Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Effentora
fentanyl

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Effentora 100 mikrogramma pilloli għall-ħalq Effentora 200 mikrogramma pilloli għall-ħalq Effentora 400 mikrogramma pilloli għall-ħalq Effentora 600 mikrogramma pilloli għall-ħalq Effentora 800 mikrogramma pilloli għall-ħalq


Fentanyl


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Effentora u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Effentora

  3. Kif għandek tuża Effentora

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Effentora

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Effentora u gћalxiex jintuża


    Is-sustanza attiva f’Effentora hi fentanyl citrate. Effentora huwa mediċina li ttaffi l-uġigħ magħrufa bħala opioid, li tintuża għall-kura ta’ uġugħ li jinħass f’pazjenti adulti bil-kanċer li diġà qed jieħdu mediċini opioid ta’ l-uġigħ għall-uġigħ persistenti (l-ħin kollu) tal-kanċer.

    Uġigħ li jinħass huwa uġigħ ieħor li jiġi f’daqqa, li jseħħ minkejja li inti tkun ħadt il-mediċini opioid li

    jtaffu l-uġigħ tas-soltu tiegħek.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Effentora TUŻAX Effentora:

    • Jekk m’intix qed tuża b’mod regolari mediċina opoid (eż codeine, fentanyl, hydromorphone, morphine, oxycodone, pethidine) preskritta kuljum fuq skeda regolari, għal ta’ l-inqas ġimgħa, għall-kontroll tal-uġigħ persistenti tiegħek. Jekk ma kontx qed tuża dawn il-mediċini, m’għandekx tuża Effentora, minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju li n-nifs jista’ jsir bil-mod u/jew baxx b’mod perikoluż, jew anki jieqaf.

    • Jekk inti allerġiku għal fentanyl jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

    • Jekk issofri minn problemi severi biex tieħu n-nifs jew kundizzjonijiet severi ta’ ostruzzjoni tal- pulmun.

    • Jekk issofri minn uġigħ li jdum għal tul ta’ żmien qasir minbarra uġigħ li jinħass, bħal uġigħ ikkawżat minn korriment jew kirurġija, uġigħ ta’ ras jew emigranja

    • Jekk qed tieħu mediċina li fiha sodium oxybate.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kompli uża l-mediċina opioid għall-uġigħ li tieħu għall-uġigħ persistenti (l-ħin kollu) tal-kanċer waqt il-kura tiegħek b’Effentora.

      Waqt li qed tiġi kkurat/a b’Effentora, tużax kura oħra ta’ fentanyl li kienet preskritta lilek qabel għall- kura ta’ uġigħ li jinħass. Jekk għad baqalek xi kura oħra ta’ fentanyl id-dar, kellem lill-ispiżjar tiegħek biex tara’ kif tista’ tiġi mormija.

      Użu ripetut tal-prodott jista’ jwassal għal li l-mediċina tkun inqas effettiva (tidraha) jew issir

      dipendenti fuqha.


      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek QABEL tuża Effentora jekk:

    • Il-mediċina opioid ta’ l-uġigħ l-oħra tiegħek li qed tittieħed għall-uġigħ persistenti (l-ħin kollu)

      tal-kanċer tiegħek għad ma ġietx stabbilizzata.

    • Qed issofri minn xi kundizzjoni li għandha effet fuq in-nifs tiegħek (bħal ażżma, tħarħir , jew qtugħ ta’ nifs).

    • Għandek korriment fir-ras.

    • Għandek rata li tħabbat il-qalb baxxa ħafna jew problemi oħra tal-qalb.

    • Għandek problemi tal-fiwed jew tal-kliewi, minħabba li dawn l-organi għandhom effett fuq il-mod kif is-sistema tiegħek tkisser il-mediċina.

    • Għandek ammont baxx ta’ fluwidu fiċ-ċirkulazzjoni jew pressjoni tad-demm baxxa.

    • Għandek aktar minn 65 sena – jista’ jkollok bżonn doża aktar baxxa u kull żieda fid-doża għandha tiġi analizzata b’attenzjoni kbira mit-tabib tiegħek.

    • Għandek problemi b’qalbek speċjalment rata tal-qalb bil-mod ħafna.

    • Tuża benzodiazepines (ara sezzjoni 2 taħt “Mediċini oħra u Effentora”). L-użu ta’ benzodiazepines jista’ jżid il-possibbiltà li jkollok effetti sekondarji serji inkluż mewt

    • Tuża antidipressanti jew antipsikotiċi (inibituri selettivi tat-teħid mill-ġdid ta’ serotonin [SSRIs - selective serotonin reuptake inhibitors], inibituri tat-teħid mill-ġdid ta’ serotonin norepinephrine [SNRIs - serotonin norepinephrine reuptake inhibitors], inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO); ara sezzjoni 2 taħt “Tużax Effentora” u “Mediċini oħra u Effentora”. L-użu ta’ dawn il-mediċini flimkien ma’ Effentora jista’ jwassal għal sindrome ta’ serotonin, kondizzjoni b’potenzjal ta’ periklu għall-ħajja (ara sezzjoni 2 taħt “Mediċini oħra u Effentora”.

    • Xi darba żviluppajt insuffiċjenza adrenali, kondizzjoni li fiha l-glandoli adrenali ma jipproduċux biżżejjed ormoni jew nuqqas ta’ ormoni tas-sess (defiċjenza ta’ androġen) bl-użu ta’ opjojdi (ara sezzjoni 4 taħt “Effetti sekondarji serji”).

    • Ġieli abbużajt minn jew kellek dipendenza fuq l-opioids jew kwalunkwe mediċina, alkoħol jew drogi illegali oħra.

    • Tixrob l-alkoħol; jekk jogħġbok irreferi għas-sezzjoni ‘Effentora ma’ ikel, xorb u alkoħol’.


      It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jiċċekkjak aktar mill-qrib jekk:

      • Inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek qatt abbużajtu jew kontu dipendenti fuq l-alkoħol, mediċini li jingħataw b’riċetta jew drogi illegali (“vizzju”).

      • Inti tpejjep.

      • Qatt kellek problemi bil-burdata tiegħek (depressjoni, ansjetà jew disturb fil-personalità) jew jekk qatt ġejt ittrattat minn psikjatra għal mard mentali ieħor.


      Ikkonsulta lit-tabib tiegħek WAQT li tkun qed tuża Effentora jekk:

    • Ikollok uġigħ jew żieda fis-sensittività għall-uġigħ (iperalġeżija) li ma tirrispondix għal dożaġġ ogħla tal-mediċina tiegħek kif mogħtija b’riċetta mit-tabib tiegħek.

    • Ikollok taħlita tas-sintomi li ġejjin: dardir, rimettar, anoressija, għeja, dgħufija, sturdament u pressjoni tad-demm baxxa. Flimkien, dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ kondizzjoni potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja msejħa insuffiċjenza adrenali, kondizzjoni li fiha l-glandoli adrenali ma jipproduċux biżżejjed ormoni.

    • Disturbi fit-teħid tan-nifs relatati mal-irqad: Effentora jista’ jikkawża disturbi fit-teħid tan-nifs relatati mal-irqad bħal apnea tal-irqad (pawżi fit-teħid tan-nifs waqt l-irqad) u ipossemija relatata mal-irqad (livell baxx ta’ ossiġnu fid-demm). Is-sintomi jistgħu jinkludu pawżi fit-teħid tan-nifs waqt l-irqad, qawmien bil-lejl minħabba qtugħ ta’ nifs, diffikultajiet biex tibqa’ rieqed jew ħedla

      eċċessiva matul il-ġurnata. Jekk inti jew persuna oħra tosservaw dawn is-sintomi, ikkuntattja lit-

      tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra tnaqqis fid-doża.

    • L-użu ripetut ta’ Effentora jista’ jwassal għal dipendenza u abbuż li jistgħu jirriżultaw f’ doża eċċessiva ta’ periklu għall-ħajja. Jekk inti mħasseb li tista’ ssir dipendenti fuq Effentora, huwa importanti li tikkonsulta lit-tabib tiegħek.


      Fittex parir mediku URĠENTI jekk:

    • Ikollok sintomi bħal diffikultà biex tieħu n-nifs jew sturdament, nefħa tal-ilsien, tax-xofftejn jew tal-gerżuma waqt li tkun qed tuża Effentora. Dawn jistgħu jkunu sintomi bikrija ta’ reazzjoni allerġika serja (anafilassi, sensittività eċċessiva; ara sezzjoni 4 taħt “Effetti sekondarji serji”)


      X’tagħmel jekk xi ħadd bi żball jieħu Effentora

      Jekk taħseb li xi ħadd bi żball ħa Effentora, jekk jogħġbok fittex għajnuna medika minnufih. Ipprova żomm il-persuna mqajma sakemm tasal l-għajnuna ta’ emerġenza.


      Jekk xi ħadd bi żball jieħu Effentora, jista’ jkollu l-istess effetti mhux mixtieqa kif deskritt f’sezzjoni 3 “Jekk tuża Effentora aktar milli suppost”.


      Tfal u adolexxenti

      Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti ta’ età inqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u Effentora

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tibda tieħu Effentora jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew

      tista’ tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

    • L-użu ta’ Effentora flimkien ma’ mediċini sedattivi bħal benzodiazepines jew mediċini relatati jżid ir-riskju ta’ ngħas, diffikultajiet biex tieħu n-nifs (depressjoni respiratorja), koma u jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja. Minħabba dan, użu konkomitanti għandu jitqies biss meta għażliet ta’ trattament ieħor ma jkunux possibbli.

      Madankollu, jekk it-tabib tiegħek jippreskrivi Effentora flimkien ma’ mediċini sedattivi, id-doża u

      t-tul tat-trattament konkomitanti għandhom ikunu limitati mit-tabib tiegħek.

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek dwar il-mediċini sedattivi kollha li qed tieħu (bħal pilloli tal- irqad, mediċini biex jittrattaw l-ansjetà, xi mediċini biex jittrattaw reazzjonijiet allerġiċi (antistaminiċi), jew kalmanti) u segwi bir-reqqa r-rakkomandazzjoni tad-doża tat-tabib tiegħek. Jista’ jkun ta’ għajnuna li tgħarraf ħbieb jew qraba biex dawn ikunu konxji tas-sinjali u s-sintomi msemmija hawn fuq. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek meta jkollok sintomi bħal dawn.

    • Xi rilassanti tal-muskoli bħal baclofen, diazepam (ara wkoll is-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”.

    • Kull mediċina li jista’ jkollha effett fuq il-mod kif ġismek ikisser Effentora, bħal ritonavir, nelfinavir, amprenavir, u fosamprenavir (mediċini li jgħinu fil-kontroll ta’ infezzjoni ta’ l-HIV) jew oħrajn imsejjħa inibituri ta’ CYP3A4 bħal ketoconazole, itraconazole, jew fluconazole (wżati għall-kura ta’ infezzjonijiet mill-moffa), troleandomycine, clarithromycine, jew erythromycine (mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet mill-batterji), aprepitant (użat għal tqalligħ sever) u diltiazem u verapamil (mediċini għall-kura ta’ pressjoni għolja jew mard tal-qalb).

    • Mediċini msejjħa inibituri ta’ monoamine-oxidase (MAO) (użati għal depressjoni severa) jew ħadt

      dawn fl-aħħar ġimagħtejn.

    • Ċerti tipi ta’ mediċini kontra l-uġigħ li jissejħu agonisti/antagonisti parzjali, eż. buprenorphine, nalbuphine u pentazocine (mediċini għal kura tal-uġigħ). Jista’ jkollok sintomi tas-sindrome ta’ rtirar (dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir ta’ bard, rogħda, u għaraq) waqt li tkun qed tuża dawn il-mediċini.

    • Xi mediċini kontra l-uġigħ għall-uġigħ fin-nervituri (gabapentin u pregabalin).

    • Ir-riskju ta’ effetti sekondarji jiżdied jekk qiegħed tieħu mediċini bħal ċerti antidipressanti jew antipsikotiċi. Effentora jista’ jinteraġixxi ma’ dawn il-mediċini u jista’ jkollok bidliet fl-istat mentali (eż. aġitazzjoni, alluċinazzjonijiet, koma), u effetti oħra bħal temperatura tal-ġisem ogħla minn 38°C, żieda fir-rata tat-taħbita tal-qalb, pressjoni tad-demm instabbli, u esaġerazzjoni tar- riflessi, riġidità fil-muskoli, nuqqas ta’ koordinazzjoni u/jew sintomi gastrointestinali (eż. dardir, rimettar, dijarea). It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk Effentora huwiex tajjeb għalik.

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Effentora ma’ ikel, xorb u alkoħol

    • Effentora jista’ jintuża qabel jew wara, iżda mhux waqt l-ikel. Tista’ tixrob xi ftit ilma qabel tuża Effentora biex tgħin ixxarrab ħalqak, iżda m’għandek tixrob jew tiekol xejn waqt li qed tieħu l- mediċina.

    • M’għandekx tixrob meraq tal-grejpfrut waqt li qed tuża Effentora minħabba li jista’ jkollu effett

      fuq il-mod kif ġismek ikisser Effentora.

    • Tixrobx alkoħol waqt li qed tuża Effentora. Dan jista’ jżid ir-riskju li jkollok esperjenza ta’ effetti sekondarji serji inkluż mewt.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.


      Tqala

      Effentora m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm ma ddiskutejtx dan mat-tabib tiegħek.

      Jekk Effentora jintuża għal żmien twil waqt it-tqala, hemm ukoll riskju li t-tarbija tat-twelid ikollha sintomi ta’ rtirar tal-mediċina li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja jekk ma jkunux identifikati u ttrattati minn tabib.


      M’għandekx tuża Effentora waqt il-ħlas għax fentanyl tista’ jikkawża depressjoni respiratorja fit- tarbija tat-twelid.


      Treddigħ

      Fentanyl jista’ jgħaddi fil-ħalib tas-sider u jista’ jikkawża effetti mhux mixtieqa fit-tarbija li qed terda. Tużax Effentora jekk qed tredda’. M’għandekx tibda t-treddigħ sa mill-inqas 5 ijiem wara l-aħħar doża ta’ Effentora.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Għandek tiddiskuti mat-tabib tiegħek jekk huwiex sikur għalik biex issuq, jew tħaddem magni wara li tieħu Effentora. Issuqx u tħaddimx magni jekk int: qed tħossok bin-ngħas jew sturdut; għandek vista mċajpra jew doppja; jew għandek diffikultà biex tikkonċentra. Huwa mportanti li int tkun taf kif tirreaġixxi għal Effentora qabel issuq jew tħaddem magni.


      Effentora fih is-sodium


      Effentora 100 mikrogramma

      Din il-mediċina fiha 10 mg sodium (il-komponent prinċipali tal-melħ tat-tisjir/li jintuża mal-ikel) f’kull pillola għall-ħalq. Dan huwa ekwivalenti għal 0.5% tal-ammont massimu rakkomandat ta’ sodium li għandu jittieħed kuljum mad-dieta minn adult.


      Effentora 200 mikrogramma, Effentora 400 mikrogramma, Effentora 600 mikrogramma,

      Effentora 800 mikrogramma

      Din il-mediċina fiha 20 mg sodium (il-komponent prinċipali tal-melħ tat-tisjir/li jintuża mal-ikel) f’kull pillola għall-ħalq. Dan huwa ekwivalenti għal 1% tal-ammont massimu rakkomandat ta’ sodium li għandu jittieħed kuljum mad-dieta minn adult.


  3. Kif gћandek tuża Effentora


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Dożaġġ u frekwenza

    Meta tibda tuża Effentora għall-ewwel darba, it-tabib tiegħek se jaħdem miegħek biex isib id-doża li ttaffilek l-uġigħ li jinħass. Huwa mportanti ħafna li inti tuża Effentora eżatt kif jgħidlek it-tabib. Id- doża tal-bidu hija 100 mikrogramma. Waqt li qed tiġi determinata d-doża xierqa tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu aktar minn pillola waħda kull episodju. Jekk l-uġigħ li jinħass ma jittaffiex wara 30 minuta, uża biss pillola waħda oħra ta’ Effentora waqt il-perijodu ta’ titrazzjoni.


    Ladarba id-doża xierqa tiġi determinata mat-tabib tiegħek, bħala regola ġenerali uża pillola waħda għall-episodju ta’ uġigħ li jinħass. Kif jitkompla l-kors ta’ kura, l-ħtieġa tiegħek ta’ terapija għall- uġigħ tista’ tinbidel. Għandu mnejn ikunu meħtieġa dożi ogħla. Jekk l-uġigħ li jinħass tiegħek ma jittaffiex wara 30 minuta, uża biss pillola waħda oħra ta’ Effentora waqt dan il-perijodu ta’ aġġustament mill-ġdid tad-doża.

    Kellem lit-tabib tiegħek jekk id-doża xierqa tiegħek ta’ Effentora ma ttaffix l-uġigħ li jinħass tiegħek.

    It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk hemmx bżonn li d-doża tiegħek tinbidel.


    Stenna ta’ l-inqas 4 sigħat qabel tikkura episodju ieħor ta’ uġigħ li jinħass b’Effentora.


    Għandek tgħid lit-tabib tiegħek minnufiħ jekk qed tuża Effentora aktar minn erba’ darbiet kuljum, peress li tista’ tkun meħtieġa bidla fil-kors tat-trattament tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jbiddel it- trattament tal-uġigħ persistenti tiegħek; meta l-uġigħ persistenti tiegħek huwa kkontrollat, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn ibiddel id-doża ta’ Effentora. Jekk it-tabib tiegħek jissuspetta żieda fis- sensittività għall-uġigħ relatata ma’ Effentora (iperalġeżja), jista’ jiġi kkunsidrat tnaqqis fid-doża tiegħek ta’ Effentora (ara sezzjoni 2 taħt “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Għall-aktar serħan effettiv, għid lit-tabib tiegħek dwar l-uġigħ tiegħek u kif Effentora qed jaħdem għalik, biex id-doża tkun tista’ tinbidel jekk hemm bżonn.


    Tbiddilx id-dożi ta’ Effentora jew tal-mediċini ta’ l-uġigħ l-oħra waħdek. Kull bidla fid-doża għandha tiġi preskritta u sorveljata mit-tabib tiegħek.


    Jekk m’intix ċert dwar id-doża t-tajba, jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tieħu din il-mediċina, għandek tkellem lit-tabib tiegħek.


    Metodu ta’ kif għandu jingħata

    Effentora pilloli għall-ħalq huma għall-użu għall-mukuża tal-ħalq. Meta tpoġġi pillola f’ħalqek, din tinħall u l-mediċina tiġi assorbita minn ġol-kisja ta’ ħalqek, għal ġos-sistema tad-demm. Meta tieħu l- mediċina b’dan il-mod tippermetti li tiġi assorbita malajr biex ittaffi l-uġigħ li jinħass.


    Meta tieħu l-mediċina

    • Iftaħ il-folja biss meta tkun lest biex tuża l-pillola. Il-pillola għandha tintuża minnufiħ ladarba titneħħa mill-folja.

    • Issepara waħa mill-unitajiet tal-folja minn mal-kartuna tal-folja billi ċċarrat il-perforazzjonijiet.

    • Ilwi l-unità tal-folja tul il-linja fejn indikat.

    • Qaxxar id-dahar tal-folja biex tesponi l-pillola. TIPPRUVAX tinbotta l-pillola minn ġol-folja, għax dan jista’ jagħmel ħsara lill-pillola.


      image


    • Neħħi l-pillola minn ġol-unità tal-folja u minnufih poġġi l-pillola sħiħa ħdejn darsa bejn il-ħanek u l-ħadd (kif muri fl-istampa). Kultant, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tpoġġi l-pillola taħt l-ilsien.

    • Tippruvax tgħaffeġ jew taqsam il-pillola.


      image


    • Tigdimx, terdgħax, togħmodx, u tiblax il-pillola, għax dan iwassal għal inqas serħan mill-uġigħ minn meta tittieħed kif muri.

    • Il-pillola għandha titħalla bejn il-ħadd u l-ħanek sakemm tinħall, li normalment jieħu madwar 14

      sa 25 minuta.

    • Tista’ tħoss sensazzjoni ta’ tbaqbieq ħafif bejn il-ħadd u l-ħanek tiegħek hekk kif il-pillola tkun

      qed tinħall.

    • F’każ ta’ irritazzjoni tista’ tbiddel il-post tal-pillola fuq il-ħanek.

    • Wara 30 minuta, jekk jibqgħu fdalijiet tal-pillola, dawn jistgħu jinbelgħu ma’ tażża ilma.


      Jekk tuża Effentora aktar milli suppost

    • L-aktar effetti mhux mixtieqa komuni huma tħossok bin-ngħas, ma tiflaħx jew sturdut. Jekk tibda’ tħossok sturdut ħafna, jew bin-ngħas ħafna qabel ma l-pillola tkun inħallet għal kollox, laħlaħ ħalqek bl-ilma u obżoq il-fdalijiet tal-pillola fis-sink jew fil-loki minnufiħ.

    • Effett mhux mixtieq serju ta’ Effentora huwa nifs bil-mod u/jew baxx. Dan jista’ jseħħ jekk id- doża tiegħek ta’ Effentora hija għolja wisq jew jekk int tieħu wisq Effentora. F’każijiet severi teħid żejjed ta’ Effentora jista’ jwassal ukoll għal koma. Jekk tħossok sturdut ħafna, bi ngħas ħafna jew jekk ikollok nifs bil-mod jew baxx, jekk jogħġbok fittex għajnuna medika minnufiħ.


      Jekk tinsa tuża Effentora

      Jekk l-uġigħ li jinħass għadu m’għaddiex, tista’ tieħu Effentora kif preskritt mit-tabib. Jekk l-uġigħ li jinħass għadda, tieħux Effentora qabel l-episodju li jmiss ta’ uġigħ li jinħass.


      Jekk tieqaf tuża Effentora

      Għandek twaqqaf Effentora meta ma jkollokx aktar uġigħ li tħossu. Madankollu, inti trid tkompli tieħu l-mediċina opjojdi tas-soltu tiegħek li ttaffi l-uġigħ biex tikkura l-uġigħ persistenti tal-kanċer kif rakkomandat mit-tabib tiegħek. Jista’ jkollok sintomi tas-sindrome ta’ rtirar li jkunu simili għall-effetti sekondarji possibbli ta’ Effentora meta twaqqaf Effentora. Jekk ikollok sintomi ta’ rtirar jew jekk tkun inkwetat dwar is-solliev tal-uġigħ tiegħek, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek se jevalwak jekk ikollok bżonn ta’ mediċina biex tnaqqas jew telimina s-sintomi ta’ rtirar.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd. Jekk tara xi wieħed minn dawn, kellem lit-tabib tiegħek.


    Effetti sekondarji serji


    • L-aktar effetti mhux mixtieqa serji huma nifs baxx, presjoni baxxa u xokk. Effentora, bħal prodotti oħra li fihom fentanyl, jista’ jikkawża problemi tan-nifs severi ħafna li jistgħu jwasslu għall-mewt. Jekk jaqbdek ħafna ngħas jew jekk għandek nifs bil-mod u/jew baxx, int jew min qed jieħu ħsiebek għandkom tikkuntattjaw lit-tabib tiegħek immedjatament u ċċemplu għal għajnuna ta’ emerġenza.

    • Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok taħlita tas-sintomi li ġejjin

    - Dardir, rimettar, anoressija, għeja, dgħufija, sturdament u pressjoni baxxa

    Flimkien, dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ kundizzjoni li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja, li tissejjaħ insuffiċjenza adrenali; kundizzjoni li fiha l-glandoli adrenali ma jipproduċux ormoni biżżejjed.


    Effetti sekondarji oħra


    Komuni ħafna: jistgħu jaffetwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10

    • Sturdament, uġigħ ta’ ras

    • tħossok imdardar, rimettar

    • fil-post ta’ l-applikazzjoni tal-pillola: uġigħ, ulċera, irritazzjoni, fsada, tnemnim, telf ta’

      sensazzjoni, ħmura, nefħa jew ponot


      Komuni: jistgħu jaffetwaw sa persuna waħda minn kull 10

    • tħossok anzjuż jew konfuż, depressjoni, insomnja

    • togħma mhux normali, tnaqqis fil-piż

    • jaqbdek in-ngħas, sedazzjoni, għeja eċċessiva, debbulizza, emigranja, tnemnim, nefħa fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, sindrome ta’ rtirar tal-mediċina (jistgħu jidhru bl-okkorrenza tal-effetti sekondarji li ġejjin: dardir, rimettar, dijarea, ansjetà, tertir ta’ bard, tregħid, u għaraq), rogħda, waqat, kesħa

    • stitikezza, infjammazzjoni tal-ħalq, ħalq xott, dijarea, ħruq ta’ stonku, telf ta’ aptit, uġigħ fl- istonku, skomdu fl-istonku, indiġestjoni, uġigħ fis-snien, infezzjoni mill-moffa fil-ħalq

    • ħakk, għaraq eċċessiv, raxx

    • qtugħ ta’ nifs, ġriżmejn juġgħu

    • tnaqqis ta’ ċelluli bojod fid-demm, tnaqqis ta’ ċelluli ħomor fid-demm, pressjoni tad-demm

      imnaqqsa jew miżjuda, rata ta’ tħabbit tal-qalb mgħaġġla aktar mis-soltu

    • uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar

    • għeja


      Mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa persuna waħda minn kull 100

    • griżmejn jaħarqutnaqqis fiċ-ċelluli li jgħinu d-demm jgħaqad

    • tħossok kuntent ħafna, nervuż, mhux normali, mferfex jew għajjien; tara jew tisma affarijiet li mhux vera hemm (alluċinazzjonijiet), inabilità biex torqod, koxxjenza mnaqqsa, bidla fl-istat mentali, dipendenza (dipendenza fuq il-mediċina, vizzju), diżorjentament, nuqqas ta’ konċentrazzjoni, telf tal-bilanċ, vertigo, problemi biex titkellem, żanżin fil-widna, skomdu fil- widna

    • vista disturbata jew imċajpra, għajn ħamra

    • rata tal-qalb baxxa aktar minn normal, tħossok sħun ħafna (fwawar ta’ sħana)

    • problemi severi biex tieħu n-nifs, diffikultà biex tieħu n-nifs waqt l-irqad

    • waħda jew aktar minn dawn il-problemi li ġejjin fil-ħalq: ulċera, telf ta’ sensazzjoni, skomdu, kulur mhux tas-soltu, disturbi fit-tessut l-artab, disturbi fl-ilsien, ilsien jgħuġa jew bl-infafet jew bl-ulċeri, uġigħ fil-ħanek, xufftejn maqsuma, disturbi fis-snien


    • infjammazzjoni fl-esofagu, paraliżi tal-musrana, disturb fil-marrara

    • għaraq kiesaħ, nefħa fil-wiċċ, ħakk ġeneralizzat, telf ta’ xagħar, kontrazzjonijiet mhux volontarji tal-muskoli, indebboliment muskolari, tħossok ma tiflaħx, skomdu fis-sider, għatx, kesħa, tħossok taħraq, diffikultà biex tgħaddi l-awrina

    • telqa

    • fwawar


      Rari: jistgħu jaffetwaw sa persuna waħda minn kull 1,000

    • disturbi fil-ħsieb, disturbi fil-movimenti

    • nfafet fil-ħalq, xufftejn xotti, akkumulazzjoni ta’ materja taħt il-ġilda fil-ħalq

    • nuqqas ta’ testosterone, sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, tara leħħa ta’ dawl, dwiefer fraġili

    • Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx, ħmura, xufftejn u wiċċ minfuħin, ħorriqija

      Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli

    • telf ta’ koxjenza, waqfien tan-nifs, konvulżjoni (aċċessjonijiet)

    • nuqqas ta’ ormoni sesswali (defiċjenza ta’ androġeni)

    • dipendenza fuq id-drogi (vizzju)

    • abbuż mid-droga

    • delirju (sintomi jistgħu jinkludu taħlita ta’ aġitazzjoni, nuqqas ta’ kwiet, diżorjentament, konfużjoni, biża’, tara jew tisma affarijiet li mhux vera hemm, disturb fl-irqad, ħmar il-lejl)

    • trattament fit-tul b’fentanyl waqt it-tqala jista’ jikkawża sintomi ta’ meta wieħed jieqaf jieħu l-

    mediċina fit-tarbija tat-twelid, u dan jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja (ara sezzjoni 2)


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Effentora


    Il-mediċina li ttaffi l-uġigħ f’Effentora hija qawwija ħafna u tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja jekk bi żball tittieħed mit-tfal. Din il-mediċina għandha tinżamm fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-pakkett tal-folja u fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Effentora

Is-sustanza attiva hi fentanyl. Kull pillola fiha jew:


Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, sodium starch glycolate tip A, sodium hydrogen carbonate, sodium

carbonate, citric acid, magnesium stearate.


Kif jidher Effentora u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli għall-ħalq huma pillola b’wiċċ ċatt, tondi u b’xifer imtajjar, immarati fuq naħa waħda b’“C” u fuq in-naħa l-oħra b’“1” għal Effentora 100 mikrogramma, b’“2” għal Effentora 200 mikrogramma, b’“4” għal Effentora 400 mikrogramma, b’“6” għal Effentora 600 mikrogramma, b’“8” għal Effentora 800 mikrogramma.


Kull folja fiha 4 pilloli għall-ħalq, fornuti f’kartun ta’ 4 jew 28 pillola għall-ħalq.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

TEVA B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Manifattur

Teva Pharmaceuticals Europe B.V. Swensweg 5

2031 GA HAARLEM

L-Olanda


Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 5 266 02 03


България

Тева Фарма ЕАД

Teл.: +359 2 489 95 85

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG. Tél: +32 3 820 73 73


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251 007 111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel.: (+ 36) 1 288 6400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44 98 55 11

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 (0) 207 540 7117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 731 402 08

Nederland

Teva Nederland B.V.

Tel: +31 (0) 800 0228 400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: + 372 661 0801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66 77 55 90


Ελλάδα

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 197007 0


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: + 34 91 387 32 80

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 345 93 00

France

Teva Santé

Tél: +33 1 55 91 78 00


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o Tel: + 385 1 37 20 000

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 21 476 75 50


România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +4021 230 65 24


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 (0) 207 540 7117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 1 58 90 390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 20 180 5900


Κύπρος

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB

Tel: +46 (0)42 12 11 00


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67 323 666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 (0) 207 540 7117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}


.