoni 4 'EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA' JKOLLU' ta' dan il-fuljett jew jekk tinnota effett mhux mixtieq li qiegħed jiggrava.


    Clopidogrel m’għandux jingħata lit-tfal jew lill-adolexxenti.


    Meta tieħu mediċini oħra:

    Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’ clopidogrel u viċe-versa.

    Jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


    L-użu ta’ sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq (mediċini li jraqqu d-demm) flimkien ma’ clopidogrel mhux irrakkomandat.


    Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi prodott mediċinali li huwa anti- infjammatorju li mhux sterojde, normalment użat biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi, jew jekk qed tieħu l-eparina jew xi mediċina oħra użata biex traqqaq id-demm, jew jekk tieħu inibitur tal-pompa protonika (eż. omeprazole) għat-taqlib tal-istonku.


    Jekk ħassejt uġigħ qawwi f’sidrek (anġina mhux stabbli jew attakk tal-qalb), jista’ jingħatalek Clopidogrel BMS flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni. L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn 1000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema , iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


    Meta tiehu Clopidogrel BMS ma’ l-ikel jew ix-xorb

    Clopidogrel BMS jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.

    Tqala u treddigħ


    Huwa preferibbli li ma tużax dan il-prodott waqt it-tqala u t-treddigħ.


    Qabel ma tibda tieħu clopidogrel, tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel BMS, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.


    Waqt li qiegħed tieħu Clopidogrel BMS, għandek tikkonsulta mat-tabib tiegħek dwar it-treddigħ tat- tarbija.


    Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Clopidogrel m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


    Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Clopodogrel BMS

    Clopidogrel BMS fih il-lactose. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor (e.ż. lactose), ikkuntatja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


    Clopidogrel BMS fih ukoll il-castor oil idroġenat li jista’ jikkawża taqlib ta’ l-istonku jew dijarrea


  3. KIF GĦANDEK TIEĦU CLOPIDOGREL BMS


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Dejjem għandek tieħu Clopidogrel BMS skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew ma’ l-ispżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), it-tabib jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel BMS (pillola 1 ta' 300 mg jew 4 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tal-kura. Wara, id-doża normali hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidogrel BMS kuljum li għandha tittieħed mill-ħalq ma’ l- ikel jew fuq stonku vojt u fl-istess ħin kull ġurnata.


    Għandek tieħu clopidogrel sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.


    Jekk tieħu Clopidogrel BMS aktar milli suppost:

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada.


    Jek tinsa tieħu Clopidogrel BMS:

    Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ clopidogrel, iżda tiftakar fit-12-il siegħa ta’ wara, ħu l-pillola mill-ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel BMS għal aktar minn 12-il siegħa, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għad-doża li tkun insejt tieħu.


    Għall-pakketti ta’ 7, 14, 28 u 84 pilloli, tista’ tiċċekkja l-ġurnata li fiha ħadt l-aħħar il-pillola ta’ clopidogrel billi tirreferi għall-kalendarju stampat fuq il-folja.


    Meta tieqaf tieħu Clopidogrel BMS:

    Twaqqafx il-kura. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek qabel twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Clopidogrel BMS jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

    • jitlagħlek id-deni, ikollok sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

    • sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat jew le ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala tikek ħomor irqaq u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 'Oqgħod attent ħafna b' Clopidogrel BMS ').

    • nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxxijiet u ħakk, infafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika.


    L-iżjed effett sekondarju komuni (jaffettwa minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 100) irrappurtat b’ clopidogrel hija l-fsada. Din tista' sseħħ bħala fsada fl-istonku jew fl-imsaren, tbenġil, ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas-soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl-awrina. F’numru żgħir ta’ każijiet oħra ġew irrappurtati fsada fl-għajn, fir-ras, fil-pulmun jew fil-ġogi.


    Jekk tbati minn fsada għal perijodu twil waqt li qed tieħu Clopidogrel BMS

    Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti

    żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għalfejn tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 'Oqgħod

    attent ħafna b' Clopidogrel BMS ').


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati b’clopidogrel huma:

    Effetti sekondarji komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 100): Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq fl-istonku.


    Effetti sekondarji mhux komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 1,000): Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, gass żejjed fl-istonku jew fl-imsaren, raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


    Effetti sekondarji rari (jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 10,000): Vertigo.


    Effetti sekondarji rari ħafna (jaffettwaw anqas minn pazjent 1 minn kull 10,000): Suffejra; uġigħ addominali qawwi flimkien ma' jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet fin-nifs kultant assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati; nefħa fil-ħalq; infafet fil-ġilda; reazzjoni allerġika fil-ġilda; infjammazzjoni tal-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdiliet fil-mod ta’ kif jintegħmu l-affarijiet.


    Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jinduna b’xi tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew ta’ l- awrina tiegħek.


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li m’humiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  5. KIF TAĦŻEN CLOPIDOGREL BMS


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    Tużax clopidogrel wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il- kaxxa few fuq il-folja.


    Irreferi fuq il-kaxxa għall-kundizzjonijiet ta’ kif jinħażen.

    Jekk Clopidogrel BMS huwa fornut ġo folji tal-PVC/PVDC/Aluminju, aħżen f’temperatura taħt 30°C.

    Jekk Clopidogrel BMS huwa fornut ġo folji kollha kemm huma ta’ l-aluminju, din Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Tużax Clopidogrel BMS jekk tinnota xi sinjali visibli ta’ deterjorament.


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Clopidogrel BMS

Is-sustanza attiva hi clopidogrel. Kull pillola fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala hydrogen sulphate).


Is-sustanzi l-oħra huma mannitol (E421), castor oil idroġenat, microcrystalline cellulose, macrogol 6000 u hydroxypropylcellulose b’sostituzzjoni baxxa fil-qalba tal-pillola, u lactose (iz-zokkor li jinsab fil-ħalib), hypromellose (E464), triacetin (E1518), iron oxide aħmar (E172), titanium dioxide (E171), u carnauba wax fir-rita tal-pillola.


Id-dehra ta’ Clopidogrel BMS u l-kontenuti tal-pakkett


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-pilloli miksija b’rita ta’ Clopidogrel BMS 75-mg huma tondi, konvessi miż-żewġ naħat, ta’ kulur roża, pilloli miksija b’rita bin-numru ‘75’ imnaqqax fuq naħa waħda u n-numru ‘1171’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra. Clopidogrel BMS huwa fornut f’kaxex tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30, 84, 90 u 100 pilloli ġo folji tal-PVC/PVDC/Aluminju jew ġo folji magħmulin kollha mill-aluminju, jew 50x1 pilloli f'folji tal-PVC/PVDC/Aluminju jew f'folji mtaqqbin b’doża waħda kollha kemm huma ta’ l-aluminju. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Bristol Myers Squibb Pharma EEIG

Uxbridge Business Park Sanderson Road

Uxbridge UB8 1DH

Ir-Renju Unit


Manifattur:

Sanofi Winthrop Industrie

1, rue de la Vierge, Ambarès & Lagrave, F-33565 Carbon Blanc cedex, Franza u/jew

Sanofi-Synthelabo Limited, Edgefield Avenue, Fawdon

Newcastle Upon Tyne, Tyne & Wear NE3 3TT - UK, Renju Unit

u/jew

Sanofi Winthrop Industrie

6, boulevard de l’Europe, F-21800 Quétigny, Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok, ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Belgique/België/Belgien

Bristol-Myers Squibb Belgium S.A./N.V. Tél/Tel: + 32 2 352 76 11

Luxembourg/Luxemburg

Bristol-Myers Squibb Belgium S.A./N.V. Tél/Tel: + 32 2 352 76 11


България

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Teл.: + 359 800 12 400

Magyarország

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Tel.: + 36 1 301 9700


Česká republika

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o. Tel: +420 221 016 111

Malta

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: + 39 06 50 39 61


Danmark

Bristol-Myers Squibb Denmark Tlf: + 45 45 93 05 06

Nederland

Bristol-Myers Squibb BV Tel: + 31 34 857 42 22


Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & Co. KGaA Tel: + 49 89 121 42-0

Norge

Bristol-Myers Squibb Norway Ltd Tlf: + 47 67 55 53 50


Eesti

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft Tel: +372 6827 400

Österreich

Bristol-Myers Squibb GesmbH Tel: + 43 1 60 14 30


Ελλάδα

Bristol-Myers Squibb A.E.

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Τηλ: + 30 210 6074300

Polska

Bristol-Myers Squibb Polska Sp. z o.o. Tel.: + 48 22 5796666


España

Bristol-Myers Squibb, S.A. Tel: + 34 91 456 53 00

Portugal

Bristol-Myers Squibb Farmacêutica Portuguesa, S.A.

Tel: + 351 21 440 70 00


France

Bristol-Myers Squibb Sarl Tél: + 33 (0)810 410 500

România

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Tel: + 40 (0)21 260 10 46


Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd Tel: + 353 (1 800) 749 749

Slovenija

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o. Tel: + 386 1 236 47 00


Ísland Vistor hf

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o. Tel: + 421 2 59298411


Italia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: + 39 06 50 39 61

Suomi/Finland

Oy Bristol-Myers Squibb (Finland) Ab Puh/Tel: + 358 9 251 21 230


Κύπρος

Ακησ Παναγιωτου & Υιοσ Ε.Π.Ε. Τηλ: + 357 22 677038

Sverige

Bristol-Myers Squibb AB Tel: + 46 8 704 71 00

Latvija

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Tel: + 371 750 21 85

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd Tel: + 44 (0800) 731 1736


Lietuva

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Tel: +370 5 2790 762


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’ {XX/SSSS}


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

https://www.emea.europa.eu/